This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0749
Commission Implementing Decision (EU) 2018/749 of 18 May 2018 on recognition of the report of Croatia including typical greenhouse gas emissions from cultivation of agricultural raw materials pursuant to Directive 2009/28/EC of the European Parliament and of the Council
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/749 tat-18 ta' Mejju 2018 dwar ir-rikonoxximent tar-rapport tal-Kroazja li jinkludi l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/749 tat-18 ta' Mejju 2018 dwar ir-rikonoxximent tar-rapport tal-Kroazja li jinkludi l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2018/2878
ĠU L 125, 22.5.2018, pp. 12–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 11/06/2023
|
22.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/12 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/749
tat-18 ta' Mejju 2018
dwar ir-rikonoxximent tar-rapport tal-Kroazja li jinkludi l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta' April 2016, il-Kroazja ppreżentat rapport li jippreżenta r-riżultati tal-kalkoli tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ tal-kolza. Il-kalkoli saru għar-reġjun NUTS 2 - il-Kroazja Kontinentali, fejn jitkabbru iż-żrieragħ tal-kolza. |
|
(2) |
Wara l-eżami tar-rapport ippreżentat mill-Kroazja, il-Kummissjoni tqis li dan jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE biex jippermettu lil Stat Membru tal-UE li juża valuri tipiċi għal żona ġeografika iżgħar minn dawk użati fil-kalkolu tal-valuri prestabbiliti: id-dejta ta' dan ir-rapport tirreferi għal emissjonijiet mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola (żrieragħ tal-kolza); l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ tal-kolza jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas jew ugwali għall-emissjonijiet li tqiesu fil-kalkolu tal-valuri prestabbiliti rilevanti; u dawn l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet b'effett ta' serra jridu jkunu ġew irrappurtati lill-Kummissjoni; |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti u tal-Bijolikwidi, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni tqis li fir-rapport li l-Kroazja ppreżentat għar-rikonoxximent fl-1 ta' April 2016 hemm dejta preċiża għall-kejl tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ tal-kolza prodotti fir-reġjun NUTS 2 - il-Kroazja Kontinentali, għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE. Sommarju tad-dejta li tinsab fir-rapport huwa stipulat fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta' ħames snin. Jekk il-kontenut jew iċ-ċirkostanzi tar-rapport, kif imressaq lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent fl-1 ta' April 2016, jinbidel b'tali mod li jista' jaffettwa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent magħmul fl-Artikolu 1, tali tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat bil-għan li tistabbilixxi jekk ir-rapport għadux qed jipprovdi dejta preċiża.
Artikolu 3
Il-Kummissjoni tista' tirrevoka din id-Deċiżjoni jekk ikun intwera biċ-ċar li dak ir-rapport ma għadux jinkludi dejta preċiża għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ tal-kolza prodotti fil-Kroazja.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
L-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ tal-kolza fil-Kroazja:
|
Inputs |
L-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra (GHG) fi kg CO2 eq/ha |
L-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra (GHG) fi kg CO2 eq/t ż rieragħ tal-kolza |
L-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra (GHG) fi kg CO2 eq/t żrierag ħ tal-kolza |
|
N-fertilizzant |
245,7 |
87,75 |
3,702 |
|
P2O5-fertilizzant |
25,28 |
9,028 |
0,381 |
|
K2O-fertilizzant |
46,08 |
16,45 |
0,694 |
|
Żerriegħa |
2,2 |
0,785 |
0,033 |
|
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
13,5 |
4,82 |
0,203 |
|
Diżil |
219,5 |
78,39 |
3,307 |
|
L-emissjonijiet ta' N2O fl-għelieqi |
787,4 |
281,21 |
11,86 |
|
TOTAL |
1 339,66 |
478,45 |
20,18 |