Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0697

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/697 tas-7 ta' Mejju 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2018) 2888) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2018/2888

    ĠU L 117, 8.5.2018, p. 23–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/697/oj

    8.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 117/23


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/697

    tas-7 ta' Mejju 2018

    li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri

    (notifikata bid-dokument C(2018) 2888)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”), u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4).

    (2)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE għandhom jinkludu mill-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu mill-inqas sad-dati għal dawk iż-żoni stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

    (3)

    Mid-data tal-adozzjoni tagħha 'l hawn, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata diversi drabi sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-influwenza avjarja. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (5) sabiex jiġu stabbiliti r-regoli dwar id-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' jum miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. Dik l-emenda qieset il-fatt li hemm riskju baxx ħafna li l-flieles ta' jum ixerrdu l-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja meta mqabbla ma' prodotti bażiċi oħra tat-tjur.

    (4)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata wkoll sussegwentement bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 (6) sabiex jissaħħu l-miżuri ta' kontroll tal-mard applikabbli fejn hemm riskju akbar li tinxtered l-influenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'konsegwenza ta' dan, issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi l-istabbiliment fil-livell tal-Unjoni ta' żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew wara tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja, u kemm idumu l-miżuri li jridu jiġu applikati fihom. Issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll ir-regoli għad-dispaċċ tal-pollam ħaj, tal-flieles ta' jum u tal-bajd għat-tifqis miż-żoni ristretti l-oħrajn lejn Stati Membri oħra, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

    (5)

    Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat diversi drabi, l-aktar biex jitqiesu l-bidliet fil-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE.

    (6)

    L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/642 (7), wara n-notifika mill-Bulgarija dwar tifqigħa ġdida tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'azjenda tal-pollam li tinsab fir-reġjun ta' Haskovo ta' dak l-Istat Membru. Il-Bulgarija nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara dik it-tifqigħa l-ġdida, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda tal-pollam infettat.

    (7)

    Mid-data li fiha saret l-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/642 'l hawn, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni b'aktar tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'azjendi tal-pollam li jinsabu fir-reġjun ta' Plovdiv ta' dak l-Istat Membru.

    (8)

    Il-Bulgarija nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara dawn it-tifqigħat reċenti, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tal-pollam infettati f'dak l-Istat Membru.

    (9)

    Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri flimkien mal-Bulgarija, u l-Kummissjoni hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjendi tal-pollam fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat il-ġodda.

    (10)

    Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn lill-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati l-ostakli għall-kummerċ mhux ġustifikati u imposti minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni, flimkien mal-Bulgarija, jiġu deskritti malajr iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Bulgarija, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħa reċenti tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dak l-Istat Membru.

    (11)

    Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi aġġornata sabiex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika aġġornata fil-Bulgarija marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'mod partikolari, jenħtieġ li fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu elenkati ż-żoni l-ġodda ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Bulgarija li ġew stabbiliti u li issa huma soġġetti għar-restrizzjonijiet skont id-Direttiva 2005/94/KE.

    (12)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat sabiex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jiġu inklużi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Bulgarija, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħa reċenti tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dak l-Istat Membru, u kemm se jdumu r-restrizzjonijiet applikabbli fihom.

    (13)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan.

    (14)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Mejju 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

    (4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

    (5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

    (6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 tal-It-Tlieta, 10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 261, 11.10.2017, p. 26).

    (7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/642 tal-25 ta' April 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 106, 26.4.2018, p. 23).


    ANNESS

    L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fil-Parti A, l-entrata tal-Bulgarija hija sostitwita kif ġej:

    Stat Membru: il-Bulgarija

    Żona li tinkludi:

    Data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

    Ir-reġjun ta' Plodiv:

    Il-muniċipalità ta' Rodopi:

    Krumovo

    Yagodovo

    9.5.2018

    Il-muniċipalità ta' Maritsa:

    Kalekovets

    Trilistnik

    10.5.2018

    Il-muniċipalità ta' Rakovski:

    Stryama

    10.5.2018

    Il-muniċipalità ta' Rakovski:

    Momino selo

    Rakovski

    21.5.2018

    Il-muniċipalità ta' Kaloyanovo:

    Glavatar

    21.5.2018

    Il-muniċipalità ta' Brezovo:

    Brezovo

    21.5.2018

    Il-muniċipalità ta' Maritsa:

    Graf Ignatievo

    22.5.2018

    Ir-reġjun ta' Haskovo:

    Il-muniċipalità ta' Haskovo:

    Malevo

    15.5.2018”

    (2)

    Fil-Parti B, l- entrata tal-Bulgarija hija sostitwita kif ġej:

    Stat Membru: il-Bulgarija

    Żona li tinkludi:

    Data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

    Ir-reġjun ta' Yambol:

    Il-muniċipalità ta' Yambol:

    Yambol

    6.5.2018

    Il-muniċipalità ta' Straldzha:

    Zimnitsa

    Straldzha

    Vodenichene

    Dzhinot

    Il-muniċipalità ta' Tundzha:

    Mogila

    Veselinovo

    Kabile

    Ir-reġjun ta' Sliven:

    Il-muniċipalità ta' Sliven:

    Zhelyu Voivoda

    Blatets

    Dragodanovo

    Gorno Aleksandrovo

    6.5.2018

    Ir-reġjun ta' Plovdiv:

    Il-muniċipalità ta' Rakovski:

    Momino selo

    Rakovski

    From 22.5.2018 to 30.5.2018

    Il-muniċipalità ta' Kaloyanovo:

    Glavatar

    From 22.5.2018 to 30.5.2018

    Il-muniċipalità ta' Brezovo:

    Brezovo

    From 22.5.2018 to 30.5.2018

    Il-muniċipalità ta' Maritsa:

    Graf Ignatievo

    From 23.5.2018 to 31.5.2018

    Il-muniċipalità ta' Rodopi:

    Krumovo

    Yagodovo

    Brestnik

    Belashtica

    Markovo

    Branipole

    Il-muniċipalità ta' Sadovo:

    Katunitsa

    Karadzhzovo

    Kochevo

    Mominsko

    Il-muniċipalità ta' Kuklen:

    Kuklen

    Ruen

    Il-muniċipalità ta' Asenovgrad:

    Asenovgrad

    Il-muniċipalità ta' Plovdiv:

    Plovdiv

    18.5.2018

    Il-muniċipalità ta' Maritsa:

    Maritsa

    Zhelyazno

    Voivodino

    Skutare

    Rogosh

    19.5.2018

    Il-muniċipalità ta' Kaloyanovo:

    Razhevo Konare

    Razhevo

    Il-muniċipalità ta' Brezovo:

    Streltsi

    Zelenikovo

    Choba

    Tyurkmen

    Drangovo

    Il-muniċipalità ta' Maritsa:

    Graf Ignatievo

    Dink

    Kalekovets

    Krislovo

    Zhelyzno

    Trud

    Stroevo

    Il-muniċipalità ta' Kaloyanovo:

    Dunavlii

    Kaloyanovo

    Dalgo pole

    Razhevo Konare

    Il-muniċipalità ta' Saedinenie:

    Malak chardak

    Golyam chardak

    Tsarimir

    30.5.2018

    Il-muniċipalità ta' Rakovski:

    Rakovski

    Shishmantsi

    Bolyarino

    Stryama

    Momino selo

    Il-muniċipalità ta' Maritsa:

    Trilistnik

    Yasno pole

    Manole

    Manolsko Konare

    Il-muniċipalità ta' Kaloyanovo:

    Glavatar

    Il-muniċipalità ta' Brezovo:

    Otets Kirilovo

    Padarsko

    Borets

    31.5.2018

    Ir-reġjun ta' Stara Zagora:

    Il-muniċipalità ta' Bratya Daskalovi:

    Kolyu Marinovo

    Pravoslav

    Veren

    30.5.2018

    Ir-reġjun ta' Haskovo:

    Il-muniċipalità ta' Haskovo:

    Voivodovo

    Manastir

    Haskovo

    Krivo pole

    Knizhovnik

    Orlovo

    Konush

    Momino

    Dolno voivodino

    Dinevo

    Liubenovo

    Stoikovo

    Stamboliiski

    Il-muniċipalità ta' Stambolovo:

    Zjalti briag

    Stambolovo

    Kralevo

    24.5.2018”


    Top