Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0992

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/992 tal-11 ta' Lulju 2018 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) (EUTM Somalia/1/2018)

ST/10427/2018/INIT

ĠU L 177, 13.7.2018, pp. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/08/2019; Imħassar b' 32019D1264

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/992/oj

13.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/992

tal-11 ta' Lulju 2018

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) (EUTM Somalia/1/2018)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2010/96/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia), inklużi d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandanti sussegwenti tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/971 (2) emendat il-katina ta' kmand tal-EUTM Somalia. Konsegwentement, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/396 (3) tħassret, u l-Brigadier Ġeneral Maurizio MORENA nħatar bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia.

(3)

Fis-26 ta' Ġunju 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1160 (4) biex ħatar lill-Kurunell Pietro ADDIS bħala s-suċċessur tal-Brigadier Ġeneral Maurizio MORENA bħala l-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia.

(4)

Fit-18 ta' Ġunju 2018, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-KPS jaħtar lill-Kurunell Matteo Giacomo SPREAFICO bħala s-suċċessur tal-Brigadier Ġeneral Pietro ADDIS bħala l-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia mis-16 ta' Lulju 2018.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kurunell Matteo Giacomo SPREAFICO huwa b'dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) mis-16 ta' Lulju 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2018.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal- Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta' taħriġ militari tal- PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 133).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/396 tal-15 ta' Marzu 2016 dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id- Deċiżjoni (PESK) 2015/173 (EUTM Somalia/1/2016) (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 99).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1160 tas-26 ta' Ġunju 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) (EUTM Somalia/1/2017) (ĠU L 167, 30.6.2017, p. 37).


Top