This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1085
Council Decision (CFSP) 2018/1085 of 30 July 2018 amending Decision 2014/145/CFSP concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1085 tat-30 ta' Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1085 tat-30 ta' Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/10761/2018/INIT
ĠU L 194, 31.7.2018, pp. 147–149
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/147 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1085
tat-30 ta' Lulju 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(2) |
Bħala parti mill-politika tal-Unjoni ta' nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, il-Kunsill jikkunsidra l-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch bħala azzjoni ulterjuri li tipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Il-kostruzzjoni ta' dan il-pont u l-ftuħ uffiċjali tiegħu, fil-15 ta' Mejju 2018, huma passi simboliċi ewlenin fil-konsolidazzjoni tal-kontroll tal-Federazzjoni Russa fuq il-Krimea u Sevastopol illegalment annessi u fl-iżolament ulterjuri tal-peniżola mill-Ukrajna. |
|
(4) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jenħtieġ li entitajiet addizzjonali jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista ta' entitajiet li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
ANNESS
Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-Elenkar |
|||||
|
“42. |
AO “Institute Giprostroymost – Saint-Petersburg” АО Институт Гипростроймост – Санкт-Петербург |
Indirizz:
|
AO “Institute Giprostroymost – Saint-Petersburg” ipparteċipat fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tad-diżinn tiegħu tal-Pont, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Għaldaqstant qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li b'hekk tkompli tipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
31.7.2018 |
|||||
|
43. |
PJSC Mostotrest ПАО Мостотрест |
Indirizz:
|
PJSC Mostotrest ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tal-kuntratt statali tagħha għall-manutenzjoni tal-pont, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna. |
31.7.2018 |
|||||
|
44. |
JSC Zaliv Shipyard Судостроительный завод “Залив” |
Indirizz:
|
JSC Zaliv Shipyard ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-linja tal-ferrovija ġdida lejn il-Pont ta' Kerch, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Għaldaqstant qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna. |
31.7.2018 |
|||||
|
45. |
Stroygazmontazh Corporation (SGM Group) ООО Стройгазмонтаж (груп СГМ) |
Indirizz:
|
Stroygazmontazh Corporation (SGM Group) ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tal-kuntratt statali tagħha għall-kostruzzjoni tal-pont li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li b'hekk tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna. |
31.7.2018 |
|||||
|
46. |
Stroygazmontazh Most OOO OOO Стройгазмонтаж-Мост |
Indirizz:
Nru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni: 1157746088170 Nru tal-Identità tat-Taxxa: 7730018980 Sit web: http://kerch-most.ru/tag/sgam-most Indirizz elettroniku: kerch-most@yandex.ru |
Stroygazmontazh Most OOO hija sussidjarja tal-kuntrattur prinċipali Stroygazmontazh li jimmaniġġja l-proġett ta' kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta' Kerch. Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna. |
31.7.2018 |
|||||
|
47. |
CJSC VAD AKTSIONERNOE OBSHCHESTVO VAD АО «ВАД» |
Indirizz: 133, Chernyshevskogo street, Vologda, Vologodskaya Oblast 160019, Russia 122 Grazhdanskiy Prospect, suite 5, Liter A, St. Petersburg 195267, Russia Nru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni: 1037804006811 (Russia) Nru tal-Identità tat-Taxxa: 7802059185 Sit web: www.zaovad.com Indirizz elettroniku: office@zaovad.com |
CJSC VAD huwa l-kuntrattur ewlieni għall-kostruzzjoni tal-Awtostrada Tavrida fil-Krimea, it-triq fuq l-Istrett ta' Kerch għalih. L-Awtostrada Tavrida ser tipprovdi aċċess tat-trasportazzjoni għall-Krimea permezz ta' sistema ta' toroq li għadhom kif inbnew li jservu bħala konnessjoni primarja mal-Pont ta' Kerch. Għaldaqstant CJSC VAD qed jappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
31.7.2018” |