This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2216
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/2216 of 1 December 2017 entering certain names in the register of traditional specialities guaranteed ‘Vieille Kriek, Vieille Kriek-Lambic, Vieille Framboise-Lambic, Vieux fruit-Lambic/Oude Kriek, Oude Kriekenlambiek, Oude Frambozenlambiek, Oude Fruit-lambiek’ (TSG) and ‘Vieille Gueuze, Vieille Gueuze-Lambic, Vieux Lambic/Oude Geuze, Oude Geuze-Lambiek, Oude Lambiek’ (TSG)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2216 tal-1 ta' Diċembru 2017 li jdaħħal ċerti ismijiet fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti “Vieille Kriek, Vieille Kriek-Lambic, Vieille Framboise-Lambic, Vieux fruit-Lambic/Oude Kriek, Oude Kriekenlambiek, Oude Frambozenlambiek, Oude Fruit-lambiek” (STG) u “Vieille Gueuze, Vieille Gueuze-Lambic, Vieux Lambic/Oude Geuze, Oude Geuze-Lambiek, Oude Lambiek” (STG)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2216 tal-1 ta' Diċembru 2017 li jdaħħal ċerti ismijiet fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti “Vieille Kriek, Vieille Kriek-Lambic, Vieille Framboise-Lambic, Vieux fruit-Lambic/Oude Kriek, Oude Kriekenlambiek, Oude Frambozenlambiek, Oude Fruit-lambiek” (STG) u “Vieille Gueuze, Vieille Gueuze-Lambic, Vieux Lambic/Oude Geuze, Oude Geuze-Lambiek, Oude Lambiek” (STG)
C/2017/7909
ĠU L 318, 2.12.2017, pp. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
2.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/21 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2216
tal-1 ta' Diċembru 2017
li jdaħħal ċerti ismijiet fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti “Vieille Kriek, Vieille Kriek-Lambic, Vieille Framboise-Lambic, Vieux fruit-Lambic/Oude Kriek, Oude Kriekenlambiek, Oude Frambozenlambiek, Oude Fruit-lambiek” (STG) u “Vieille Gueuze, Vieille Gueuze-Lambic, Vieux Lambic/Oude Geuze, Oude Geuze-Lambiek, Oude Lambiek” (STG)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26 u l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Belġju ressaq l-ismijiet “Vieille Kriek, Vieille Kriek-Lambic, Vieille Framboise-Lambic, Vieux fruit-Lambic/Oude Kriek, Oude Kriekenlambiek, Oude Frambozenlambiek, Oude Fruit-lambiek” u “Vieille Gueuze, Vieille Gueuze-Lambic, Vieux Lambic/Oude Geuze, Oude Geuze-Lambiek, Oude Lambiek” bil-ħsieb li jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tas-Speċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti previst bl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 bir-riżervar tal-isem. |
|
(2) |
L-ismijiet “Vieille Kriek, Vieille Kriek-Lambic, Vieille Framboise-Lambic, Vieux fruit-Lambic/Oude Kriek, Oude Kriekenlambiek, Oude Frambozenlambiek, Oude Fruit-lambiek” u “Vieille Kriek, Vieille Kriek-Lambic, Vieux Lambic/Oude, Oude Geuze-Lambiek, Geuze Oude Lambiek” kienu ġew irreġistrati qabel (2) bħala ċertifikati ta' karattru speċifiku bi qbil mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 (3), li mbagħad ġie ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (4), u protetti skont l-Artikolu 13(1) ta' dak ir-Regolament bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti bla riżervar tal-isem. |
|
(3) |
It-tressiq tal-ismijiet “Vieille Kriek, Vieille Kriek-Lambic, Vieille Framboise-Lambic, Vieux fruit-Lambic/Oude Kriek, Oude Kriekenlambiek, Oude Frambozenlambiek, Oude Fruit-lambiek” u “Vieille Kriek, Vieille Kriek-Lambic, Vieux Lambic/Oude, Oude Geuze-Lambiek, Geuze Oude Lambiek” ġie eżaminat mill-Kummissjoni u sussegwentement ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). |
|
(4) |
Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-ismijiet “Vieille Kriek, Vieille Kriek-Lambic, Vieille Framboise-Lambic, Vieux fruit-Lambic/Oude Kriek, Oude Kriekenlambiek, Oude Frambozenlambiek, Oude Fruit-lambiek” u “Vieille Gueuze, Vieille Gueuze-Lambic, Vieux Lambic/Oude Geuze, Oude Geuze-Lambiek, Oude Lambiek” jenħtieġ li jiddaħħlu fir-reġistru bir-riżervar tal-isem, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'dan, l-ismijiet “Vieille Kriek, Vieille Kriek-Lambic, Vieille Framboise-Lambic, Vieux fruit-Lambic/Oude Kriek, Oude Kriekenlambiek, Oude Frambozenlambiek, Oude Fruit-lambiek” (STG) u “Vieille Gueuze, Vieille Gueuze-Lambic, Vieux Lambic/Oude Geuze, Oude Geuze-Lambiek, Oude Lambiek” (STG) jiddaħħlu fir-reġistru bir-riżervar tal-isem.
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-STG “Vieille Kriek, Vieille Kriek-Lambic, Vieille Framboise-Lambic, Vieux fruit-Lambic/Oude Kriek, Oude Kriekenlambiek, Oude Frambozenlambiek, Oude Fruit-lambiek” u tal-STG “Vieille Gueuze, Vieille Gueuze-Lambic, Vieux Lambic/Oude Geuze, Oude Geuze-Lambiek, Oude Lambiek” għandha titqies li hi l-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-STG “Vieille Kriek, Vieille Kriek-Lambic, Vieille Framboise-Lambic, Vieux fruit-Lambic/Oude Kriek, Oude Kriekenlambiek, Oude Frambozenlambiek, Oude Fruit-lambiek” u għall-STG “Vieille Gueuze, Vieille Gueuze-Lambic, Vieux Lambic/Oude Geuze, Oude Geuze-Lambiek, Oude Lambiek” bir-riżervar tal-isem.
L-ismijiet speċifikati fl-ewwel paragrafu jindikaw prodott tal-Klassi 2.22. kif elenkat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (6).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2301/97 tal-20 ta' Novembru 1997 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-'Reġistru taċ-ċertifikati ta' karattru speċifiku' li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 dwar iċ-ċertifikati ta' karattru speċifiku għal prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel (ĠU L 319, 21.11.1997, p. 8).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsilll (KEE) Nru 2082/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar ċertifikati ta' karattru speċifiku għall-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel (ĠU L 208, 24.7.1992, p. 9).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1). Regolament imħassar u sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(5) ĠU C 174, 14.5.2016, p. 24.
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).