This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2225
Regulation (EU) 2017/2225 of the European Parliament and of the Council of 30 November 2017 amending Regulation (EU) 2016/399 as regards the use of the Entry/Exit System
Regolament (UE) 2017/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ
Regolament (UE) 2017/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ
ĠU L 327, 9.12.2017, p. 1–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/1 |
REGOLAMENT (UE) 2017/2225 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Novembru 2017
li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonnsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi l-kondizzjonijiet, il-kriterji u r-regoli dettaljati għall-qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandu l-għan li joħloq sistema ċentralizzata għar-reġistrazzjoni tad-data tad-dħul u tal-ħruġ u d-data taċ-ċaħda tad-dħul dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni għal soġġorn qasir. |
(3) |
Sabiex isiru kontrolli fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) 2016/399, li jinkludu l-verifika tal-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, l-identifikazzjoni tagħhom, jew it-tnejn, kif ukoll il-verifika li ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx qabeż it-tul massimu tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri, il-gwardji tal-fruntiera għandhom jużaw l-informazzjoni kollha disponibbli, inkluż id-data mis-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ li ġiet stabbilita fir-Regolament (UE) 2017/2226 (“EES”), fejn meħtieġ. Id-data maħżuna fl-EES għandha tintuża wkoll sabiex jiġi vverifikat li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom viża maħruġa għal dħul wieħed jew għal żewġ daħliet ikunu rrispettaw in-numru massimu ta’ daħliet awtorizzati. |
(4) |
F’ċertu każijiet, jeħtieġ li tiġi pprovduta data bijometrika miċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ verifiki fuq il-fruntiera. Il-kondizzjonijiet tad-dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom għalhekk jiġu emendati billi jiġi inkluż obbligu li tiġi pprovduta dik id-data bijometrika. Fejn ċittadin ta’ pajjiż terz jirrifjuta li jipprovdi data bijometrika għall-ħolqien tal-fajl individwali jew għat-twettiq tal-verifiki fuq il-fruntiera, jenħtieġ li jiġu adottati d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tad-dħul. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività sħiħa tal-EES, jeħtieġ li l-kontrolli tad-dħul u tal-ħruġ isiru b’mod armonizzat fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES. |
(6) |
L-istabbiliment tal-EES jitlob li jiġu adattati l-proċeduri għall-verifika ta’ persuni meta jaqsmu l-fruntieri fejn titħaddem l-EES. B’mod partikolari, l-EES għandha l-għan li tabolixxi l-ittimbrar mad-dħul u mal-ħruġ, tad-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi ammessi għal soġġorn qasir billi tissostitwih bir-reġistrazzjoni elettronika tad-dħul u tal-ħruġ direttament fl-EES. Barra minn hekk, l-interoperabbiltà bejn l-EES u s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE (5) irid jiġi kkunsidrat fil-proċeduri tal-verifika fuq il-fruntieri. Fl-aħħar nett, l-EES tiftaħ il-possibbiltà li jintużaw teknoloġiji ġodda għall-qsim tal-fruntieri ta’ vjaġġaturi għal soġġorn qasir. Jenħtieġ li dawk l-adattamenti tal-proċeduri tal-verifiki fuq il-fruntieri jsiru effettivi fl-Istati Membri li jħaddmu l-EES fid-data tal-bidu tat-tħaddim tal-EES stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2226. |
(7) |
Għal perijodu ta’ sitt xhur wara li tibda titħaddem l-EES, jenħtieġ li l-gwardji tal-fruntiera jqisu s-soġġorni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri fis-sitt xhur ta’ qabel id-dħul jew il-ħruġ billi jivverifikaw it-timbri fid-dokumenti tal-ivvjaġġar flimkien mad-data tad-dħul/ħruġ irreġistrata fl-EES. Jenħtieġ li dik il-miżura tippermetti li jitwettqu l-verifiki meħtieġa f’dawk il-każijiet fejn persuna tkun ġiet ammessa għal soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri fis-sitt xhur qabel ma bdiet titħaddem l-EES. Barra minn hekk, hemm bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għal dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu daħlu fit-territorju tal-Istati Membri u jkunu għadhom ma ħarġux minnu qabel ma tkun bdiet titħaddem l-EES. F’dawk is-sitwazzjonijiet, jenħtieġ li jiġi rreġistrat ukoll l-aħħar dħul fl-EES meta iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz joħroġ mit-territorju tal-Istati Membri. |
(8) |
Meta wieħed iqis is-sitwazzjonijiet differenti fl-Istati Membri u fil-punti ta’ qsim differenti tal-fruntiera tal-Istati Membri fir-rigward tal-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jiddeċiedu jekk jadottawx teknoloġiji bħal sistemi self-service, e-gates u sistemi awtomatizzati ta’ kontroll fuq il-fruntiera u sa fejn għandhom jużawhom. Meta jintużaw dawn it-teknoloġiji, il-verifiki tad-dħul u tal-ħruġ fil-fruntieri esterni jenħtieġ li jitwettqu b’mod armonizzat u jenħtieġ li jkun assigurat livell xieraq ta’ sigurtà. |
(9) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-kompiti u r-rwoli tal-gwardji tal-fruntiera meta jużaw dawn it-teknoloġiji. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi assigurat li r-riżultati tal-verifiki fuq il-fruntieri mwettqa permezz ta’ mezzi awtomatizzati jkunu disponibbli għall-gwardji tal-fruntiera sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet xierqa. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi ssorveljat l-użu ta’ sistemi self-service, e-gates u sistemi awtomatizzati ta’ kontroll fuq il-fruntiera mill-vjaġġaturi sabiex jiġu evitati mġiba u użi frodulenti. Barra minn hekk, meta jwettqu din is-sorveljanza, jenħtieġ li l-gwardji tal-fruntiera jagħtu attenzjoni partikolari lill-minorenni u jenħtieġ li jkunu f’pożizzjoni li tippermettilhom li jidentifikaw persuni li jkunu jeħtieġu l-protezzjoni. |
(10) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu wkoll programmi ta’ faċilitazzjoni nazzjonali fuq bażi volontarja sabiex jippermettu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi diġà skrutinizzati li mad-dħul jibbenefikaw minn derogi minn ċerti aspetti tal-kontrolli bir-reqqa. Meta jintużaw dawn il-programmi ta’ faċilitazzjoni nazzjonali, jenħtieġ li dawn jiġu stabbiliti skont mudell armonizzat u jenħtieġ li jkun iggarantit livell xieraq ta’ sigurtà. |
(11) |
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
(12) |
Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jemenda r-regoli eżistenti tar-Regolament (UE) 2016/399, jista’ jintlaħaq biss fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan. |
(13) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(14) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (7); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu. |
(15) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (8); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(16) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (9) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-Punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (10). |
(17) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (11) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (12). |
(18) |
Fir-rigward ta’ Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Protokoll ta’ bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (13), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-Punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (14). |
(19) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/399 relatati mal-EES japplikaw biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226 jintlaħqu. B’riżultat ta’ dan, għal dawk l-Istati Membri li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 66 (2) ta’ dak ir-Regolament fid-data tal-bidu tat-tħaddim tal-EES, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet transitorji speċifiċi dwar l-ittimbrar sakemm jiġu konnessi mal-EES. Jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet transitorji jiżguraw li l-ittimbrar tad-dokumenti tal-ivvjaġġar ikollu l-istess effett bħal rekord tad-dħul/ħruġ fl-EES. |
(20) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet istabbiliti fl-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226 fid-data tal-bidu tat-tħaddim tal-EES għandhom ikomplu bl-ittimbrar sistematiku, mad-dħul u l-ħruġ, tad-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi ammessi għal soġġorn qasir. Jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jeżaminaw it-timbri tad-dħul u tal-ħruġ fuq id-dokument tal-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, sabiex ikun verifikat, billi jitqabblu d-dati tad-dħul u tal-ħruġ, li dik il-persuna ma tkunx qabżet it-tul massimu ta’ soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li l-ittimbrar ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u l-eżami tat-timbri jkompli sakemm l-Istat Membru kkonċernat jiġi konness mal-EES kif imsemmi fl-Artikolu 66(3) tar-Regolament(UE) 2017/2226. |
(21) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/399 jiġi emendat skont dan. |
(22) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u ta’ opinjoni fil-21 ta’ Settembru 2016, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2016/399 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
(2) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għalihom għandha tiddaħħal id-data fl-EES 1. Mad-dħul u l-ħruġ, data tal-kategoriji ta’ persuni li ġejjin għandha tiddaħħal fl-EES f’konformità mal-Artikoli 16, 17, 19 u 20 tar-Regolament (UE) 2017/2226:
2. Id-data dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi li d-dħul tagħhom għal soġġorn qasir ikun ġie miċħud f’konformità mal-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament għandha tiddaħħal fl-EES f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226. 3. Id-data dwar il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin ma għandhiex tiddaħħal fl-EES:
|
(4) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 8a Użu ta’ sistemi self-service għar-reġistrazzjoni minn qabel ta’ data fl-EES 1. Persuni li l-qsim tal-fruntiera tagħhom ikun soġġett għal reġistrazzjoni fl-EES f’konformità mal-Artikolu 6a jistgħu jużaw sistemi self-service sabiex jirreġistraw minn qabel id-data fl-EES imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. Skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, is-sistema self-service għandha tivverifika jekk il-persuna jkollhiex reġistrazzjoni preċedenti fl-EES u għandha tivverifika l-identità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226. 3. Skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, is-sistema ta’ self-service għandha twettaq identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikoli 23(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, li meta titwettaq identifikazzjoni fl-EES:
4. F’każ li d-data dwar il-persuna msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx irreġistrata fl-EES skont il-paragrafi 2 u 3:
5. Fejn l-operazzjonijiet previsti fil-paragrafi 2 u 3 jindikaw li data dwar il-persuna msemmija fil-paragrafu 1 tkun ġiet irreġistrata fl-EES, is-sistema self-service għandha tivvaluta jekk hemmx xi data msemmija fil-paragrafu (4)(a) li għandha tiġi aġġornata. 6. Fejn mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 jiġi żvelat li l-persuna msemmija fil-paragrafu 1 ikollha fajl individwali rreġistrat fl-EES iżda li jkun jeħtieġ li d-data tagħha tiġi aġġornata, il-persuna għandha:
7. Is-sistemi self-service għandhom jitħaddmu taħt is-sorveljanza ta’ gwardja tal-fruntiera li għandha tkun responsabbli sabiex tidentifika kwalunkwe użu mhux xieraq, frodulenti jew mhux normali tas-sistema self-service. Artikolu 8b L-użu ta’ sistemi self-service u e-gates għall-qsim tal-fruntiera minn persuni li l-qsim tal-fruntiera tagħhom ikun soġġett għal reġistrazzjoni fl-EES 1. Il-persuni li l-qsim tal-fruntiera tagħhom ikun soġġett għal reġistrazzjoni fl-EES f’konformità mal-Artikolu 6a jistgħu jitħallew jużaw is-sistema self-service sabiex iwettqu l-verifiki fuq il-fruntiera tagħhom, fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. Meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiġu sodisfatti, il-verifiki fuq il-fruntiera mad-dħul previsti fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 8(3)(a) u (b) u l-verifiki fuq il-fruntiera mal-ħruġ previsti fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 8(3)(g) u (h), jistgħu jitwettqu permezz ta’ sistema self-service. Meta jitwettqu permezz ta’ sistema awtomatizzata ta’ kontroll fuq il-fruntiera, il-verifiki fuq il-fruntiera mal-ħruġ għandhom jinkludu l-kontrolli previsti fl-Artikolu 8(3)(h). Meta persuna tingħata aċċess għal programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali stabbilit minn Stat Membru skont l-Artikolu 8d, il-verifiki tal-fruntieri mwettqa permezz ta’ sistema ta’ self-service mad-dħul jistgħu jħallu barra eżami tal-aspetti msemmijin fl-Artikolu 8(3)(a)(iv) u (v) meta dik il-persuna taqsam il-fruntieri esterni ta’ dak l-Istat Membru jew il-fruntieri esterni ta’ Stat Membru li jkun ikkonkluda ftehim mal-Istat Membru li jkun ta l-aċċess kif imsemmi fl-Artikolu 8d(9). 3. Mad-dħul u mal-ħruġ, ir-riżultati tal-verifiki fuq il-fruntiera li jitwettqu permezz tas-sistema self-service għandhom isiru disponibbli għal gwardja tal-fruntiera. Dik il-gwardja tal-fruntiera għandha timmonitorja r-riżultati tal-verifiki fuq il-fruntieri u, b’kont meħud ta’ dawk ir-riżultati, tawtorizza d-dħul jew il-ħruġ jew, inkella, tirreferi lill-persuna għall-gwardja tal-fruntiera li għandha tipproċedi b’kontrolli ulterjuri. 4. Il-persuna in kwistjoni għandha tiġi riferuta għand gwardja tal-fruntiera skont il-paragrafu 3 fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
5. Minbarra s-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 4, il-gwardja tal-fruntiera li tkun qiegħda tissorvelja l-qsim tal-fruntiera tista’ tiddeċiedi, abbażi ta’ raġunijiet oħra, li tirreferi l-persuna li tkun qiegħda tuża s-sistema self-service għand gwardja tal-fruntiera. 6. Persuni li l-qsim tal-fruntiera tagħhom ikun soġġett għal reġistrazzjoni fl-EES f’konformità mal-Artikolu 6a(1) u li jkunu użaw sistema self-service sabiex iwettqu l-verifiki fuq il-fruntiera, jistgħu jiġu awtorizzati jużaw e-gate. Meta tintuża e-gate, ir-reġistrazzjoni korrispondenti tar-rekord tad-dħul/ħruġ u r-rabta ta’ dak ir-rekord mal-fajl individwali korrispondenti skont l-Artikolu 14 tar- Regolament (UE) 2017/2226 għandhom jitwettqu meta jsir il-qsim tal-fruntiera permezz tal-e-gate. Meta l-e-gate u s-sistema self-service ikunu fiżikament separati, għandha ssir verifika tal-identità tal-utent fl-e-gate sabiex jiġi vverifikat li l-persuna li tkun qiegħda tuża l-e-gate tikkorrispondi għall-persuna li tkun użat is-sistema self-service. Il-verifika għandha titwettaq billi jintuża mill-anqas identifikatur bijometriku wieħed. 7. Meta l-kondizzjonijiet elenkati fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew fit-tnejn, ma jiġux sodisfatti, parti mill-verifiki fuq il-fruntiera mad-dħul skont l-Artikolu 8(3)(a) u (b) u parti mill-verifiki fuq il-fruntiera mal-ħruġ skont l-Artikolu 8(3)(g) u (h), jistgħu jitwettqu permezz ta’ sistema self-service. Il-gwardja tal-fruntiera tista’ twettaq biss dawk il-verifiki skont l-Artikolu 8(3)(a) u (b), u l-Artikolu 8(3)(g) u (h) li ma setgħux jitwettqu permezz tas-sistema self-service. Barra minn hekk, il-gwardja tal-fruntiera għandha tivverifika li d-dokument tal-ivvjaġġar użat fis-sistema self-service jikkorrispondi għal dak li jkollha l-persuna li tkun qiegħda quddiem dik il-gwardja tal-fruntiera. 8. Is-sistemi self-service u l-e-gates għandhom jitħaddmu taħt is-sorveljanza ta’ gwardja tal-fruntiera li għandha tkun responsabbli sabiex tidentifika kwalunkwe użu mhux xieraq, frodulenti jew mhux normali tas-sistema self-service, tal-e-gate, jew tat-tnejn. 9. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jippermettu l-użu ta’ sistemi self-service,tal-e-gate, jew tat-tnejn, għall-qsim tal-fruntiera minn ċittadini tal-Unjoni, minn ċittadini ta’ Stat tal-assoċjazzjoni tal-Kummerċ Ħieles Ewropew taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn ċittadini tal-Iżvizzera u minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-qsim tal-fruntiera tagħhom mhuwiex soġġett għal reġistrazzjoni fl-EES. Artikolu 8c Standards għal sistemi ta’ kontroll awtomatizzat tal-fruntieri Is-sistemi ta’ kontroll awtomatizzat tal-fruntieri għandhom, safejn ikun possibbli, jitfasslu b’tali mod li jkunu jistgħu jintużaw mill-persuni kollha, bl-eċċezzjoni ta’ tfal taħt l-età ta’ 12-il sena. Dawn għandhom jitfasslu wkoll b’mod li jirrispetta għalkollox id-dinjità tal-bniedem, b’mod partikolari f’każijiet li jinvolvu persuni vulnerabbli. Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw sistemi ta’ kontroll awtomatizzat tal-fruntieri, għandhom jiżguraw il-preżenza ta’ numru suffiċjenti ta’ persunal biex jassistu lil persuni fl-użu ta’ sistemi bħal dawn. Artikolu 8d Programmi ta’ faċilitazzjoni nazzjonali 1. Kull Stat Membru jista’ jistabbilixxi programm volontarju (‘programmi ta’ faċilitazzjoni nazzjonali’) li jippermetti li ċittadini ta’ pajjiżi terzi, jew ċittadini ta’ pajjiż terz speċifiku li ma jgawdux id-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni, jibbenefikaw mill-faċilitazzjonijiet magħmula skont il-paragrafu 2 meta jkunu qegħdin jaqsmu l-fruntiera esterna ta’ Stat Membru. 2. B’deroga mill-Artikolu 8(3)(a), għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li jingħataw aċċess għall-programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali, il-verifiki bir-reqqa mad-dħul ma jkollhomx għalfejn jinkludu eżami tal-aspetti msemmija fl-Artikolu 8(3)(a)(iv) u (v) meta tali ċittadini ta’ pajjiżi terzi jaqsmu l-fruntiera esterna ta’ Stat Membru. 3. L-Istat Membru għandu jwettaq skrutinju minn qabel taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li japplikaw għall- programmi ta’ faċilitazzjoni nazzjonali sabiex jivverifika b’mod partikolari li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 huma sodisfatti. Tali ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom jiġu skrutinizzati minn qabel mill-gwardji tal-fruntiera, mill-awtoritajiet tal-viża kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 jew mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 3(1) tar- Regolament (UE) 2017/2226. 4. L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jagħtu aċċess lil persuna għall- programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali unikament meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollhali ġejjin:
5. L-ewwel aċċess għall-programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali għandu jingħata għall-massimu ta’ sena. L-aċċess jista’ jiġi estiż għal massimu ta’ ħames snin oħra jew sat-tmiem tal-validità tal-perijodu tad-dokument tal-ivvjaġġar jew kwalunkwe viża għal dħul multiplu, il-viżi għal soġġorn twil u l-permessi ta’ residenza li jkunu nħarġu, skont liema jkun l-iqsar. Fil-każ ta’ estensjoni, kull sena l-Istat Membru għandu jerġa’ jivvaluta s-sitwazzjoni ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz li jingħata aċċess għall-programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali sabiex jassigura li, abbażi tal-informazzjoni aġġornata, iċ-ċittadin ta’ dak il-pajjiż terz ikun għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4. Din ir-rivalutazzjoni tista’ titwettaq meta jsiru l-verifiki fuq il-fruntiera. 6. Il-verifiki bir-reqqa mad-dħul skont l-Artikoli 8(3)(a) u (b) u l-verifiki bir-reqqa mal-ħruġ skont l-Artikolu 8(3)(g) għandhom jinkludu wkoll il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu aċċess validu għall-programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali. Il-gwardji tal-fruntiera jistgħu jwettqu l-verifiki taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jibbenefika mill-programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali mad-dħul skont l-Artikoli 8(3)(a) u (b) u mal-ħruġ skont l-Artikolu 8(3)(g) mingħajr ma l-bijometrija titqabbel elettronikament iżda billi titqabbel immaġni tal-wiċċ meħuda miċ-ċippa u l-immaġni tal-wiċċ tal-fajl individwali taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz fl-EES mal-wiċċ ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. Verifika sħiħa għandha ssir b’mod aleatorju u abbażi ta’ analiżi tar-riskju. 7. L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jirrevokaw immedjatament l-aċċess li jkun ingħata lil ċittadin ta’ pajjiż terz għall-programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali: jekk ikun evidenti li l-kondizzjonijiet għall-għoti tal-aċċess għal dak il-programm ma kinux sodisfatti, jew ma għadhomx jiġu sodisfatti. 8. Meta jkun qed jiġi vverifikat f’konformità mal-paragrafu 3 jekk l-applikant jissodisfax l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4, għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari biex jiġi vvalutat jekk l-applikant jippreżentax riskju ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju għas-sigurtà ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, u jekk l-applikant ikollux l-intenzjoni li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri matul is-soġġorn awtorizzat. Il-mezzi ta’ sussistenza għas-soġġorni intenzjonati għandhom jiġu vvalutati skont it-tul u l-iskop tas-soġġorn previst jew soġġorni previsti u b’referenza għall-prezzijiet medji fl-Istati Membri kkonċernati għall-ikel u l-irqad f’akkomodazzjoni rħisa, abbażi tal-ammonti ta’ referenza stabbiliti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 39(1)(c). Prova ta’ sponsorizzazzjoni, akkomodazzjoni privata, jew it-tnejn, jistgħu jikkostitwixxu wkoll evidenza ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza. L-eżami ta’ applikazzjoni għandu jkun ibbażat, b’mod partikolari, fuq l-awtentiċità u l-affidabbiltà tad-dokumenti ppreżentati u fuq il-veraċità u l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-applikant. Jekk Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni jkollu xi dubji dwar l-applikant, l-istqarrijiet tal-applikant jew dwar id-dokumenti ta’ prova li jkunu ġew ipprovduti, dan jista’ jikkonsulta ma’ Stati Membri oħra qabel ma jieħu xi deċiżjoni dwar l-applikazzjoni. 9. Żewġ Stati Membri jew aktar li jkunu stabbilixxew il-programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali proprji tagħhom skont dan l-Artikolu jistgħu jikkonkludu ftehim bejniethom sabiex jassiguraw li l-benefiċjarji tal-programmi ta’ faċilitazzjoni nazzjonali tagħhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-faċilitazzjonijiet rikonoxxuti minn programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali ieħor. Fi żmien xahar wara li jiġi konkluż il-ftehim, għandha tintbagħat kopja tal-ftehim lill-Kummissjoni. 10. Meta jkun qed jiġi stabbilit programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema tagħhom li topera l-programm tissodisfa l-istandards tas-sigurtà tad-data stabbiliti fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2017/2226. L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tar-riskju adatta tas-sigurtà tal-informazzjoni u r-responsabbiltajiet ta’ sigurtà għandhom, għall-istadji kollha tal-proċess, jiġu magħmula ċari. 11. Il-Kummissjoni għandha, qabel tmiem it-tielet sena tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, tittrasmetti l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi it-twaqqif ta’ programm tal-Unjoni għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi frekwenti u skrutinizzati minn qabel.”. |
(6) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
fl-Artikolu 10, jiddaħħlu il-paragrafi li ġejjin: “3a. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw e-gates, sistemi self-service, jew sistemi awtomatizzati ta’ kontroll fuq il-fruntiera, huma għandhom jużaw it-tabelli previsti fil-parti D tal-Anness III biex jidentifikaw il-korsiji rispettivi. 3b. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jistabbilixxu programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 8d, huma jistgħu jiddeċiedu li jużaw korsiji speċifiċi għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn tali programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali. Huma għandhom jużaw it-tabelli previsti fil-parti E tal-Anness III biex jiġu identifikati l-korsiji rispettivi.”; |
(8) |
l-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 11 Ittimbrar tad-dokumenti tal-ivvjaġġar 1. Meta previst espliċitament mil-liġi nazzjonali tiegħu, Stat Membru jista’, mad-dħul u l-ħruġ, jittimbra d-dokument tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom permess ta’ residenza jew viża ta’ soġġorn twil maħruġa minn dak l-Istat Membru. 2. Id-dokument tal-ivvjaġġar ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa detentur ta’ Dokument ta’ Transitu Faċilitat bil-Ferroviji maħruġ f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 693/2003 għandu jiġi ttimbrat mad-dħul u mal-ħruġ. Barra minn hekk, id-dokument tal-ivvjaġġar ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa detentur ta’ Dokument ta’ Transitu Faċilitat maħruġ f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 693/2003 u li jittranżita bil-ferrovija u li ma jiżbarkax fit-territorju ta’ Stat Membru għandu jiġi ttimbrat mad-dħul u mal-ħruġ. 3. Id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jidħlu jew joħorġu, abbażi ta’ viża nazzjonali għal soġġorn qasir maħruġ għal dħul wieħed jew għal żewġ daħliet, mit-territorju ta’ Stat Membru li għadu ma applikax b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen iżda li jopera l-EES għandhom jiġu ttimbrati mad-dħul u mal-ħruġ. 4. L-arranġamenti prattiċi għall-ittimbrar jinsabu fl-Anness IV.”; |
(9) |
l-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 12 Preżunzjoni fir-rigward tat-twettiq tal-kondizzjonijiet tat-tul ta’ soġġorn qasir 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12a, jekk ma jkun ġie maħluq ebda fajl individwali fl-EES għal ċittadin ta’ pajjiż terz preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru jew jekk ir-rekord tad-dħul/ħruġ ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx jinkludi data tal-ħruġ wara d-data ta’ meta jagħlaq iż-żmien mogħti tas-soġġorn awtorizzat, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippreżumu li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx jissodisfa, jew ma jkunx għadu jissodisfa, il-kondizzjonijiet tat-tul ta’ soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri. 2. Il-preżunzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jista’ jipprovdi, bi kwalunkwe mezz, evidenza kredibbli li hu jew hi tgawdi mid-dritt ta’ moviment liberu skont id-dritt tal-Unjoni jew li hu jew hi għandha permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn twil. Fejn rilevanti, għandu jiġi applikat l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2017/2226. 3. Il-preżunzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi kkonfutata meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jipprovdi, bi kwalunkwe mezz, provi kredibbli, bħal biljetti tat-trasport jew prova tal-preżenza barra mit-territorju tal-Istati Membri jew tad-data ta’ skadenza ta’ permess ta’ residenza jew ta’ viża għal soġġorn twil preċedenti, li juru li hu jew hi rrispettat il-kondizzjonijiet relatati mat-tul ta’ soġġorn qasir. Fil-każ ta’ konfutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħolqu fajl individwali fl-EES jekk ikun meħtieġ jew jindikaw fl-EES id-data li fiha, u l-post fejn, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun qasam il-fruntiera esterna ta’ wieħed mill-Istati Membri jew il-fruntiera interna ta’ Stat Membru li għadu ma applikax b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2017/2226. 4. Fejn il-preżunzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix ikkonfutata, ċittadin ta’ pajjiż terz preżenti fit-territorju tal-Istati Membru jista’ jintbagħat lura f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7). Ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni jista’ biss jintbagħat lura f’konformità mad-Direttiva 2004/38/KE. |
(10) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 12a Perijodu transitorju u miżuri transitorji 1. Għal perijodu ta’ 180 jum wara li tibda titħaddem l-EES, sabiex jiġi vverifikat mad-dħul u mal-ħruġ, li persuni ammessi għal soġġorn qasir ma jkunux qabżu t-tul tas-soġġorn massimu awtorizzat bil-viża u, fejn ikun rilevanti, sabiex jiġi vverifikat mad-dħul li persuni ma jkunux qabżu l-għadd ta’ daħliet awtorizzati mill-viża għal soġġorn qasir maħruġa għal dħul wieħed jew għal żewġ daħliet, il-gwardji tal-fruntiera għandhom iqisu s-soġġorni fit-territorju tal-Istati Membri matul il-180 jum ta’ qabel id-dħul jew il-ħruġ billi jiċċekkjaw it-timbri fid-dokumenti tal-ivvjaġġar flimkien mad-data tad-dħul/tal-ħruġ irreġistrata fl-EES. 2. Meta persuna tkun daħlet fit-territorju tal-Istati Membri qabel ma tkun bdiet titħaddem l-EES u toħroġ wara li tkun bdiet titħaddem l-EES, mal-ħruġ għandu jinħoloq fajl individwali fl-EES u d-data ta’ dak id-dħul għandha tiddaħħal fir-rekord tad-dħul/ħruġ f’konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226. L-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu m’għandhiex tkun limitata għall-perijodu ta’ 180 jum wara li l-EES tkun bdiet titħaddem kif imsemmi fil-paragrafu 1. Fil-każ ta’ diskrepanza bejn id-data tat-timbru tad-dħul u d-data rreġistrata fl-EES, għandha tipprevali d-data tat-timbru tad-dħul.”; |
(11) |
l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
fl-Artikolu 20, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(13) |
jiżdied l-Artikolu li ġej: “Artikolu 42a Miżuri transitorji għall-Istati Membri li għadhom mhumiex joperaw l-EES 1. Id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 66 (3) tar-Regolament (UE) 2017/2226 għandhom ikunu ttimbrati sistematikament mad-dħul u l-ħruġ. Id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi imsemmija fl-Artikolu 6a (1) (b) u (c) ta’ dan ir-Regolament li jaqsmu l-fruntieri tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 66 (3) tar-Regolament (UE) 2017/2226 għandhom ikunu ttimbrati sistematikament mad-dħul u l-ħruġ. Dawn l-obbligi tal-ittimbrar għandhom japplikaw ukoll meta l-verifiki fuq il-fruntiera jkunu mnaqqsa f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament. 2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma għandu jsir l-ebda timbru fuq id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 6a(3)(a), (b), u (f), l-Artikolu 6a(3)(g)(i), (ii), (iii) u (vii) u l-Artikolu 6a(3)(j). 3. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mad-data tad-dħul/ħruġ irreġistrata fl-EES u mal-assenza ta’ data bħal din fl-EES, b’mod partikolari l-Artikolu 8(3)(a)(iiia), u (g) (iv), l-Artikolu 8d(4)(d) u l-Artikolu 12, għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-timbri tad-dħul u tal-ħruġ. 4. Meta preżunzjoni fir-rigward tat-twettiq tal-kondizzjonijiet tat-tul tas-soġġorn tiġi kkonfutata f’konformità mal-Artikolu 12(2), iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru li għadu mhux qed jopera l-EES għandu jkun intitolat li jkollu indikazzjoni mdaħħla fuq id-dokument tal-ivvjaġġar tiegħu jew tagħha dwar id-data meta, u l-post fejn, huwa jew hija qasmet il-fruntiera esterna jew il-fruntiera interna ta’ dak l-Istat Membru. Formola kif tidher fl-Anness VIII tista’ wkoll tingħata liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. 5. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-ittimbrar li huma stabbiliti fl-Anness IV. 6. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 66 (3) tar-Regolament (UE) 2017/2226 għandhom jittimbraw id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li d-dħul tagħhom għal soġġorn qasir ikun ġie miċħud fil-fruntiera tagħhom. L-ittimbrar għandu jitwettaq f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness V, il-Parti A, il-punt 1(d). 7. L-obbligi tal-ittimbrar skont il-paragrafi 1 sa 6 għandhom japplikaw sad-data tal-bidu tat-tħaddim tal-EES fl-Istat Membru kkonċernat.”; |
(14) |
l-Annessi III, IV, V u VII jiġu emendati f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data li fiha tibda titħaddem l-EES, kif stabbilit mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) 2017/2226.
3. B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, dan ir-Regolament għandu, mid-data tal-konnessjoni tagħhom mal-EES f’konformità mal-Artikolu 66(3) ta’ dak ir-Regolament, japplika għal dawk l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 66 (3) tar-Regolament (UE) 2017/2226 li għadhom mhumiex qed joperaw l-EES. Sakemm issir il-konnessjoni tagħhom mal-EES, id-dispożizzjonijiet transitorji li jikkonċernaw l-ittimbrar tad-dokumenti tal-ivvjaġġar stabbiliti fl-Artikolu 42a tar-Regolament (UE) 2016/399 għandhom japplikaw għal dawk l-Istati Membri.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2017.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) ĠU C 487, 28.12.2016, p. 66.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2017.
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016) p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (Ara paġna xxx tal-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).
(6) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(9) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(11) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(13) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(14) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(*1) Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).”;
(*2) Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).”;
(*3) Id-Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fil-qafas ta’ trasferiment intra-azjendali (ĠU L 157, 27.5.2014, p. 1).
(*4) Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).
(*5) Ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art tal-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (ĠU L 405 tat-30.12.2006, p. 1).
(*6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 tal-14 ta’ April 2003 li jistabbilixxi Dokument speċifiku ta’ Transitu Faċilitat (FTD), Dokument ta’ Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) u jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Ktieb tal-Istruzzjonijiet Komuni (ĠU L 99, 17.4.2003, p. 8).”;
(*7) Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).”;
ANNESS
L-Annessi għar-Regolament (UE) 2016/399 huma emendati kif ġej:
1. |
fl-Anness III jiżdiedu l-Partijiet li ġejjin: “PARTI D Parti D1: Korsiji ta’ kontroll awtomatizzat fil-fruntiera għaċ-ċittadini tal-UE/ŻEE/CH Ma hemmx għalfejn jintużaw l-istilel għall-Iżvizzera, għal-Liechtenstein, għan-Norveġja u għall-Iżlanda Parti D2: Korsiji ta’ kontroll awtomatizzat fil-fruntiera għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi Parti D3: Korsiji ta’ kontroll awtomatizzat fil-fruntiera għall-passaporti kollha Parti E: Korsiji għall-Vjaġġaturi Reġistrati ”. |
2. |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Anness V, huwa emendat kif ġej:
|
4. |
il-punt 1 tal-Anness VII huwa sostitwit b’dan li ġej:
|