Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2328

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2328 tal-14 ta' Diċembru 2017 li skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jagħti l-protezzjoni lid-denominazzjoni “Skalický rubín” (DOP)

    C/2017/8411

    ĠU L 333, 15.12.2017, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2328/oj

    15.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 333/28


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2328

    tal-14 ta' Diċembru 2017

    li skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jagħti l-protezzjoni lid-denominazzjoni “Skalický rubín” (DOP)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Skalický rubín” mibgħuta mis-Slovakkja u ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

    (2)

    Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    (3)

    B'konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li d-denominazzjoni “Skalický rubín” tkun protetta u tiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 tar-Regolament.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-denominazzjoni “Skalický rubín” (DOP) hija b'dan protetta.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  ĠU C 224, 13.7.2017, p. 9.


    Top