This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0104
Council Decision (EU) 2018/104 of 20 November 2017 on the signing, on behalf of the Union, and provisional application of the Comprehensive and Enhanced Partnership Agreement between the European Union and the European Atomic Energy Community and their Member States, of the one part, and the Republic of Armenia, of the other part
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/104 tal-20 ta’ Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/104 tal-20 ta’ Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra
ĠU L 23, 26.1.2018, pp. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/104/oj
|
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/104
tal-20 ta’ Novembru 2017
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2) u l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (7) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Settembru 2015, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex jiftħu n-negozjati mar-Repubblika tal-Armenja dwar ftehim qafas. |
|
(2) |
Dawk in-negozjati ġew iffinalizzati b’suċċess, u l-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fil-21 ta’ Marzu 2017. |
|
(3) |
L-Artikolu 385 tal-Ftehim jipprevedi l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, b’mod sħiħ jew partijiet minnu, qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni u jiġi applikat għal partijiet minnu fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(5) |
L-iffirmar tal-Ftehim f’isem l-Unjoni u l-applikazzjoni proviżorja ta’ partijiet mill-Ftehim bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Armenja huma mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni ta’ kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha f’konformità mat-Trattati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f’isem l-Unjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim (1), f’konformità mal-Artikolu 385 tal-Ftehim u soġġett għan-notifiki previsti fih, il-partijiet li ġejjin tal-Ftehim għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Armenja, iżda biss safejn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, inkluż kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni li tiddefinixxi u timplimenta politika estera u ta’ sigurtà komuni:
|
(a) |
it-Titolu I; |
|
(b) |
it-Titolu II: Artikoli 3, 4, 7 u 8; |
|
(c) |
it-Titolu III: Artikolu 12, Artikolu 14(1) u Artikolu 15; |
|
(d) |
it-Titolu V;
|
|
(e) |
it-Titolu VI bl-eċċezzjoni tal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 205(2); l-Artikolu 203 għandu japplika b’mod proviżorju biss safejn jikkonċerna l-investiment dirett; |
|
(f) |
it-Titolu VII; |
|
(g) |
it-Titolu VIII bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 380(1), safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dak it-Titolu jkunu limitati għall-fini li tkun żgurata l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim; u |
|
(h) |
l-Anness I, Anness II bl-eċċezzjoni tar-referenzi għall-Euratom relatati mal-infrastruttura, ir-regolamenti ta’ implimentazzjoni u n-nukleari, l-Annessi III, VI, VIII, IX, X, XI u XII kif ukoll il-Protokoll I għat-Titolu VII assistenza finanzjarja u dispożizzjonijiet kontra l-frodi u ta’ kontroll Kapitolu 2: dispożizzjonijiet kontra l-frodi u ta’ kontroll u l-Protokoll II dwar assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali. |
Artikolu 4
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 240 tal-Ftehim, kwalunkwe emenda għall-Ftehim permezz ta’ deċiżjonijiet meħuda mis-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni. Meta l-partijiet interessati ma jistgħux jilħqu ftehim wara li tqajmu oġġezzjonijiet li jikkonċernaw indikazzjoni ġeografika, il-Kummissjoni għandha tadotta pożizzjoni abbażi tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
2. Għall-fini tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 270(2) tal-Ftehim, il-Kummissjoni hija awtorizzata biex tapprova l-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-emendi tal-Anness XI għall-Ftehim.
Għall-fini tat-tieni sentenza tal-Artikolu 270(2)tal-Ftehim, il-Kummissjoni hija awtorizzata li tqajjem oġġezzjonijiet għal modifika jew rettifika tal-Anness XI proposta mir-Repubblika tal-Armenja.
Artikolu 5
Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat bħala li jagħti xi drittijiet jew jimponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. REPS
(1) Id-data li minnha l-Ftehim għandu japplika b’mod proviżorju ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).