Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0600

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/600 tal-10 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali

    ĠU L 101, 20.4.2018, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/600/oj

    Related international agreement

    20.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 101/3


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/600

    tal-10 ta' Ottubru 2016

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma' New Zealand bil-għan li jiġi konkluż Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali (“Il-Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fit-23 ta' Settembru 2015.

    (2)

    L-għan tal- Ftehim huwa li jistabbilixxi l-bażi legali għal qafas ta' kooperazzjoni li jimmira li jiżgura l-katina tal-provvista u li jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, kif ukoll li jippermetti l-iskambju ta' informazzjoni biex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni doganali u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-ġlieda kontra l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.

    (3)

    Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni ta' dak il-Ftehim (1).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta' Ottubru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. MATEČNÁ


    (1)  It-test tal-Ftehim jiġi ppublikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


    Top