EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0902
Council Decision (EU) 2018/902 of 21 April 2016 on the signing, on behalf of the European Union and its Member States, and provisional application of a Protocol to the Framework Agreement between the European Union and its Member States, on the one part, and the Republic of Korea, on the other part, to take account of the accession of the Republic of Croatia to the European Union
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/902 tal-21 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/902 tal-21 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
ST/7729/2016/INIT
ĠU L 161, 26.6.2018, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/902/oj
26.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/902
tal-21 ta' April 2016
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fi Brussell fl-10 ta' Mejju 2010. |
(2) |
Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013. |
(3) |
Taħt it-termini tal-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni, l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Ftehim għandha tiġi miftiehma permezz ta' Protokoll għall-Ftehim. Għandha tkun tapplika proċedura ssimplifikata li permezz tagħha l-Protokoll għandu jiġi konkluż mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u mill-pajjiżi terzi kkonċernati. |
(4) |
Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati. In-negozjati mar-Repubblika tal-Korea ġew konklużi b'suċċess billi ġie inizjalat il-Protokoll. |
(5) |
L-Artikolu 4(3) tal-Protokoll jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tiegħu qabel ma jidħol fis-seħħ. |
(6) |
Jeħtieġ li l-Protokoll jiġi ffirmat, u jkun applikat fuq bażi provviżorja sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, huwa b'dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat biex jinnomina lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VAN DER STEUR