This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0219
Council Decision (EU) 2018/219 of 23 January 2018 on the conclusion of the Agreement between the European Union and the Swiss Confederation on the linking of their greenhouse gas emissions trading systems
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/219 tat-23 ta' Jannar 2018 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/219 tat-23 ta' Jannar 2018 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom
ĠU L 43, 16.2.2018, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/219/oj
|
16.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/219
tat-23 ta' Jannar 2018
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2240 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-23 ta' Novembru 2017, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
|
(2) |
Is-sistemi ta' limitu u skambju huma għodda ta' politika li jnaqqsu b'mod kosteffikaċi l-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Il-kollegament ta' sistemi ta' limitu u skambju huwa mistenni li jwassal għal ipprezzar usa' tal-karbonju, żieda tad-disponibbiltà ta' opportunitajiet ta' tnaqqis u titjib tal-kosteffiċjenza tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet. L-iżvilupp ta' suq internazzjonali tal-karbonju li jiffunzjona sew permezz ta' kollegament minn isfel għal fuq ta' skemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (“ETS”, emissions trading systems) huwa għan tal-politika fit-tul tal-Unjoni u tal-komunità internazzjonali, b'mod partikolari bħala mezz biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi, inkluż taħt il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. |
|
(3) |
Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat. |
|
(4) |
Huwa essenzjali li l-avjazzjoni tkun koperta mill-ETS Żvizzera biex l-ETS Żvizzera tiġi kollegata mal-ETS tal-Unjoni. Minkejja li l-ETS Żvizzera bħalissa għadha ma tkoprix l-avjazzjoni, il-Konfederazzjoni Żvizzera qed taħdem fuq regoli li jestendu l-ETS tagħha mal-avjazzjoni. Jenħtieġ li l-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ qabel ma jiġu stabbiliti dawk ir-regoli u qabel ma l-Anness I, Parti B tal-Ftehim jiġi emendat biex jirreferi għal dawk ir-regoli, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (3).
Artikolu 2
1. Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jipproċedu, f'isem l-Unjoni, biex jiskambjaw l-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni previsti fl-Artikolu 21 tal-Ftehim, biex jesprimu l-kunsens tal-Unjoni biex tkun marbuta bil-Ftehim. (4)
2. L-istrument ta' approvazzjoni tal-Unjoni għandu jiġi notifikat biss ladarba l-Konfederazzjoni Żvizzera tkun daħħlet fis-seħħ ir-regoli meħtieġa li jestendu l-ETS tagħha għall-avjazzjoni u l-Anness I, Parti B tal-Ftehim ikun emendat skont dan.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
V. GORANOV
(1) Kunsens tat-12 ta' Diċembru 2017 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2240 tal-10 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom (ĠU L 322, 7.12.2017, p. 1).
(3) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.