Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1000

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1000 tas-16 ta' Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

    ST/10489/2018/INIT

    ĠU L 178I, 16.7.2018, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1000/oj

    16.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 178/3


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1000

    tas-16 ta' Lulju 2018

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-20 ta' Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693.

    (2)

    Minħabba t-theddida kontinwa ta' ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda fuq il-lista ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693.

    (3)

    Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.


    ANNESS

    Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista mogħtija fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693:

    “2.

    Rabah TAHARI (magħruf ukoll bħala Abu Musab); data tat-twelid: 28 ta' Awwissu 1971; post tat-twelid: Oran (l-Alġerija); nazzjonalità: Alġerina.”.

    Top