This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0059
Commission Decision (EU) 2018/59 of 11 January 2018 amending Decision 2009/300/EC as regards the content, and period of validity, of the ecological criteria for the award of the EU Eco-label to televisions (notified under document C(2018) 6) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/59 tal-11 ta' Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2009/300/KE rigward il-kontenut, u l-perjodu ta' validità, tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għat-televiżjonijiet (notifikata bid-dokument C(2018) 6) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/59 tal-11 ta' Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2009/300/KE rigward il-kontenut, u l-perjodu ta' validità, tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għat-televiżjonijiet (notifikata bid-dokument C(2018) 6) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/0006
ĠU L 10, 13.1.2018, p. 17–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2020; Impliċitament imħassar minn 32020D1804 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.
13.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/59
tal-11 ta' Jannar 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2009/300/KE rigward il-kontenut, u l-perjodu ta' validità, tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għat-televiżjonijiet
(notifikata bid-dokument C(2018) 6)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8(2) u (3) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE (2) tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti speċifiċi ta' valutazzjoni u ta' verifika għall-grupp ta' prodotti “televiżjonijiet”. |
(2) |
Il-validità tal-kriterji ekoloġiċi attwali u tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/300/KE tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017. |
(3) |
L-ewwel kriterju stabbilit fid-Deċiżjoni 2009/300/KE, li jikkonċerna t-tfaddil tal-enerġija, huwa bbażat fuq ir-rekwiżiti eżistenti tat-tikkettar enerġetiku u tal-ekodisinn għat-televiżjonijiet stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 (3). B'konsegwenza, bħalissa l-Ekotikketta tal-UE qed tingħata għat-televiżjonijiet li jkollhom it-tikketta tal-Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika B skont l-iskema tat-tikkettar enerġetiku għat-televiżjonijiet stabbilita fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 (4) (“l-Iskema tat-Tikkettar Enerġetiku”). Madankollu, il-Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika B mhix l-aktar klassi effiċjenti mibjugħa fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-ewwel kriterju fid-Deċiżjoni 2009/300/KE jeħtieġ li jiġi aġġornat biex ikun żgurat li l-Ekotikketta tal-UE tingħata lill-prodotti li huma effiċjenti fl-enerġija. |
(4) |
Saret proposta biex ir-rekwiżiti eżistenti tat-tikkettar enerġetiku u tal-ekodisinn għat-televiżjonijiet jiġu sostitwiti b'sett ġdid ta' rekwiżiti sa mhux aktar tard mill-2019 (5), iżda s'issa l-proposta għadha ma ġietx adottata. Sakemm issir l-adozzjoni ta' dik il-proposta, jenħtieġ li l-kriterju “tfaddil tal-enerġija” fid-Deċiżjoni 2009/300/KE jiġi emendat biex jirreferi għall-klassijiet tal-enerġija ogħla fil-verżjoni attwali tal-Iskema tat-Tikkettar tal-Enerġija. |
(5) |
Saret valutazzjoni li tikkonferma r-rilevanza u l-adegwatezza tal-emenda proposta għall-kriterju “tfaddil tal-enerġija”, u li tikkonferma wkoll ir-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi l-oħra kollha eżistenti għat-televiżjonijiet u tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni 2009/300/KE. Ladarba r-rekwiżiti l-ġodda tat-tikkettar enerġetiku u tal-ekodisinn għat-televiżjonijiet proposti jiġu adottati huwa previst li ssir reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta. |
(6) |
Minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 4 u 5, u sabiex jitħalla biżżejjed żmien għar-reviżjoni tal-kriterji ekoloġiċi attwali, ladarba jiġu adottati r-rekwiżiti l-ġodda tat-tikkettar enerġetiku u tal-ekodisinn, jenħtieġ li l-perjodu ta' validità tal-kriterji eżistenti u tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, kif emendati b'din id-Deċiżjoni, jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2019. |
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2009/300/KE tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Jenħtieġ li jingħata perjodu tranżitorju għal applikazzjonijiet u liċenzji li jaqgħu taħt il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/300/KE biex id-detenturi ta' liċenzji u l-applikanti jingħataw żmien biżżejjed biex jadattaw għall-bidliet magħmula fil-kriterju “tfaddil tal-enerġija”. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/300/KE jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “televiżjonijiet”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2019.”.
Artikolu 2
L-Anness tad-Deċiżjoni 2009/300/KE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
1. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti li jagħmlu parti mill-grupp ta' prodotti “televiżjonijiet” ippreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-verżjoni tad-Deċiżjoni 2009/300/KE fis-seħħ fil-jum immedjatament qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni (“il-verżjoni l-qadima tad-Deċiżjoni 2009/300/KE”).
2. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti li jagħmlu parti mill-grupp ta' prodotti “televiżjonijiet” ippreżentati fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fil-verżjoni l-qadima tad-Deċiżjoni 2009/300/KE jew fuq il-kriterji stabbiliti fil-verżjoni ta' dik id-Deċiżjoni kif emendata b'din id-Deċiżjoni.
3. Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fil-verżjoni l-qadima tad-Deċiżjoni 2009/300/KE jistgħu jintużaw għal 6 xhur mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tat-12 ta' Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (ĠU L 82, 28.3.2009, p. 3).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins (ĠU L 191, 23.7.2009, p. 42).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64).
(5) COM(2016) 773 final. http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1490877945963&uri=CELEX:52016DC0773
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/300/KE, il-kriterju 1 (Tfaddil tal-enerġija) huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-punt (b) (Il-konsum massimu tal-enerġija), “≤ 200 W” huwa sostitwit b'“≤ 100 W”; |
(2) |
l-erba' paragrafi fil-punt (c) (L-Effiċjenza fl-Enerġija) huma emendat kif ġej: “It-televiżjonijiet għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 (*1) għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika speċifikata kif ġej jew, inkella, għal klassi tal-effiċjenza enerġetika aktar effiċjenti:
F'dan il-punt, ‘UHD’ tfisser Definizzjoni Għolja Ħafna (‘Ultra High Definition’), li hija standardizzata (*2) b'żewġ riżoluzzjonijiet ta' 3 840 × 2 160 (UHD-4K) pixels jew 7 680 × 4 320 (UHD-8K) pixels. (*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64)." (*2) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU-R) BT.2020.”;" |
(3) |
fit-taqsima bit-titolu “Il-valutazzjoni u l-verifika (il-punti a) sa c))”:
|