This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2212
Council Regulation (EU) 2017/2212 of 30 November 2017 amending Regulation (EU) No 833/2014 concerning restrictive measures in view of Russia's actions destabilising the situation in Ukraine
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2212 tat-30 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2212 tat-30 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina
ĠU L 316, 1.12.2017, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 316/15 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2212
tat-30 ta' Novembru 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2214 tat-30 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 833/2014 (2). |
(2) |
Fit-30 ta' Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2214 sabiex ikunu permessi ċerti operazzjonijiet rigward l-idrażina (CAS 302-01-2) f'konċentrazzjonijiet ta' 70 fil-mija jew aktar, li hija inkluża fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea, meħtieġa għat-titjir tal-ExoMars Carrier Module u għat-testijiet u t-titjir tal-ExoMars Descent Module fil-qafas tal-missjoni ExoMars 2020. |
(3) |
L-emendi jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għaldaqstant, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2aa. Il-projbizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja relatati mal-bejgħ, mal-forniment, mat-trasferiment jew mal-esportazzjoni u mal-importazzjoni, mal-akkwist u mat-trasport tal-idrażina (CAS 302-01-2) f'konċentrazzjonijiet ta' 70 fil-mija jew aktar, sakemm dik l-assistenza teknika, dak il-finanzjament jew dik l-assistenza finanzjarja jirreferu għal idrażina maħsuba għal:
|
(2) |
Il-paragrafu 2b huwa sostitwit b'dan li ġej: “2b. Il-forniment, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja, relatati mal-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2a u 2aa għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti. L-applikanti għall-awtorizzazzjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti meħtieġa kollha lill-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjonijiet kollha li jingħataw.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. SIMSON
(1) Ara paġna 20 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1).