This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0319
Council Decision (EU) 2018/319 of 27 February 2018 establishing the position to be adopted on behalf of the European Union at the 26th session of the Revision Committee of the Intergovernmental Organisation for International Carriage by Rail as regards certain amendments to the Convention concerning International Carriage by Rail and to the Appendices thereto
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/319 tas-27 ta' Frar 2018 dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-26 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal- Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija rigward ċerti emendi fil-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija u fl-Appendiċijiet tagħha
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/319 tas-27 ta' Frar 2018 dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-26 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal- Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija rigward ċerti emendi fil-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija u fl-Appendiċijiet tagħha
ĠU L 62, 5.3.2018, p. 10–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/319
tas-27 ta' Frar 2018
dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-26 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal- Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija rigward ċerti emendi fil-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija u fl-Appendiċijiet tagħha
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Unjoni aderiet mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (“il- Konvenzjoni COTIF”), f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE (1). |
(2) |
L-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni ta' Ċipru u Malta, japplikaw il-Konvenzjoni COTIF. |
(3) |
Il-Kumitat tar-Reviżjoni tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (“il-Kumitat tar-Reviżjoni”) ġie stabbilit skont il-punt (c) tal-Artikolu 13(1) tal-Konvenzjoni COTIF. Fis-26 sessjoni tiegħu, li għandha ssir mis-27 ta' Frar sal-1 ta' Marzu 2018, il-Kumitat tar-Reviżjoni mistenni jiddeċiedi dwar ċerti emendi fil-Konvenzjoni COTIF kif ukoll fl-Appendiċijiet tagħha, jiġifieri fl-Appendiċi E (Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt tal-Użu tal-Infrastruttura fit-Traffiku Ferrovjarju Internazzjonali — CUI), fl-Appendiċi F (Regoli Uniformi li jirrigwardaw il-Validazzjoni ta' Standards Tekniċi u l-Adozzjoni ta' Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi Applikati għall-Materjal tal-Ferroviji bl-intenzjoni li jintużaw mit-Traffiku Internazzjonali — APTU) u fl-Appendiċi G (Regoli Uniformi li jirrigwardaw l-Ammissjoni Teknika ta' Materjal tal-Ferroviji użat fit-Traffiku Internazzjonali — ATMF). |
(4) |
Matul is-26 sessjoni tiegħu, il-Kumitat tar-Reviżjoni ser jiddeċiedi wkoll dwar l-adozzjoni ta' Appendiċi H ġdid dwar l-operat sikur tal-ferroviji fit-traffiku internazzjonali. |
(5) |
L-emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tar-Reviżjoni għandhom l-għan li jaġġornaw ċerti dispożizzjonijiet b'riżultat tal-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni COTIF fl-2011, b'mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-dritt tal-vot ta' organizzazzjoni reġjonali u l-istabbiliment ta' kworum. |
(6) |
L-emendi tal-Konvenzjoni COTIF għandhom l-għan li jtejbu u jiffaċilitaw il-proċedura għar-reviżjoni tal-Konvenzjoni COTIF bil-ħsieb ta' implimentazzjoni rapida u konsistenti tal-emendi tal-Konvenzjoni COTIF u tal-Appendiċijiet tagħha, u sabiex jiġu evitati effetti negattivi tal-proċedura ta' reviżjoni attwali li tieħu fit-tul, inkluż ir-riskju ta' allinjament ħażin intern bejn l-emendi adottati mill-Kumitat tar-Reviżjoni u dawk adottati mill-Assemblea Ġenerali tal-OTIF, kif ukoll allinjament ħażin estern, b'mod partikolari mal-liġi tal-Unjoni. |
(7) |
L-emendi fl-Appendiċi E (CUI) għandhom l-għan li jiċċaraw il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regoli Uniformi tal-CUI biex jiġi żgurat li dawk ir-regoli jiġu applikati b'mod aktar sistematiku għall-għan maħsub tagħhom, jiġifieri għat-traffiku internazzjonali bil-ferrovija bħal fil-kurituri tal-merkanzija jew fil-ferroviji internazzjonali tal-passiġġieri. |
(8) |
L-emendi fl-Appendiċijiet F (APTU) u G (ATMF) għandhom l-għan li jiksbu armonizzazzjoni bejn ir-regoli tal-OTIF u r-regoli tal-Unjoni, b'mod partikolari wara li l-Unjoni adottat ir-raba' pakkett ferrovjarju fl-2016. |
(9) |
L-Appendiċi H il-ġdid huwa maħsub biex itejjeb l-interoperabbiltà lil hinn mill-Unjoni, abbażi tal-kunċett ta' kriterji armonizzati għall-ħruġ mill-awtoritajiet Statli ta' Ċertifikati tas-Sikurezza lill-impriżi ferrovjarji bħala prova li l-impriżi ferrovjarji kapaċi joperaw il-ferroviji b'mod sikur fl-Istat ikkonċernat. |
(10) |
Il-maġġoranza tal-emendi proposti jaqblu mal-liġi u mal-għanijet strateġiċi tal-Unjoni, u għaldaqstant jenħtieġ li jiġu appoġġati mill-Unjoni. Ċerti emendi jenħtieġ li jkun hemm aktar diskussjoni dwarhom fl-Unjoni u għandhom jitwarrbu fis-26 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni. |
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fis-26 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni tkun ibbażata fuq l-allegat għal din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-26 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni stabbilit bil-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999, għandha tkun ibbażata fuq l-allegat għal din id-Deċiżjoni.
2. Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat tar-Reviżjoni jistgħu jaqblu ma' tibdiliet żgħar fid-dokumenti msemmija fl-allegat għal din id-deċiżjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta' Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).
DOKUMENT MEHMUŻ
1. INTRODUZZJONI
Is-Segretarjat Ġenerali (SĠ) tal-OTIF sejjaħ is-26 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-COTIF99 f'Bern, l-Iżvizzera, mis-27 ta' Frar sal-1 ta' Marzu 2018. Id-dokumenti dwar il-punti tal-aġenda huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-OTIF f'dan il-link: http://otif.org/en/?page_id=126
2. KUMMENTI DWAR IL-PUNTI TAL-AĠENDA
Il-Punt 1 tal-Aġenda - Il-ftuħ tal-laqgħa u l-istabbiliment tal-kworum
Dokument(i): ebda dokument
Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża)
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: mhux disponibbli
Pożizzjoni: ebda pożizzjoni
Il-Punt 2 tal-Aġenda – L-elezzjoni tal-president u tal-viċi president
Dokument(i): ebda dokument
Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża)
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Istati Membri
Pożizzjoni: ebda pożizzjoni
Il-Punt 3 tal-Aġenda – L-adozzjoni tal-aġenda
Dokument(i): LAW-17125-CR 26/3.1
Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża u esklużiva)
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Unjoni
Pożizzjoni: Favur l-adozzjoni tal-abbozz tal-aġenda
Il-Punt 4 tal-Aġenda – Il-modifika tar-Regoli ta' Proċedura
Dokument(i): LAW-17125-CR 26/4
Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża u esklużiva)
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Unjoni
Pożizzjoni: Appoġġ għall-abbozz ta' emendi proposti għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, bl-eċċezzjoni tal-punti li ġejjin:
a. |
l-Artikolu 9(2) tar-Regoli ta' Proċedura għandhom jipprevedu li “Il-perijodu għandu jkun 12-il ġimgħa jekk id-dokument jiġi ppreżentat bit-tliet lingwi ta' ħidma kollha.”; u |
b. |
il-bidla fl-Artikolu 9(4) tar-Regoli ta' Proċedura dwar il-vot fin-nuqqas ta' verżjonijiet lingwistiċi hija rrifjutata. |
Il-verżjoni attwali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Reviżjoni hija anterjuri għall-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni COTIF; għalhekk, ċerti dispożizzjonijiet huma skaduti u jenħtieġ li jiġu aġġornati. B'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet għall-vot tal-Unjoni u li jistabbilixxu l-kworum (l-Artikoli 4, 20 u 21) iridu jiġu modifikati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 38 tal-COTIF u mal-Ftehim UE-OTIF.
Il-Punt 5 fuq l-Aġenda – Ir-reviżjoni parzjali tal-Konvenzjoni bażi: emenda tal-proċedura għar-reviżjoni tal-COTIF
Dokument(i): LAW-17126-CR 26/5
Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża)
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Istati Membri
Pożizzjoni: Appoġġ għall-adozzjoni tar-reviżjoni proposta tal-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni biex jiġi stipulat perjodu ta' żmien fiss (36 xahar) għad-dħul fis-seħħ tal-emendi tal-Appendiċijiet adottati mill-Assemblea Ġenerali, fosthom il-klawżola ta' flessibbiltà biex l-iskadenza tiġi estiża skont il-każ, fejn jiġi deċiż hekk mill-Assemblea Ġenerali bil-maġġoranza stipulata fl-Artikolu 14 § 6 tal-COTIF.
Il-proposti għandhom l-għan li jtejbu u jiffaċilitaw il-proċedura għar-reviżjoni tal-Konvenzjoni COTIF bil-ħsieb ta' implimentazzjoni rapida u konsistenti tal-emendi tal-Konvenzjoni u tal-Appendiċijiet tagħha, u sabiex jiġu evitati effetti negattivi tal-proċedura ta' reviżjoni attwali li tieħu fit-tul, inkluż ir-riskju ta' allinjament ħażin intern bejn l-emendi adottati mill-Kumitat tar-Reviżjoni u dawk adottati mill-Assemblea Ġenerali, kif ukoll allinjament ħażin estern, b'mod partikolari mad-dritt tal-Unjoni. Ir-rakkomandazzjoni tas-Segretarjat tal-OTIF irriflettiet il-fehma dominanti fi ħdan grupp ta' ħidma rilevanti li ttratta din il-materja; ġie stabbilit li l-Membri tal-OTIF għandhom ikunu kapaċi jittrasponu l-emendi adottati, fosthom permezz ta' proċeduri parlamentari, fi żmien tliet snin. Il-proposta tidher meħtieġa biex tappoġġa l-funzjonament u l-iżvilupp effiċjenti tal-OTIF.
Il-Punt 6 tal-Aġenda - Ir-reviżjoni parzjali tas-CIM UR - Ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali
Dokument(i): LAW-17126-CR 26/6
Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża u esklużiva)
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Unjoni (jekk jittieħed vot)
Pożizzjoni: Jitqies ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali, tingħata xi informazzjoni dwar attivitajiet u żviluppi rilevanti li għaddejjin bħalissa, tittrawwem aktar ħidma dwar il-valutazzjoni tal-interfaċċi bejn ir-regolamenti tad-dwana u tat-trasport bil-ferrovija, u jingħata appoġġ biex jiġi stabbilit grupp ta' ħidma ta' esperti legali, jew arranġamenti alternattivi tal-koordinazzjoni fil-korpi eżistenti tal-OTIF, fir-rigward ta' kwistjonijiet tad-dwana u d-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti tat-trasport tal-merkanzija.
Il-Punt 7 tal-Aġenda - Ir-reviżjoni parzjali tas-CUI UR
Dokument(i): LAW-17128-CR 26/7.1; LAW-17129-CR 26/7.2
Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża)
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Istati Membri
Pożizzjoni: Appoġġ għall-proposti għall-emendi għall-Artikoli 1 § 1 u 2, 3 (l-ittra l-ġdida aa) u għall-emendi għall-ittri b), c) u g)), 5 § 1, 5bis § 1 u 2, 7 § 2, 8 § 1 u 2, 9 § 1, u 10 § 3 tas-CUI, u s-Segretarjat Ġenerali tal-OTIF jintalab jissottometti l-modifiki kollha għas-CUI UR lill-Assemblea Ġenerali għal deċiżjoni.
Il-modifika sostanzjali ewlenija għandha l-għan li tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tas-CUI UR bl-introduzzjoni fl-Artikolu 3 tad-definizzjoni ta' “traffiku internazzjonali bil-ferrovija” biex tfisser “traffiku li jeħtieġ l-użu ta' mogħdija ferrovjarja internazzjonali jew diversi mogħdijiet nazzjonali suċċessivi li jinsabu f'tal-anqas żewġ Stati u kkoordinat mill-maniġers tal-infrastruttura kkonċernata”, u bl-emenda tal-Artikolu 1 (Kamp ta' Applikazzjoni) kif meħtieġ, filwaqt li tinżamm ir-rabta mas-CIV u s-CIM UR.
L-objettiv huwa li jiġi żgurat li s-CUI UR jiġu applikati b'mod aktar sistematiku għall-għan maħsub tagħhom, jiġifieri għat-traffiku internazzjonali bil-ferrovija. L-abbozz tal-emenda kif propost lill-Kumitat tar-Reviżjoni jikkorrispondi għat-test ta' kompromess li jirriżulta mill-ħidma tal-grupp ta' ħidma ad hoc fi ħdan l-OTIF, li ltaqa' fl-10 ta' Diċembru 2014, fit-8 ta' Lulju 2015, fl-24 ta' Novembru 2015 u fil-31 ta' Mejju 2016. Il-Kummissjoni kkontribwiet fir-riżultat miksub li, skont il-kamp ta' applikazzjoni u l-objettiv tal-Konvenzjoni COTIF, jiġifieri t-trasport internazzjonali, jikkonferma l-applikazzjoni tas-CUI UR fit-traffiku internazzjonali bil-ferrovija, kif stabbilit fid-definizzjoni l-ġdida.
Il-Kummissjoni vvalutat li l-abbozzi ta' emendi għall-Artikolu 1 u 3, kif proposti mis-Segretarjat tal-OTIF, huwa konsistenti mad-definizzjonijiet u mad-dispożizzjonijiet tal-acquis tal-Unjoni fir-rigward tal-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u l-koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura (eż. l-Artikoli 40, 43 u 46 tad-Direttiva 2012/34/UE (riformulazzjoni)).
Fir-rigward tal-abbozz ta' emenda propost mis-Segretarjat tal-OTIF għall-Artikolu 8 (Responsabbiltà tal-maniġer), din hija essenzjalment editorjali u ma taffettwax il-kamp ta' applikazzjoni jew is-sustanza tad-dispożizzjoni. L-abbozzi ta' emendi proposti għall-Artikolu 9 kif ukoll għall-Artikoli 3, 5, 5bis, 7 u 10 huma strettament editorjali.
Il-Punt 8 tal-Aġenda - Appendiċi H Ġdid rigward l-operat sikur tal-ferroviji fit-traffiku internazzjonali
Dokument(i): LAW-17130-CR26/8/9/10; LAW-17131-CR26/8.1; LAW-17132-CR 26/8.2
Kompetenza: L-Unjoni (esklużiva)
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Unjoni
Pożizzjoni:
Appoġġ (LAW-17131-CR26/8.1) għall-inklużjoni ta' Appendiċi H ġdid fil-COTIF rigward l-operat sikur tal-ferroviji fit-traffiku internazzjonali għad-deċiżjoni tal-Assemblea Ġenerali, soġġett għal dan li ġej (tħassir – ingassat; żieda – sottolineat, fejn xieraq):
— |
Fl-Artikolu (2)(b): “Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni” tinbidel b'“Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni tas-Sikurezza”. Jenħtieġ li din is-sostituzzjoni tiġi implimentata konsegwentement fit-test kollu. Bil-Ġermaniż: “Sicherheitsbescheinigungsbehörde” minflok “Zertifizierungsbehörde”. Bil-Franċiż: “autorité de certification de sécurité” minflok “autorité de certification”. |
— |
Artikolu 4(1): Tiżdied is-sentenza “L-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni tas-Sikurezza u l-Awtorità tas-Superviżjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) jistgħu jkunu żewġ entitajiet separati jew jistgħu jiġu inkorporati fl-istess organizzazzjoni.” |
— |
Artikolu 6(1): Tiżdied is-sentenza “L-Awtorità tas-Superviżjoni u l-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni tas-Sikurezza msemmija fl-Artikolu 4(1) jistgħu jkunu żewġ entitajiet separati jew jistgħu jiġu inkorporati fl-istess organizzazzjoni.” |
— |
Fl-Artikolu 8(3): Modifika fit-test biex jaqra kif ġej: “Sabiex jiġu implimentati r-rekwiżiti ta' dawn ir-Regoli Uniformi b'mod armonizzat, l-Annessi għal dawn ir-Regoli Uniformi għandhom jinkludu: (…)
|
— |
Fl-Artikolu 2(f), titjib editorjali, allinjament mat-terminoloġija tal-Unjoni (verżjoni bil-Ġermaniż): ““Eisenbahnsystem” das Schienennetz in jedem Vertragsstaat, bestehend aus […]Strecken , Bahnhöfen, Drehscheiben und Terminals”. |
— |
Fl-Artikolu 7(4), titjib editorjali (verżjoni bil-Ġermaniż): “Die am Betrieb von Zügen im internationalen Verkehr beteiligten Infrastrukturbetreiber und Eisenbahnunternehmen haben […]ein Sicherheitsmanagementsystem einzurichten und dessen korrekte Anwendung in Übereinstimmung mit diesen Einheitlichen Rechtsvorschriften zu kontrollieren.” |
Qbil li s-Segretarju Ġenerali jintalab jemenda r-Rapport ta' Spjegazzjoni b'appoġġ għall-Appendiċi H il-ġdid u jissottomettih lill-Assemblea Ġenerali għall-approvazzjoni.
Appoġġ (LAW-17131-CR26/8.2), bl-għan li l-Appendiċi H il-ġdid jiġi inkluż fil-COTIF, għall-modifiki fl-Artikoli 2, 6, 20, 33 u 35 tal-COTIF, u qbil li s-Segretarju Ġenerali jintalab jissottomettihom lill-Assemblea Ġenerali għal deċiżjoni.
L-abbozz tal-Appendiċi H il-ġdid jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jirregolaw l-operat sikur tal-ferroviji fit-traffiku internazzjonali bl-objettiv li l-COTIF tiġi armonizzata mal-acquis tal-Unjoni u biex jingħata appoġġ lill-interoperabbiltà lil hinn mill-Unjoni Ewropea. It-test propost huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/798 il-ġdida dwar is-sikurezza u l-leġislazzjoni sekondarja relatata, għajr għal kwistjonijiet minuri li għandhom jiġu indirizzati skont il-proposti msemmija hawn fuq. Kif indikat, jenħtieġ ukoll li ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni COTIF jiġu modifikati bl-għan tal-inklużjoni ta' dan l-Appendiċi H il-ġdid.
Il-Punt 9 tal-Aġenda - Ir-Reviżjoni parzjali tal-ATMF UR
Dokument(i): LAW-17130-CR26/8/9/10; LAW-17133-CR26/9; LAW-17134-CR26/09-10
Kompetenza: L-Unjoni (esklużiva)
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Unjoni
Pożizzjoni: Appoġġ lir-reviżjoni parzjali tal-ATMF UR kif proposta mis-Segretarjat tal-OTIF, soġġett għal dan li ġej (tħassir – ingassat; żieda – sottolineat, fejn xieraq):
— |
Fl-Artikolu 7(1a) modifika fit-test biex jaqra kif ġej: “Il-vetturi għandhom jikkonformaw mal-UTPs applikabbli fiż-żmien tat-talba għall-ammissjoni, għall-aġġornament jew għat-tiġdid, f'konformità ma' dawn ir-Regoli Uniformi u filwaqt li titqies l-istrateġija tal-migrazzjoni għall-applikazzjoni tal-UTPs kif stabbiliti fl-Artikoli 8(2a) u 8(4)(f) tal-APTU, u l-possibbiltajiet għal derogi stabbiliti fl-Artikolu 7a tal-ATMF ; din il-konformità għandha tinżamm b'mod permanenti sakemm kull vettura tkun qed tintuża. |
— |
Is-CTE għandu jqis il-ħtieġa li jiġi żviluppat Anness ta' dawn ir-Regoli Uniformi inklużi d-dispożizzjonijiet li jippermettu li l-applikanti jkollhom aktar ċertezza tad-dritt dwar il-preskrizzjonijiet li għandhom jiġu applikati, qabel ma jissottomettu t-talba tagħhom għall-ammissjoni, għall-aġġornament jew għat-tiġdid tal-vetturi. ” |
— |
Fl-Artikolu 2(w), modifika fid-definizzjoni u użu tat-terminu “vetturi” b'mod konsistenti fit-test kollu (il-lingwi kollha). Id-definizzjoni jenħtieġ li tinqara: “vetturi” tfisser vettura ferrovjarja adatta biex tiġri fuq ir-roti tagħha fuq linji ferrovjarji, b'ġibda jew mingħajr. It-terminu “vettura/i” għandu jintuża fit-test kollu, u mhux it-terminu “vettura/i ferrovjarja/i”, li jidher f'xi postijiet. |
— |
Fl-Artikolu 5, titjib editorjali (verżjoni bil-Ġermaniż): “Notifikation” tiġi sostitwita bi “Notifizierung” fi “Jeder Vertragsstaat hat durch […] Notifizierung […] .” u fi “Die […] Notifizierungen können durch regionale Organisationen, die dem COTIF beigetreten sind, im Namen von Vertragsstaaten, die Mitglied der betreffenden Organisation sind, vorgenommen werden.” |
— |
Fl-Artikolu 10, titjib editorjali (verżjoni bil-Ġermaniż): “Verzeichnis” minflok “Dossier” fi “Wenn eine neue Betriebszulassung erforderlich ist, hat der Antragsteller dem betreffenden Vertragsstaat ein das Vorhaben beschreibendes […] Dossier zu übersenden.” kif ukoll fi “Der Vertragsstaat hat seine Entscheidung spätestens vier Monate nach der Vorlage des voll-ständigen […] Dossiers durch den Antragsteller zu treffen”. |
— |
Fl-Artikolu 13(1)(a), titjib editorjali (verżjonijiet bl-Ingliż u bil-Ġermaniż): CTE tiġi sostitwita bl-isem sħiħ tal-Kumitat fi “jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet adottati mill-[…]Kumitat ta' Esperti Tekniċi ;” u “mit den vom […]Fachausschuss für technische Fragen angenommenen Spezifikationen übereinstimmen;”. |
— |
Żieda tal-Artikolu 14 li ġej: “Artikolu 14 - Annessi u rakkomandazzjonijiet
|
Id-dispożizzjonijiet tal-ATMF UR huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/57/KE dwar l-Interoperabilità tal-Unjoni Ewropea u ma' parti mid-Direttiva 2009/49/KE dwar is-Sikurezza. Mal-adozzjoni tar-raba' pakkett ferrovjarju, l-Unjoni bidlet diversi dispożizzjonijiet ta' dan l-acquis. Abbażi ta' analiżi tal-Kummissjoni, is-Segretarjat tal-OTIF u l-grupp ta' ħidma rilevanti ħejjew il-modifiki li jikkonċernaw l-Artikoli 2, 3a, 5, 6, 7, 10, 10b, 11 u 13 fl-ATMF UR. Dawn il-modifiki huma meħtieġa sabiex ċerta terminoloġija tiġi armonizzata ma' xi dispożizzjonijiet ġodda tal-UE u biex jitqiesu xi bidliet proċedurali fl-UE, b'mod partikolari l-fatt li Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji ser tkun kompetenti biex toħroġ l-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi. Il-kunċett bażiku tal-ATMF mhuwiex affettwat bit-tibdil propost.
Il-Punt 10 tal-Aġenda - Ir-Reviżjoni parzjali tal-APTU UR
Dokument(i): LAW-17130-CR26/8/9/10; LAW-17135-CR26/10; LAW-17134-CR26/09-10
Kompetenza: L-Unjoni (esklużiva)
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Unjoni
Pożizzjoni: Appoġġ għall-adozzjoni tal-modifiki fl-Artikolu 8 tal-Appendiċi F tal-Konvenzjoni COTIF u approvazzjoni tal-modifiki rilevanti tar-Rapport ta' Spjegazzjoni.
Id-dispożizzjonijiet tal-ATMF UR huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/57/KE dwar l-Interoperabilità, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-kontenut tal-Preskrizzjonijiet tekniċi Uniformi (UTPs) u l-ekwivalenza tagħhom mal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabbiltà (TSIs) tal-Unjoni Ewropea. Mal-adozzjoni tar-raba' pakkett ferrovjarju u b'mod partikolari tar-riformulazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797 dwar l-Interoperabbiltà, l-Unjoni bidlet diversi dispożizzjonijiet ta' dan l-acquis. Abbażi tal-analiżi mill-Kummissjoni, is-Segretarjat tal-OTIF u l-grupp ta' ħidma ħejjew modifiki fl-APTU UR biex tkun żgurata armonizzazzjoni kontinwa mad-dritt tal-Unjoni. Il-modifiki jikkonċernaw l-Artikolu 8 tal-APTU UR u jikkonsistu fiż-żieda ta' żewġ taqsimiet fil-kontenut tal-UTPs ekwivalenti għat-TSIs tal-UE. Dawn il-bidliet huma meħtieġa biex ikun żgurat li l-kontenut tat-TSIs futuri tal-Unjoni Ewropea u l-UTPs tal-COTIF jibqa' ekwivalenti. Il-kunċett bażiku tal-APTU mhuwiex affettwat bit-tibdil propost.
Il-Punt 11 tal-Aġenda - Diskussjoni ġenerali dwar il-ħtieġa li jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet tal-aċċess
Dokument(i): LAW-17130-CR26/11
Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża)
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: mhux applikabbli
Pożizzjoni: ebda pożizzjoni
Il-Punt 12 tal-Aġenda - Ħwejjeġ oħra
Dokument(i): LAW-17130-CR26/12
Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża)
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Istati Membri
Pożizzjoni: Ma topponix l-istabbiliment ta' grupp ta' ħidma ta' esperti legali biex jiffaċilita l-funzjonament tal-korpi eżistenti tal-OTIF fil-qasam legali u biex jiżgura l-ġestjoni effettiva tal-Konvenzjoni.
Il-Punt 13 tal-Aġenda - Ir-reviżjoni parzjali tas-CUV UR
Dokument(i): LAW-17144-CR 26/13 (Proposta sottomessa mill-Iżvizzera)
Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża)
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Istati Membri
Pożizzjoni: Oppożizzjoni għall-proposta għall-kunsiderazzjoni tal-emenda tal-Artikolu 7 tas-CUV UR sottomessa mill-Iżvizzera.
Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 7 tas-CUV UR jindirizza r-responsabbiltà tas-sidien tal-vetturi u tal-utent tal-vettura (impriżi ferrovjarji) f'każ ta' ħsara kkawżata mill-vettura u li toriġina minn difett tal-vettura. Dan l-abbozz ta' emenda jżid kriterju ġdid li jipprovdi prova tar-responsabbiltà tas-sidien għal danni kkawżati minn difett fil-vettura. Skont l-Artikolu 7 attwali tas-CUV UR, jekk jiġi applikat mill-partijiet kontraenti, id-detentur tal-vettura huwa responsabbli biss jekk jiġi ppruvat li d-danni kkawżati mill-vettura ġejja minn ħsara li huwa responsabbli għaliha. Jidher li l-emenda proposta żżid it-tieni kriterju li jista' jkun li d-detentur ikollu jipprova li mhuwiex responsabbli għad-difett li huwa fl-oriġini tad-dannu.
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 7 attwali tas-CUV jispeċifika li “l-partijiet għall-kuntratt jistgħu jaqblu dwar dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-paragrafu 1”. Fuq dik il-bażi, in-negozjati bejn il-kumpaniji li saru bejn l-2013 u l-2016 wasslu għal ftehim approvat minn 600 kumpanija ferrovjarja u ppermettew li jiġu ċċarati aħjar ir-responsabbiltajiet tas-sidien tal-vaguni bl-emendi meħtieġa għall-Kuntratt ġenerali uniku tal-Użu tal-vaguni (GCU). Il-ftehim iffirmat introduċa Artikolu (27) ġdid fil-GCU li jikkonċerna l-prinċipju tar-responsabbiltà fil-każ ta' danni kkawżati minn vagun, sabiex jintlaħaq bilanċ aħjar u tingħata aktar ċarezza għas-settur kollu f'każ ta' danni kkawżati minn vagun. Jintroduċi l-kunċett ta' “preżunzjoni ta' ħtija” li jippermetti li s-sid jinżamm responsabbli għall-ħsara fil-vettura kkawżata minn ksur tal-obbligu tal-manutenzjoni tagħha. Din l-emenda ilha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017. Illum, il-biċċa l-kbira tas-sidien u tal-impriżi ferrovjarji li joperaw fl-Unjoni japplikaw il-GCU. Għalhekk il-proposta Żvizzera mhix meħtieġa għax il-qbil milħuq bejn il-kumpaniji fis-settur huwa suffiċjenti biex jiddefinixxi b'mod ċar ir-responsabbiltajiet tas-sid u tal-impriżi ferrovjarji f'każ ta' danni kkawżati minn vettura taħt kuntratt ta' bejgħ. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li dan il-ftehim ma jirrispettax bilanċ xieraq bejn l-interessi tal-partijiet rispettivi. Barra minn hekk, il-proposta Żvizzera ma tipprovdix raġuni soda u ġustifikazzjoni biżżejjed għall-emendi proposti.