Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0495

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/495 tat-22 ta' Marzu 2018 li temenda l-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

    C/2018/1635

    ĠU L 81, 23.3.2018, p. 77–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/495/oj

    23.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 81/77


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/495

    tat-22 ta' Marzu 2018

    li temenda l-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim Monetarju tas-17 ta' Diċembru 2009 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan, u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 8(1) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan (“il-Ftehim Monetarju”) jeħtieġ lill-Istat tal-Belt tal-Vatikan jimplimenta l-atti legali u r-regoli tal-Unjoni dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, tal-frodi u tal-iffalsifikar tal-flus u tal-mezzi tal-ħlas mhux fi flus; medalji u tokens u rekwiżiti ta' rappurtar statistiku. Dawn l-atti u regoli huma elenkati fl-Anness tal-Ftehim Monetarju.

    (2)

    L-Anness tal-Ftehim Monetarju jrid jiġi emendat mill-Kummissjoni kull sena biex jitqiesu l-atti legali u r-regoli ġodda rilevanti tal-Unjoni u l-emendi f'dawk eżistenti,

    (3)

    Xi atti u r-regoli legali rilevanti ġodda tal-Unjoni u xi emendi għal atti ġuridiċi eżistenti ġew adottati u għandhom jiġu miżjuda mal-Anness,

    (4)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness tal-Ftehim Monetarju jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Marzu 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    ANNESS

    ANNESS

     

    Dispożizzjonijiet Legali li għandhom jiġu implimentati

    Skadenza għall-implimentazzjoni

     

    Prevenzjoni tal-ħasil tal-flus

    1

    Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15) (*)

    Emendata minn:

    31 ta' Diċembru 2010

    2

    Id-Direttiva 2008/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 46)

    Issupplimentata minn:

    3

    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1)

    4

    Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar kontrolli ta' flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9)

    5

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta' Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta' persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta' attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29) (**)

    6

    Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1)

    7

    Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39)

    31 ta' Diċembru 2016 (2)

    8

    Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1)

    31 ta' Diċembru 2017 (3)

    9

    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73)

    Issupplimentata minn:

    31 ta' Diċembru 2017 (3)

    10

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1)

    31 ta' Diċembru 2017 (5)

     

    Prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar

    11

    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI tat-28 ta' Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta' mezzi ta' ħlas bi flus mhux kontanti (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1)

    31 ta' Diċembru 2010

    12

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6)

    Emendat minn:

    31 ta' Diċembru 2010

    13

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1)

    14

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta' Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1)

    Emendat minn:

    31 ta' Diċembru 2010

    15

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5)

    16

    Id-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014, p. 1)

    31 ta' Diċembru 2016 (2)

     

    Regoli dwar il-karti u l-muniti tal-euro

    17

    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 1999 dwar is-sistema għall-immaniġġjar tal-kwalità għall-muniti tal-euro

    31 ta' Diċembru 2010

    18

    Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 2001/C 318/03 tat-22 ta' Ottubru 2001 dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tad-disinn tal-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro (C(2001) 600 finali) (ĠU C 318, 13.11.2001, p. 3)

    31 ta' Diċembru 2010

    19

    Il-Linja gwida BĊE/2003/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Marzu 2003 dwar l-infurzar ta' miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus euro (ĠU L 78, 25.3.2003, p. 20).

    Emendata minn:

    31 ta' Diċembru 2010

    20

    Il-Linja gwida BĊE/2013/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2013 li temenda l-Linja gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta' miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 43)

    31 ta' Diċembru 2014 (1)

    21

    Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1)

    Emendata minn:

    31 ta' Diċembru 2012

    22

    Id-Deċiżjoni BĊE/2012/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Settembru 2012 (ĠU L 253, 20.9.2012, p. 19)

    31 ta' Diċembru 2013 (1)

    23

    Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta' muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1)

    31 ta' Diċembru 2012

    24

    Ir-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135)

    31 ta' Diċembru 2013 (1)

    25

    Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37)

    31 ta' Diċembru 2014 (1)

    26

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta' Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Riformulazzjoni) (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1)

    31 ta' Diċembru 2013 (2)


    Taqsima tal-Anness tal-Ftehim Monetarju konformi mal-Ftehim ad hoc tal-Kumitat Konġunt fuq talba mis-Santa Sede u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan dwar l-inklużjoni ta' regoli relevanti applikabbli għal entitajiet li jwettqu attivitajiet fuq bażi professjonali

     

    Partijiet relevanti tal-istrumenti legali li ġejjin

    Skadenza għall-implimentazzjoni

    27

    Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1)

    Emendata minn:

    31 ta' Diċembru 2016 (2)

    28

    Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/65/KE tas-27 ta' Settembru 2001 (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28)

    29

    Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16)

    30

    Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1)

    31

    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)

    31 ta' Diċembru 2017 (2)

    32

    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)

    Emendat minn:

    31 ta' Diċembru 2017 (2)

    33

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/62 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-proporzjon ta' ingranaġġ (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 37)

    Issupplimentat minn:

    31 ta' Diċembru 2017 (3)

    34

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 8),

    Emendat minn:

    31 ta' Diċembru 2017 (3)

    35

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/923 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 150, 17.6.2015, p. 1)

    31 ta' Diċembru 2017 (3)

    36

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1)

    31 ta' Diċembru 2017 (3)

    37

    Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1) u l-miżuri relatati tat-tieni livell kif xieraq

    Emendat minn:

    30 ta' Settembru 2018 (4)

    38

    Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1)

    Issupplimentat minn:

    30 ta' Settembru 2018 (5)

    39

    Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti ta' ksur attwali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 126)

    30 ta' Settembru 2018 (4)

    40

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/522 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċerti korpi pubbliċi ta' pajjiżi terzi u l-banek ċentrali, l-indikaturi ta' manipulazzjoni tas-suq, il-limiti ta' divulgazzjoni, l-awtorità kompetenti għan-notifiki ta' ttardjar, il-permess għal negozjar matul perjodi magħluqa u t-tipi ta' tranżazzjonijiet tal-amministraturi notifikabbli (ĠU L 88, 5.4.2016, p. 1).

    30 ta' Settembru 2018 (4)

    41

    Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 179)

    30 ta' Settembru 2018 (4)

     

    Leġiżlazzjoni dwar il-ġbir ta' informazzjoni statistika

    42

    Il-Linja gwida BĊE/2013/24 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta' Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta' rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 34)

    Emendata minn:

    31 ta' Diċembru 2016 (2)

    43

    Il-Linja gwida (UE) 2016/66 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Novembru 2015 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2013/24 dwar l-obbligi ta' rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2015/40) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 36)

    31 ta' Marzu 2017 (4)

    44

    Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1)

    Emendat minn:

    31 ta' Diċembru 2016 (2)

    45

    Ir-Regolament (UE) Nru 1375/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1071/2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (BĊE/2014/51)(ĠU L 366, 20.12.2014, p. 77)

    46

    Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51)

    Emendat minn:

    31 ta' Diċembru 2016 (2)

    47

    Ir-Regolament (UE) Nru 756/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/30) (ĠU L 205, 12.7.2014, p. 14)

    48

    Il-Linja gwida BĊE/2014/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1)

    Emendata minn:

    31 ta' Diċembru 2016 (2)

    49

    Il-Linja gwida (UE) 2015/571 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta' Novembru 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2014/43) (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 82)

    50

    Il-Linja gwida (UE) 2016/450 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2015/44) (ĠU L 86, 1.4.2016, p. 42)

    31 ta' Marzu 2017 (4)

    51

    Il-Linja gwida (UE) 2017/148 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2016/45) (ĠU L 26, 31.1.2017, p. 1)

    1 ta' Novembru 2017 (5)

    (1)

    Dawn l-iskadenzi ġew maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2013.


    (2)  Dawn l-iskadenzi ġew maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2014.

    (3)  Dawn l-iskadenzi ġew maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2015.

    (4)  Dawn l-iskadenzi ġew maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2016.

    (5)  Dawn l-iskadenzi ġew maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2017.

    (*)

    Id-Direttiva 2005/60/KE titħassar bid-Direttiva (UE) 2015/849 iżda tibqa' fl-anness sad-data tal-iskadenza deċiża għat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/849.

    (**)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE titħassar bid-Direttiva (UE) 2015/849 iżda tibqa' fl-anness sad-data tal-iskadenza deċiża għat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/849.


    Top