Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0833

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/833 tal-4 ta' Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    ST/7619/2018/INIT

    ĠU L 140, 6.6.2018, p. 87–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/833/oj

    6.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 140/87


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/833

    tal-4 ta' Ġunju 2018

    li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' Lulju 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

    (2)

    F'konformità mal-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati li tinsab fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.

    (3)

    Il-Kunsill ikkonkluda li l-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni u entitajiet inklużi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandhom jiġu aġġornati.

    (4)

    Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta' Ġunju 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    T. TSACHEVA


    (1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.


    ANNESS

    L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif ġej:

    (1)

    taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista li tinsab taħt is-sub-intestatura “B. Entitajiet”;

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “42.(g)

    Shetab Gaman (magħruf ukoll bħala Taamin Gostaran Pishgaman Azar)

    Indirizz: Norouzi alley, No. 2, Larestan Street, Motahari Avenue, Tehran

    Jaġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

    26.7.2010

    49.

    Noavaran Pooyamoj (magħruf ukoll bħala Noavaran Tejarat Paya, Bastan Tejerat Mabna, Behdis Tejarat (jew Bazarganis Behdis Tejarat Alborz Company jew Behdis Tejarat General Trading Company), Fanavaran Mojpooya, Faramoj Company (jew Tosee Danesh Fanavari Faramoj), Green Emirate Paya, Mehbang Sana, Mohandesi Hedayat Control Paya, Pooya Wave Company, Towsee Fanavari Boshra)

     

    Involut fl-akkwist ta' materjali li huma kkontrollati u li għandhom applikazzjoni diretta fil-manifattura ta' ċentrifugi għall-programm għall-arrikkiment tal-uranju tal-Iran.

    23.5.2011

    55.

    Ashtian Tablo

    Ashtian Tablo - No 67, Ghods mirheydari St, Yoosefabad, Tehran

    Involut fil-produzzjoni u l-provvista ta' tagħmir elettriku u materjali speċjalizzati li għandhom applikazzjoni diretta fis-settur nukleari Iranjan.

    23.5.2011”

    (2)

    taħt l-intestatura “II. Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Islamika (IRGC)”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati koorispondenti fil-lista li tinsab taħt is-sub-intestatura “A. Persuni”;

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “1.

    Brigadier Ġenerali tal-IRGC Javad DARVISH-VAND

     

    Eks Deputat tal-MODAFL għall-Ispezzjoni, responsabbli għall-faċilitajiet u l-installazzjonijiet kollha tal-MODAFL, li jibqa' assoċjat, inkluż permezz tal-provvista ta' servizzi, mal-MODAFL u l-IRGC.

    23.6.2008

    8.

    Brigadier Ġenerali tal-IRGC Mohammad Reza NAQDI

    Twieled fl-1953, Nadjaf (Iraq)

    Viċi Kmandant tal-IRGC għall-Affarijiet Kulturali u Soċjali. Eks Kmandant tal-Basij Resistance Force.

    26.7.2010

    10.

    Rostam QASEMI (magħruf ukoll bħala Rostam GHASEMI)

    Twieled fl-1961

    Eks Kmandant ta' Khatam al-Anbiya.

    26.7.2010

    19.

    Brigadier Ġenerali tal-IRGC Amir Ali Haji ZADEH (magħruf ukoll bħala Amir Ali HAJIZADEH)

     

    Kmandant tal-Forzi tal-Ajru tal-IRGC.

    23.1.2012”


    Top