This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0883
Commission Implementing Decision (EU) 2018/883 of 18 June 2018 amending the Annex to Implementing Decision 2014/709/EU concerning animal health control measures relating to African swine fever in certain Member States (notified under document C(2018) 3942) (Text with EEA relevance.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/883 tat-18 ta' Ġunju 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2018) 3942) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/883 tat-18 ta' Ġunju 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2018) 3942) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/3942
ĠU L 155, 19.6.2018, p. 10–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2021
19.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/10 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/883
tat-18 ta' Ġunju 2018
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2018) 3942)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri, fejn kien hemm każijiet ikkonfermati ta' dik il-marda fi ħnieżer domestiċi jew selvaġġi (l-Istati Membri kkonċernati). Fil-Partijiet I sa IV tiegħu, l-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri, skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' dik il-marda. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat diversi drabi biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li kien meħtieġ li jiġu riflessi f'dak l-Anness. |
(2) |
Ir-riskju tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-organiżmi selvaġġi huwa marbut mat-tixrid naturali bil-mod ta' dik il-marda fost il-popolazzjonijiet taċ-ċingjali, kif ukoll ir-riskji marbuta mal-attività umana, kif deher fl-evoluzzjoni epidemjoloġika riċenti ta' dik il-marda fl-Unjoni, u kif iddokumentat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar is-Saħħa u l-Welfare tal-Annimali, ippubblikata fl-14 ta' Lulju 2015; fir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA fuq l-analiżi epidemjoloġiċi dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja, ippubblikat fit-23 ta' Marzu 2017; u fir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA fuq l-analiżi epidemjoloġiċi dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja, ippubblikat fis-7 ta' Novembru 2017 (5). |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (6) tistabbilixxi l-miżuri minimi tal-Unjoni li għandhom jittieħdu għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. B'mod partikolari, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi l-istabbiliment ta' żona ta' protezzjoni u sorveljanza meta d-deni Afrikan tal-ħnieżer jiġi kkonfermat uffiċjalment f'azjenda agrikola tal-ħnieżer, u l-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva jistabbilixxu l-miżuri li għandhom jittieħdu f'żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza sabiex jiġi evitat it-tixrid ta' dik il-marda. Barra minn hekk, l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi l-miżuri li għandhom jittieħdu fejn id-deni Afrikan tal-ħnieżer ikun konfermat fi ħnieżer selvaġġi, inkluż it-tqegħid ta' azjendi agrikoli tal-ħnieżer taħt sorveljanza uffiċjali fiż-żona ddefinita bħala infettata. L-esperjenza reċenti wriet li l-miżuri stipulati fid-Direttiva 2002/60/KE huma effettivi fil-kontroll tat-tixrid ta' dik il-marda, b'mod partikolari l-miżuri li jipprovdu għat-tindif u d-diżinfettar tal-azjendi infettati. |
(4) |
Filwaqt li tqis l-effikaċja tal-miżuri li jiġu applikati fl-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikoli 15, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2002/60/KE, u skont il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju fejn jidħol id-deni Afrikan tal-ħnieżer indikati fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, xi oqsma speċifiċi elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jenħtieġ li jmorru lura fil-Parti II, fid-dawl tal-iskadenza tal-perjodu ta' tliet xhur mill-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni. |
(5) |
F'Mejju 2018, ġew osservati każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali f'żoni tal-Polonja elenkati fil-Parti I u II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Barra minn hekk, ġew osservati wkoll tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi li jinsabu f'województwie podlaskim, f'województwie mazowieckim u f'województwie lubelskim. Dawn il-każijiet reċenti ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali u tifqigħat fil-ħnieżer domestiċi fil-Polonja jikkostitwixxu żieda fil-livell ta' riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, dawn iż-żoni tal-Polonja affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness. |
(6) |
F'Ġunju 2018, ġew osservati sitt tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi ġew osservati fil-Litwanja, fil-muniċipalità distrettwali ta' Varėna, seniūnija ta' Varėna, fil-muniċipalità distrettwali ta' Jurbarkas, seniūnija ta' Seredžius, fil-muniċipalità distrettwali ta' Pakruojis, seniūnija ta' Pašvitinys, fil-muniċipalità distrettwali ta' Lazdijai, seniūnija ta' Lazdijai, fil-muniċipalità distrettwali ta' Mažeikiai, seniūnija Mažeikių apylinkės. Dawn it-tifqigħat reċenti ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi flimkien mal-każijiet fiċ-ċingjali fl-istess żoni fil-Litwanja jikkostitwixxu żieda fil-livell ta' riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, dawn iż-żoni tal-Litwanja affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness. |
(7) |
F'April u Mejju 2018, fl-Ungerija ġie osservat numru ta' każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali. Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/663 (7) u (UE) 2018/835 (8) ġew adottati b'risposta għal dawk il-każijiet. Id-Deċiżjoni (UE) 2018/835 ħassret u ħadet post id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/663 u tapplika sat-30 ta' Ġunju 2018. Id-Deċiżjoni (UE) 2018/835 tipprevedi li żoni infettati stabbiliti mill-Ungerija, fejn japplikaw il-miżuri stipulati fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, jinkludu tal-anqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. |
(8) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/758 (9) ġiet adottata wkoll b'reazzjoni għal każijiet reċenti ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Ungerija u tibqa' tapplika sal-31 ta' Lulju 2018. Id-Deċiżjoni (UE) 2018/758 tipprevedi li żoni infettati stabbiliti mill-Ungerija, fejn japplikaw il-miżuri stipulati fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, jinkludu tal-anqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. |
(9) |
Dawn il-każijiet reċenti ta' deni Afrikan tal-ħnieżer jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, dawn iż-żoni tal-Ungerija affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti I u II ta' dak l-Anness. |
(10) |
F'Marzu 2018, fir-Rumanija ġiet osservata tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi f'azjenda domestika fil-Kontea ta' Satu Mare. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/419 (10) ġiet adottata b'risposta għal dik it-tifqigħa. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/419 tapplika sat-30 ta' Ġunju 2018 u tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fir-Rumanija skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE iridu jkunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. F'Mejju 2018, ġie osservat każ ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali, fil-Kontea ta' Satu Mare fir-Rumanija, li diġà hija milquta minn tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi. L-okkorrenza ta' din it-tifqigħa reċenti fil-ħnieżer domestiċi flimkien mal-każ osservat fiċ-ċingjali fl-istess żona tar-Rumanija jikkostitwixxu żieda fil-livell ta' riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, dawn iż-żoni tar-Rumanija affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti I u III ta' dak l-Anness. |
(11) |
F'Ġunju 2018, ġew osservati erba' tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi u tliet każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali fil-Kontea ta' Tulcea, ir-Rumanija. L-okkorrenza ta' dawn it-tifqigħat reċenti fil-ħnieżer domestiċi flimkien mal-każijiet osservati fiċ-ċingjali fl-istess żona tar-Rumanija jikkostitwixxu żieda fil-livell ta' riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, dawn iż-żoni tar-Rumanija affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti I, II u III ta' dak l-Anness. |
(12) |
F'Ġunju 2018, ġiet osservata tifqigħa ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi f'razzett fil-Kontea ta' Jelgavas (novads), u fil-parroċċa Jaunsvirlaukas (pagasts) fil-Latvja. Din it-tifqigħa reċenti ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi, flimkien mal-każijiet fiċ-ċingjali fl-istess żona tal-Latvja, jikkostitwixxu żieda fil-livell ta' riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, dawn iż-żoni tal-Latvja affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness. |
(13) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi riċenti tal-evoluzzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u sabiex ir-riskji marbuta mat-tixrid ta' dik il-marda jiġu miġġielda b'mod proattiv, jenħtieġ li fil-każ tal-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u r-Rumanija jiġu demarkati ż-żoni l-ġodda ta' daqs suffiċjenti li huma l-aktar fir-riskju u jiġu elenkati skont kif meħtieġ fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Jenħtieġ għalhekk li dak l-Anness jiġi emendat skont dan. |
(14) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġi sostitwit bit-test li hemm fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
(5) EFSA Journal 2015;13(7):4163; EFSA Journal 2017;15(3):4732; EFSA Journal 2017;15(11):5068.
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u temenda id-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/663 tas-27 ta' April 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Ungerija (ĠU L 110, 30.4.2018, p. 136).
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/835 tal-4 ta' Ġunju 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Ungerija (ĠU L 140, 6.6.2018, p. 104).
(9) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/758 tat-23 ta' Mejju 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Ungerija (ĠU L 128, 24.5.2018, p. 16).
(10) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/419 tas-16 ta' Marzu 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Rumanija (ĠU L 75, 19.3.2018, p. 38).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:
ANNESS
PARTI I
1. Ir-Repubblika Ċeka
Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
— |
okres Uherské Hradiště, |
— |
okres Kroměříž, |
— |
okres Vsetín, |
— |
katastrální území obcí v okrese Zlín:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
— |
Hiiu maakond. |
3. L-Ungerija
Iż-żoni li ġejjin fl-Ungerija:
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye 650100, 650200, 650300, 650400, 650500, 650600, 650700, 650800, 651000, 651100, 651200, 652100, 652200, 652300, 652400, 652500, 652601, 652602, 652603, 652700, 652800, 652900 és 653403 kódszámú valamint 656100, 656200, 656300, 656400, 656701, 657010, 657100, 657400, 657500, 657600, 657700, 657800, 657900, 658000, 658100, 658201, 658202, 658310, 658401, 658402, 658403, 658404, 658500, 658600, 658700, 658801, 658802, 658901, 658902, 659000, 659100, 659210, 659220, 659300, 659400, 659500, 659601, 659602, 659701, 659800, 659901, 660000, 660100, 660200, 660400, 660501, 660502, 660600 és 660800 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Hajdú-Bihar megye 900850, 900860, 900930, 900950 és 903350 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Heves megye 700150, 700250, 700260, 700350, 700450, 700460, 700550, 700650, 700750, 700850, 702350, 702450, 702550, 702750, 702850, 703350, 703360, 703450, 703550, 703610, 703750, 703850, 703950, 704050, 704150, 704250, 704350, 704450, 704550, 704650, 704750, 704850, 704950, 705050, 705250, 705350, 705510 és 705610 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750250, 750260, 750350, 750450, 750460, 750550, 750650, 750750, 750850, 750950 és 750960 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Nógrád megye 550110, 550120, 550130, 550210, 550310, 550320, 550450, 550460, 550510, 550610, 550710, 550810, 550950, 551010, 551150, 551160, 551250, 551350, 551360, 551450, 551460, 551550, 551650, 551710, 551810, 551821, 552010, 552150, 552250, 552350, 552360, 552450, 552460, 552520, 552550, 552610, 552620, 552710, 552850, 552860, 552950, 552960, 552970, 553110, 553250, 553260 és 553350 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Pest megye 571250, 571350, 571550, 571610, 571750, 571760, 572350, 572550, 572850, 572950, 573360 és 573450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye 850150, 850250, 850260, 850350, 850450, 850550, 850650, 850850, 851851, 851852, 851950, 852050, 852150, 852250, 852350, 852450, 852550, 852750, 853560, 853650, 853751, 853850, 853950, 853960, 854050, 854150, 854250, 854350, 855250, 855350, 855450, 855460, 855550, 855650, 855660, 855750, 855850, 855950, 855960, 856012, 856050, 856150, 856250, 856260, 856850, 856950, 857050, 857150, 857350, 857450 és 857550. |
4. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
Aizputes novads, |
— |
Alsungas novads, |
— |
Kuldīgas novada Gudenieku, Turlavas un Laidu pagasts, |
— |
Pāvilostas novada Sakas pagasts un Pāvilostas pilsēta, |
— |
Saldus novada Ezeres, Kursīšu, Pampāļu, un Zaņas pagasts, |
— |
Skrundas novada, Nīkrāces un Rudbāržu pagasts un Skrundas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa A9, Skrundas pilsēta, |
— |
Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, |
— |
Ventspils novada Jūrkalnes pagasts. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Akmenės rajono savivaldybė: Papilės seniūnija, |
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Eržvilko, Smalininkų ir Viešvilės seniūnijos, |
— |
Kazlų Rūdos savivaldybė, |
— |
Kelmės rajono savivaldybė, |
— |
Mažeikių rajono savivaldybė: Sedos, Šerkšnėnų ir Židikų seniūnijos, |
— |
Pagėgių savivaldybė, |
— |
Raseinių rajono savivaldybė: Girkalnio ir Kalnūjų seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr A1, Nemakščių, Paliepių, Raseinių, Raseinių miesto ir Viduklės seniūnijos, |
— |
Šakių rajono savivaldybė, |
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
— |
Telšių rajono savivaldybė. |
6. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
7. Ir-Rumanija
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
|
Il-Kontea ta' Satu Mare
|
|
Il-Kontea ta' Tulcea
|
PARTI II
1. Ir-Repubblika Ċeka
Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
— |
katastrální území obcí v okrese Zlín:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
3. L-Ungerija
Iż-żoni li ġejjin fl-Ungerija:
— |
Heves megye 700860, 700950, 701050, 701111, 701150, 701250, 701350, 701550, 701560, 701650, 701750, 701850, 701950, 702050, 702150, 702250, 702260, 702950, 703050, 703150, 703250, 703370, 705150 és 705450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye 850950, 851050, 851150, 851250, 851350, 851450, 851550, 851560, 851650, 851660, 851751, 851752, 852850, 852860, 852950, 852960, 853050, 853150, 853160, 853250, 853260, 853350, 853360, 853450, 853550, 854450, 854550, 854560, 854650, 854660, 854750, 854850, 854860, 854870, 854950, 855050, 855150, 856350, 856360, 856450, 856550, 856650, 856750, 856760 és 857650 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
4. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
Ādažu novads, |
— |
Aglonas novads, |
— |
Aizkraukles novads, |
— |
Aknīstes novads, |
— |
Alojas novads, |
— |
Alūksnes novads, |
— |
Amatas novads, |
— |
Apes novads, |
— |
Auces novads, |
— |
Babītes novads, |
— |
Baldones novads, |
— |
Baltinavas novads, |
— |
Balvu novads, |
— |
Bauskas novads, |
— |
Beverīnas novads, |
— |
Brocēnu novads, |
— |
Burtnieku novads, |
— |
Carnikavas novads, |
— |
Cēsu novads, |
— |
Cesvaines novads, |
— |
Ciblas novads, |
— |
Dagdas novads, |
— |
Daugavpils novads, |
— |
Dobeles novads, |
— |
Dundagas novads, |
— |
Engures novads, |
— |
Ērgļu novads, |
— |
Garkalnes novads, |
— |
Gulbenes novads, |
— |
Iecavas novads, |
— |
Ikšķiles novads, |
— |
Ilūkstes novads, |
— |
Inčukalna novads, |
— |
Jaunjelgavas novads, |
— |
Jaunpiebalgas novads, |
— |
Jaunpils novads, |
— |
Jēkabpils novads, |
— |
Jelgavas novada, Valgundes, Kalnciema, Līvbērzes, Glūdas, Svētes, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas, Sesavas, Platones un Vircavas pagasts, |
— |
Kandavas novads, |
— |
Kārsavas novads, |
— |
Ķeguma novads, |
— |
Ķekavas novads, |
— |
Kocēnu novads, |
— |
Kokneses novads, |
— |
Krāslavas novads, |
— |
Krimuldas novads, |
— |
Krustpils novads, |
— |
Kuldīgas novada Ēdoles, Īvandes, Kurmāles, Padures, Pelču, Rumbas, Rendas, Kabiles, Snēpeles un Vārmes pagasts, Kuldīgas pilsēta, |
— |
Lielvārdes novads, |
— |
Līgatnes novads, |
— |
Limbažu novads, |
— |
Līvānu novads, |
— |
Lubānas novads, |
— |
Ludzas novads, |
— |
Madonas novads, |
— |
Mālpils novads, |
— |
Mārupes novads, |
— |
Mazsalacas novads, |
— |
Mērsraga novads, |
— |
Naukšēnu novads, |
— |
Neretas novads, |
— |
Ogres novads, |
— |
Olaines novads, |
— |
Ozolnieku novada, Ozolnieku un Cenu pagasts, |
— |
Pārgaujas novads, |
— |
Pļaviņu novads, |
— |
Preiļu novads, |
— |
Priekuļu novads, |
— |
Raunas novads, |
— |
republikas pilsēta Daugavpils, |
— |
republikas pilsēta Jelgava, |
— |
republikas pilsēta Jēkabpils, |
— |
republikas pilsēta Jūrmala, |
— |
republikas pilsēta Rēzekne, |
— |
republikas pilsēta Valmiera, |
— |
Rēzeknes novads, |
— |
Riebiņu novads, |
— |
Rojas novads, |
— |
Ropažu novads, |
— |
Rugāju novads, |
— |
Rundāles novads, |
— |
Rūjienas novads, |
— |
Salacgrīvas novads, |
— |
Salas novads, |
— |
Salaspils novads, |
— |
Saldus novada Jaunlutriņu, Lutriņu, Šķēdes, Novadnieku, Saldus, Jaunauces, Rubas, Vadakstes, Zvārdes un Zirņu pagasts un Saldus pilsēta, |
— |
Saulkrastu novads, |
— |
Sējas novads, |
— |
Siguldas novads, |
— |
Skrīveru novads, |
— |
Skrundas novada Raņķu pagasts un Skrundas pagasta daļa, kas atrodas uz Ziemeļiem no autoceļa A9 |
— |
Smiltenes novads, |
— |
Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, |
— |
Strenču novads, |
— |
Talsu novads, |
— |
Tērvetes novads, |
— |
Tukuma novads, |
— |
Valkas novads, |
— |
Varakļānu novads, |
— |
Vārkavas novads, |
— |
Vecpiebalgas novads, |
— |
Vecumnieku novads, |
— |
Ventspils novada Ances, Tārgales, Popes, Vārves, Užavas, Piltenes, Puzes, Ziru, Ugāles, Usmas un Zlēku pagasts, Piltenes pilsēta, |
— |
Viesītes novads, |
— |
Viļakas novads, |
— |
Viļānu novads, |
— |
Zilupes novads. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Akmenės rajono savivaldybė: Akmenės, Naujosios Akmenės kaimiškoji, Kruopių, Naujosios Akmenės miesto ir Ventos seniūnijos, |
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
— |
Alytaus rajono savivaldybė: Alytaus, Butrimonių, Krokialaukio, Miroslavo, Nemunaičio, Pivašiūnų, Punios ir Simno seniūnijos, |
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
— |
Birštono savivaldybė, |
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
— |
Druskininkų savivaldybė, |
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
— |
Joniškio rajono savivaldybė: Gaižaičių, Joniškio, Rudiškių, Satkūnų, Skaistgirio ir Žagarės seniūnijos, |
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Girdžių, Jurbarko miesto, Jurbarkų, Skirsnemunės ir Šimkaičių seniūnijos, |
— |
Kaišiadorių miesto savivaldybė, |
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
— |
Kauno rajono savivaldybė: Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, Garliavos apylinkių, Kačerginės, Karmėlavos, Kulautuvos, Lapių, Linksmakalnio, Neveronių, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vandžiogalos ir Zapyškio seniūnijos, |
— |
Kėdainių rajono, |
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
— |
Marijampolės savivaldybė, |
— |
Mažeikių rajono savivaldybės: Laižuvos, Mažeikių apylinkės, Mažeikių, Reivyčių, Tirkšlių ir Viekšnių seniūnijos, |
— |
Molėtų rajono savivaldybė, |
— |
Pakruojo rajono savivaldybė: Klovainių seniūnija, Linkuvos seniūnijos dalis į rytus nuo kelio Nr. 151 ir kelio Nr. 211, ir Rozalimo seniūnija, |
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
— |
Raseinių rajono savivaldybė: Betygalos, Pagojukų ir Šiluvos seniūnijos ir Kalnūjų seniūnijos dalisį pietus nuo kelio Nr. A1, |
— |
Prienų miesto savivaldybė, |
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
— |
Šiaulių rajono savivaldybė, |
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
— |
Ukmergės rajono savivaldybė, |
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
— |
Vilniaus rajono savivaldybė, |
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė, |
— |
Visagino savivaldybė, |
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
7. Ir-Rumanija
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
|
Il-Kontea ta' Tulcea
|
PARTI III
1. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
Jelgavas novada Jaunsvirlaukas pagasts, |
— |
Ozolnieku novada Salgales pagasts. |
2. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Akmenės rajono savivaldybė: Akmenės ir Ventos seniūnijos, |
— |
Alytaus rajono savivaldybė: Alovės, Daugų ir Raitininkų seniūnijos, |
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Juodaičių, Raudonės, Seredžiaus ir Veliuonos seniūnijos, |
— |
Joniškio rajono savivaldybė: Gataučių, Kepalių, Kriukų ir Saugėlaukio seniūnijos, |
— |
Kauno rajono savivaldybė: Čekiškės, Vilkijos ir Vilkijos apylinkių seniūnijos, |
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
— |
Mažeikių rajono savivaldybės: Laižuvos, Mažeikių apylinkės, Mažeikių, Reivyčių, Tirkšlių ir Viekšnių seniūnijos, |
— |
Pakruojo rajono savivaldybė: Guostagalio seniūnija, Linkuvos seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 151 ir kelio Nr. 211, Lygumų, Pakruojo, Pašvitinio ir Žeimelio seniūnijos, |
— |
Raseinių rajono savivaldybė: Ariogalos seniūnija ir Girkalnio seniūnijos dalis į pietus nuo kelio Nr. A1, |
— |
Varėnos rajono savivaldybė. |
3. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
4. Ir-Rumanija
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
|
Il-Kontea ta' Satu Mare
|
|
Il-Kontea ta' Tulcea Il-Muniċipalità ta' Tulcea bil-lokalitajiet li ġejjin:
|
PARTI IV
L-Italja
Iż-żoni li ġejjin fl-Italja:
— |
it-territorju kollu ta' Sardenja. |