This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1016
Council Implementing Decision (CFSP) 2018/1016 of 17 July 2018 implementing Decision (CFSP) 2016/849 concerning restrictive measures against the Democratic People's Republic of Korea
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1016 tas-17 ta' Lulju 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1016 tas-17 ta' Lulju 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
ST/11045/2018/INIT
ĠU L 181, 18.7.2018, p. 86–87
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/86 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1016
tas-17 ta' Lulju 2018
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(2) |
Fid-9 ta' Lulju 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU emenda l-elenkar ta' individwu u ta' entità soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
ANNESS
1. |
Fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, l-entrata 4 taħt l-intestatura “A. Persuni” hija sostitwita b'dan li ġej:
|
2. |
Fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, l-entrata 28 taħt l-intestatura “B. Entitajiet” hija sostitwita b'dan li ġej:
|