This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2460
Commission Regulation (EU) 2017/2460 of 30 October 2017 amending Annex VII to Regulation (EC) No 882/2004 of the European Parliament and of the Council on official controls performed to ensure the verification of compliance with feed and food law, animal health and animal welfare rules, as regards the list of Union reference laboratories (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2460 tat-30 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali, rigward il-lista tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2460 tat-30 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali, rigward il-lista tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/7143
ĠU L 348, 29.12.2017, pp. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32017R0625
|
29.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 348/34 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2460
tat-30 ta' Ottubru 2017
li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali, rigward il-lista tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jippreskrivi r-regoli ġenerali għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità, inter alia, mar-regoli dwar l-iġjene tal-ikel. Skont dak ir-Regolament, il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea (“il-laboratorji ta' referenza tal-UE”) huma responsabbli, b'mod partikolari, biex jipprovdu d-dettalji tal-metodi analitiċi lil-laboratorji ta' referenza nazzjonali, u biex jikkoordinaw l-applikazzjoni ta' tali metodi. Il-laboratorji ta' referenza tal-UE huma elenkati fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-programm ta' ħidma tal-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib huwa essenzjalment immirat biex jipprovdi metodi analitiċi u biex jiżgura approċċ komuni għat-testijiet tal-profiċjenza interlaboratorji mwettqa mil-laboratorji ta' referenza nazzjonali fuq l-indikaturi tal-kwalità, bħall-għadd taċ-ċelloli somatiċi u l-mikrobi. L-għarfien espert l-aktar aġġornat dwar kif jitwettqu b'mod xieraq dawk l-analiżijiet issa huwa stabbilit sew, kemm mal-laboratorji uffiċjali li jwettqu l-kontrolli uffiċjali kif ukoll mal-laboratorji li qed jintużaw dejjem aktar min-negozji tal-ikel biex janalizzaw dawk l-indikaturi, li huma fattur li jiddetermina l-prezz tal-ħalib miġbur fir-razzett. |
|
(3) |
Il-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ma għadux meħtieġ fi ħdan l-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jitneħħa mil-lista tal-laboratorji ta' referenza tal-UE stabbilita fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
|
(4) |
L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, jitħassar il-punt 1.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER