Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0964

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/964 tal-5 ta' Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

    ST/10515/2018/INIT

    ĠU L 172, 9.7.2018, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/964/oj

    9.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 172/3


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/964

    tal-5 ta' Lulju 2018

    li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

    (2)

    Fid-19 ta' Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew qabel li kellhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun hemm rabta ċara bejn id-durata tal-miżuri restrittivi u l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk, meta wieħed iqis li l-implimentazzjoni sħiħa kienet prevista għall-31 ta' Diċembru 2015.

    (3)

    Fil-21 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill ġedded id-Deċiżjoni 2014/512/PESK sal-31 ta' Lulju 2018 sabiex ikun jista' jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk (2).

    (4)

    Wara li għamel valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk, il-Kunsill jikkunsidra li jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra sabiex il-Kunsill ikun jista' jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tagħhom.

    (5)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Jannar 2019.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. BLÜMEL


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2426 tal-21 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 343, 22.12.2017, p. 77).


    Top