Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0028

    Deċiżjoni (UE) 2019/44 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/61 u tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/30 (BĊE/2018/28)

    ĠU L 9, 11.1.2019, p. 180–182 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/01/2020; Imħassar b' 32020D0138

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/44/oj

    11.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 9/180


    DEĊIŻJONI (UE) 2019/44 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tad-29 ta' Novembru 2018

    dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/61 u tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/30 (BĊE/2018/28)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 28.3 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni BĊE/2013/30 (1) iddeterminat kif u sa fejn il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem “BĊNi taż-żona tal-euro”) kienu obbligati jħallsu l-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mill-1 ta' Jannar 2014.

    (2)

    L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/61) (2), flimkien mad-Deċiżjoni BĊE/2013/31 (3), iddeterminaw kif u safejn il-Lietuvos bankas għandu jħallas il-kapital tal-BĊE mill-1 ta' Jannar 2015 fid-dawl tal-adozzjoni tal-euro mil-Litwanja.

    (3)

    Id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/27) (4) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE (iktar 'il quddiem l-“iskema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u tistabbilixxi b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 il-ponderazzjonijiet il-ġodda allokati lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital aġġustat (iktar 'il quddiem il-“ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital”).

    (4)

    L-aġġustament ta' kull ħames snin tal-iskema tal-kapital tal-BĊE jeżiġi l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/30 b'effett mill-1 ta' Jannar 2019, u jiddetermina kif u sa fejn il-BĊNi taż-żona tal-euro huma obbligati jħallsu l-kapital tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2019,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ammont u forma ta' kapital sottoskritt u mħallas

    Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jħallas is-sottoskrizzjoni sħiħa tiegħu fil-kapital tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2019.

    Meta jiġu kkunsidrati l-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2018/27), kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jkollu kapital totali u sottoskritt fl-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

    BĊN taż-żona tal-euro

    EUR

    Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

    273 656 178,72

    Deutsche Bundesbank

    1 988 229 048,48

    Eesti Pank

    21 303 613,91

    Central Bank of Ireland

    127 237 133,10

    Bank of Greece

    187 186 022,25

    Banco de España

    902 708 164,54

    Banque de France

    1 537 811 329,32

    Banca d'Italia

    1 277 599 809,38

    Central Bank of Cyprus

    16 269 985,63

    Latvijas Banka

    29 563 094,31

    Lietuvos bankas

    43 938 703,70

    Banque centrale du Lussemburgu

    24 572 766,05

    Bank Ċentrali ta' Malta

    7 923 905,17

    De Nederlandsche Bank

    440 328 812,57

    Oesterreichische Nationalbank

    220 018 268,69

    Banco de Portugal

    177 172 890,71

    Banka Slovenije

    36 382 848,76

    Národná banka Slovenska

    86 643 356,59

    Suomen Pankki

    137 564 189,84

    Artikolu 2

    Aġġustament tal-kapital imħallas

    1.   Minħabba li kull BĊN taż-żona tal-euro diġà ħallas is-sehem sħiħ fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2018 taħt id-Deċiżjoni BĊE/2013/30, kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, skont il-każ, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1.

    2.   It-trasferimenti kollha li jsiru bis-saħħa ta' dan l-Artikolu għandhom isiru skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/45 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/29) (5).

    Artikolu 3

    Emenda

    L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 (BĊE/2014/61) huwa mħassar.

    Artikolu 4

    Revoka

    1.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/30 hija rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2019.

    2.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2013/30 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2019.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta' Novembru 2018.

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    (1)  Id-Deċiżjoni BĊE/2013/30 tad-29 ta' Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 61).

    (2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/287 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta' Diċembru 2014 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta' assi ta' riżervi barranin u kontribuzzjonjiet minn Lietuvos bankas lir-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/61) (ĠU L 50, 21.2.2015, p. 44).

    (3)  Id-Deċiżjoni BĊE/2013/31 tat-30 ta' Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 63).

    (4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/28 (BĊE/2018/27) (ara paġna 178 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (5)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/45 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/29 (BĊE/2018/29) (ara paġna 183 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


    Top