This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0226
Council Decision (CFSP) 2018/226 of 15 February 2018 amending Decision 2012/389/CFSP on the European Union Capacity Building Mission in Somalia (EUCAP Somalia)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/226 tal-15 ta' Frar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/226 tal-15 ta' Frar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)
ĠU L 43, 16.2.2018, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/226
tal-15 ta' Frar 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR). |
(2) |
Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2240 (2) li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK. L-isem tal-missjoni nbidel għal EUCAP Somalia, u l-mandat tagħha ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2018 u l-perijodu kopert mill-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub ġie estiż sat-28 ta' Frar 2017. |
(3) |
Fis-27 ta' Frar 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/349 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK u li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2017 sat-28 ta' Frar 2018. |
(4) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/389/PESK tiġi emendata biex tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalia għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 għandu jkun ta' EUR 27 335 900.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
K. VALCHEV
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal- Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 18).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/349 tas-27 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 50, 28.2.2017, p. 80).