Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2197

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2197 tas-27 ta' Novembru 2017 dwar ir-rimborż, b'konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-approprjazzjonijiet riportati mis-sena finanzjarja tal-2017

    C/2017/8080

    ĠU L 312, 28.11.2017, p. 86–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/12/2017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2197/oj

    28.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 312/86


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2197

    tas-27 ta' Novembru 2017

    dwar ir-rimborż, b'konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-approprjazzjonijiet riportati mis-sena finanzjarja tal-2017

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(6) tiegħu,

    Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-approprjazzjonijiet mhux impenjati li jirrigwardaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (l-FAEG), kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara. Dan ir-riport huwa limitat għal 2 % tal-approprjazzjonijiet inizjali u għall-ammont tal-aġġustament tal-pagamenti diretti kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li kien applikat matul is-sena finanzjarja ta' qabel. Dan jista' jwassal għal pagament addizzjonali lill-benefiċjarji finali li kienu soġġetti għal dak l-aġġustament.

    (2)

    Skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, b'deroga mill-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Istati Membri iridu jirrimborżaw dawk ir-riporti msemmija fl-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 lill-benefiċjarji finali li huma soġġetti għar-rata ta' aġġustament fis-sena finanzjarja li lejha jiġu riportati l-approprjazzjonijiet. Dan ir-rimborż japplika biss għall-benefiċjarji finali f'dawk l-Istati Membri fejn id-dixxiplina finanzjarja kienet tapplika (4) fis-sena finanzjarja preċedenti.

    (3)

    Meta jkun qed jiġi stabbilit l-ammont ta' riport li għandu jiġi rimborżat, skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għandhom jiġu kkunsidrati l-ammonti tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu msemmija fl-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament li ma jkunux intużaw għall-miżuri għall-kriżijiet sa tmiem is-sena finanzjarja.

    (4)

    B'konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2016/1948 (5), id-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għall-pagamenti diretti fir-rigward tas-sena kalendarja 2016 biex tiġi stabbilita riżerva għall-kriżijiet ta' EUR 450,5 miljun. Ir-riżerva għall-kriżijiet ma ntużatx fis-sena finanzjarja tal-2017.

    (5)

    Sabiex ikun żgurat li r-rimborż lill-benefiċjarji finali tal-approprjazzjonijiet li ma ntużawx minħabba l-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja jibqa' proporzjonat mal-ammont tal-aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja, jixraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-ammonti disponibbli għall-Istati Membri għar-rimborż. Madankollu, fil-każ tar-Rumanija, id-dikjarazzjoni ddettaljata tan-nefqa ma tqisx bis-sħiħ il-limitu ta' EUR 2 000 li japplika għad-dixxiplina finanzjarja skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Għalhekk, bil-ħsieb li jkun hemm ġestjoni finanzjarja tajba, f'dan l-istadju ebda ammont ma għandu jsir disponibbli lir-Rumanija għar-rimborż.

    (6)

    Sabiex jiġi evitat li l-Istati Membri jkollhom jagħmlu pagament addizzjonali għal dan ir-rimborż, dan ir-Regolament irid japplika mill-1 ta' Diċembru 2017. Għaldaqstant, l-ammonti stabbiliti minn dan ir-Regolament huma definittivi u japplikaw, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' tnaqqis skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal kull korrezzjoni oħra kkunsidrata fid-deċiżjoni dwar il-pagament ta' kull xahar li tikkonċerna n-nefqa magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri għal Ottubru 2017, b'konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u għal kull tnaqqis u pagament supplimentari li jrid isir skont l-Artikolu 18(4) ta' dak ir-Regolament, jew għal kull deċiżjoni li se tittieħed fil-qafas tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet.

    (7)

    B'konformità mal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Għalhekk jixraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi d-dati ta' eliġibilità għan-nefqa tal-Istati Membri b'rabta mar-rimborż skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, filwaqt li tqis is-sena finanzjarja agrikola kif iddefinita fl-Artikolu 39 ta' dak ir-Regolament.

    (8)

    Sabiex jitqies il-perjodu qasir taż-żmien bejn il-komunikazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG għall-2017 taħt ġestjoni konġunta għall-perjodu mis-16 ta' Ottubru 2016 sal-15 ta' Ottubru 2017 mill-Istati Membri u minħabba l-ħtieġa li jiġi applikat dan ir-Regolament mill-1 ta' Diċembru 2017, jentħieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-ammonti tal-approprjazzjonijiet li se jiġu riportati mis-sena finanzjarja tal-2017 b'konformità mal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u li, b'konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, qed isiru disponibbli għall-Istati Membri għar-rimborż lill-benefiċjarji finali li huma soġġetti għar-rata ta' aġġustament fis-sena finanzjarja tal-2018, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    L-ammonti li se jiġu riportati huma soġġetti għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-riporti b'konformità mal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

    Artikolu 2

    In-nefqa tal-Istati Membri b'rabta mar-rimborż tal-approprjazzjonijiet riportati għandha tkun eliġibbli biss għall-finanzjament tal-Unjoni jekk l-ammonti rilevanti jkunu tħallsu lill-benefiċjarji qabel is-16 ta' Ottubru 2018.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2017.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2017.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

    (2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

    (4)  Id-dixxiplina finanzjarja ma tapplikax fis-sena finanzjarja tal-2017 fil-Kroazja skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

    (5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1948 tas-7 ta' Novembru 2016 dwar l-adattament tar-rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sena kalendarja 2016 u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1153 (ĠU L 300, 8.11.2016, p. 10).


    ANNESS

    L-ammonti disponibbli għar-rimborż tal-approprjazzjonijiet riportati

    (ammonti f'EUR)

    Il-Belġju

    6 129 769

    Il-Bulgarija

    7 720 511

    Ir-Repubblika Ċeka

    10 764 025

    Id-Danimarka

    10 476 968

    Il-Ġermanja

    58 035 302

    L-Estonja

    1 288 878

    L-Irlanda

    13 229 176

    Il-Greċja

    16 182 344

    Spanja

    54 860 187

    Franza

    89 884 134

    L-Italja

    37 765 185

    Ċipru

    355 813

    Il-Latvja

    1 952 848

    Il-Litwanja

    3 923 157

    Il-Lussemburgu

    406 406

    L-Ungerija

    14 828 231

    Malta

    33 643

    In-Netherlands

    8 821 818

    L-Awstrija

    6 908 717

    Il-Polonja

    24 870 087

    Il-Portugall

    6 699 290

    Is-Slovenja

    931 120

    Is-Slovakkja

    5 554 196

    Il-Finlandja

    5 885 783

    L-Iżvezja

    7 897 927

    Ir-Renju Unit

    37 930 754


    Top