Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0713

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/713 tal-14 ta' Mejju 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ĠU L 119, 15.5.2018, pp. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/713/oj

15.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/39


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/713

tal-14 ta' Mejju 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fit-18 ta' April 2018 u fid-29 ta' April 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) aġġorna l-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)   ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

Fit-Taqsima B (Entitajiet) tal-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, jitneħħew l-entrata 1 (li tikkonċerna l-bastiment Nadine) u l-entrata 2, (li tikkonċerna l-bastiment Lynn S).


Top