This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2194
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/2194 of 14 August 2017 supplementing Regulation (EU) No 600/2014 of the European Parliament and of the Council on markets in financial instruments with regard to package orders (Text with EEA relevance. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2194 tal-14 ta' Awwissu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji rigward l-ordnijiet f'pakkett (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2194 tal-14 ta' Awwissu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji rigward l-ordnijiet f'pakkett (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/5611
ĠU L 312, 28.11.2017, pp. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
28.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2194
tal-14 ta' Awwissu 2017
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji rigward l-ordnijiet f'pakkett
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ordnijiet f'pakkett huma komuni fil-klassijiet kollha tal-assi u jistgħu jinkludu bosta komponenti differenti fl-istess klassi ta' assi jew bejn klassijiet differenti ta' assi. Ordnijiet f'pakkett għalhekk jistgħu jinkludu għadd illimitat ta' kombinazzjonijiet ta' komponenti. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi adottat approċċ olistiku meta jiġu stabbiliti kriterji kwalitattivi biex jiġu identifikati dawk l-ordnijiet f'pakkett li jenħtieġ li jitqiesu bħala standardizzati u negozjati ta' spiss u għalhekk li, kumplessivament, għandhom suq likwidu. Sabiex jieħdu kont tal-karatteristiċi tat-tipi differenti ta' ordnijiet f'pakkett, dawn il-kriterji kwalitattivi jenħtieġ li jinkludu kriterji ġenerali applikabbli fil-klassijiet tal-assi kollha, kif ukoll kriterji speċifiċi applikabbli għal kategoriji ta' assi differenti li jikkostitwixxu ordni f'pakkett. |
|
(2) |
Id-determinazzjoni tal-klassijiet ta' derivattivi soġġetti għall-obbligu ta' negozjar skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tirrikjedi li derivattivi f'dawk il-klassijiet ikunu standardizzati u suffiċjentement likwidi. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi kkunsidrat li hemm suq likwidu għall-ordni f'pakkett kumplessivament fejn il-komponenti kollha ta' dik l-ordni f'pakkett ikunu tal-istess klassi ta' assi u jkunu soġġetti għall-obbligu tan-negozjar. Madankollu, ordnijiet f'pakkett fejn il-komponenti kollha jkunu akbar minn ċertu daqs jew li jkunu jinkludu numru kbir ta' komponenti mhumiex ikkunsidrati bħala standardizzati jew likwidi biżżejjed. Huwa għalhekk xieraq li jkun speċifikat li l-ordnijiet f'pakkett fejn il-komponenti kollha jkunu soġġetti għall-obbligu tan-negozjar jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala li għandhom suq likwidu jekk l-ordni f'pakkett tkun tikkonsisti f'mhux aktar minn erba' komponenti jew jekk mhux il-komponenti kollha fl-ordni f'pakkett ikunu akbar minn daqs li huwa kbir fl-iskala meta mqabbel mad-daqs normali tas-suq. |
|
(3) |
Il-possibbiltà li jsir negozjar ta' strumenti finanzjarji f'ċentru tan-negozjar juri li dawk l-istrumenti jkunu standardizzati u relattivament likwidi. Huwa għalhekk xieraq li jiġi kkunsidrat li jekk il-komponenti kollha ta' ordni f'pakkett ikunu disponibbli għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar, dik l-ordni f'pakkett kumplessivament potenzjalment għandha suq likwidu. Ordni f'pakkett jenħtieġ li titqies bħala disponibbli għan-negozjar jekk ċentru tan-negozjar joffriha għan-negozjar lill-membri, lill-parteċipanti jew lill-klijenti tiegħu. |
|
(4) |
Filwaqt li huwa possibbli li jiġu nnegozjati ordnijiet f'pakkett b'bosta komponenti differenti, il-likwidità hija kkonċentrata f'pakketti li jikkonsistu b'mod esklussiv f'komponenti mill-istess klassi ta' assi, bħal derivattivi ta' ratital-imgħax, derivattivi ta' ekwità, derivattivi ta' kreditu jew derivattivi ta' komoditajiet. Għalhekk, ordnijiet f'pakkett magħmula biss minn derivattivi ta' waħda minn dawn il-klassijiet ta' assi jenħtieġ li jkunu eliġibbli biex jiġu kkunsidrati bħala li għandhom suq likwidu, filwaqt li ordnijiet f'pakkett magħmula minn komponenti derivattivi minn iktar minn waħda minn dawn il-klassijiet ta' assi mhumiex innegozjati ta' spiss u, bħala konsegwenza, ma għandhomx suq likwidu. Barra minn hekk, l-ordnijiet f'pakkett li jinkludu komponenti ta' klassijiet ta' assi għajr derivattivi ta' rati tal-imgħax, derivattivi ta' ekwità, derivattivi ta' kreditu jew derivattivi ta' komoditajiet mhumiex standardizzati biżżejjed u għaldaqstant, mhumiex meqjusa li għandhom suq likwidu. |
|
(5) |
Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi speċifikata metodoloġija biex jiġi determinat jekk hemmx suq likwidu għall-ordni f'pakkett kumplessivament, inkluż meta wieħed jew aktar mill-komponenti ta' ordni f'pakkett ma jkunux meqjusa li għandhom suq likwidu, jew ikunu ta' skala kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq. Madankollu, ordnijiet f'pakkett fejn l-ebda wieħed mill-komponenti ma jkollu suq likwidu, fejn il-komponenti kollha jkunu ta' skala kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq, jew ikunu taħlita ta' komponenti li ma jkollhomx suq likwidu u komponenti li jkunu ta' skala kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq, ma jitqisux bħala standardizzati jew innegozjati ta' spiss u għalhekk jenħtieġ li jiġu ddeterminati bħala li ma għandhomx suq likwidu għall-ordni f'pakkett kumplessivament. |
|
(6) |
Għal ordnijiet f'pakkett li jikkonsistu fi swaps ta' rati tal-imgħax, il-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet huma kkonċentrati f'ordnijiet f'pakkett fejn il-komponenti għandhom ċerti maturitajiet ta' referenza. Huwa għalhekk xieraq li jiġu kkunsidrati dawk l-ordnijiet f'pakkett biss bħala kumplessivament likwidi. Biex jiġu riflessi l-karatteristiċi tal-iswaps ta' rati tal-imgħax differenti, huwa importanti li ssir distinzjoni bejn kuntratti li jibdew immedjatament wara l-eżekuzzjoni tan-negozju u kuntratti li jibdew f'data stabbilita minn qabel fil-futur. Il-maturità ta' kuntratt jenħtieġ li tiġi kkalkulata abbażi tad-data li fiha jidħlu fis-seħħ l-obbligi skont il-kuntratt, jiġifieri fid-data effettiva. Madankollu, biex jittieħed kont tax-xejra tal-likwidità ta' dawn il-kuntratti kif ukoll biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni, dawk il-maturitajiet jenħtieġ li ma jiġux interpretati b'mod strett wisq, iżda pjuttost bħala intervalli mmirati madwar maturità ta' referenza. |
|
(7) |
Ħafna parteċipanti tas-suq jinnegozjaw ordnijiet f'pakkett li jikkonsistu f'żewġ kuntratti b'data ta' skadenza differenti. B'mod partikolari, ir-“roll forwards” huma standardizzati ħafna u nnegozjati ta' spiss. Dawk l-ordnijiet f'pakkett jintużaw biex jissostitwixxu pożizzjoni f'kuntratt li tkun l-eqreb lejn l-iskadenza b'pożizzjoni f'kuntratt li jiskadi fid-data ta' maturità li jkun imiss, u b'hekk jippermettu lill-parteċipanti fis-suq sabiex iżommu pożizzjoni ta' investiment lil hinn mill-ewwel skadenza ta' kuntratt. Huwa għalhekk xieraq li jiġi kkunsidrat li hemm suq likwidu għal dawk l-ordnijiet f'pakkett kumplessivament. |
|
(8) |
Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data. |
|
(9) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni. |
|
(10) |
L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ordnijiet f'pakkett li hemm suq likwidu għalihom kumplessivament
Għandu jkun hemm suq likwidu għal ordni f'pakkett kumplessivament jekk waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tkun issodisfata:
|
(a) |
l-ordni f'pakkett tkun tikkonsisti f'mhux aktar minn erba' komponenti li jappartjenu għal klassijiet ta' derivattivi li jkunu ġew iddikjarati soġġetti għall-obbligu ta' negozjar għad-derivattivi skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, sakemm ma tkunx tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
l-ordni f'pakkett tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
Artikolu 2
Kriterji speċifiċi għall-klassi tal-assi għal ordnijiet f'pakkett li jikkonsistu esklussivament f'derivattivi ta' rati tal-imgħax
Il-kriterji speċifiċi għall-kategoriji msemmija fl-Artikolu 1(b)(iv) għal ordnijiet f'pakkett li jikkonsistu esklussivament f'derivattivi ta' rati ta' imgħax kif imsemmi fit-Taqsima 5 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2017/583 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-ordni f'pakkett ma jkollhiex aktar minn tliet komponenti; |
|
(b) |
il-komponenti kollha tal-ordni f'pakkett ikunu jappartjenu għall-istess klassi ta' subassi kif imsemmi fit-Taqsima 5 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2017/583; |
|
(c) |
il-komponenti kollha tal-ordni f'pakkett ikunu denominati fl-istess munita nozzjonali ta' EUR, USD jew GBP; |
|
(d) |
jekk l-ordni f'pakkett tkun tikkonsisti fi swaps ta' rati tal-imgħax, il-komponenti ta' dik l-ordni f'pakkett ikollhom maturità ta' 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12, 15, 20 jew 30 sena; |
|
(e) |
jekk l-ordni f'pakkett tkun tikkonsisti f'komponenti ta' futuri ta' rati tal-imgħax, dawk il-komponenti jkunu wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
(f) |
jekk l-ordni f'pakkett tkun tikkonsisti f'futuri tal-bonds, l-ordni f'pakkett tkun tissostitwixxi pożizzjoni f'kuntratt li tkun l-eqreb lejn l-iskadenza b'pożizzjoni f'kuntratt bl-istess sottostanti li tiskadi fid-data ta' maturità li jkun imiss. |
Għall-fini tal-punt (d), komponent ta' ordni f'pakkett għandu jitqies li għandu maturità ta' 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12, 15, 20 jew 30 sena jekk il-perjodu ta' żmien bejn id-data effettiva tal-kuntratt u d-data tat-terminazzjoni tal-kuntratt ikun daqs wieħed mill-perjodi ta' żmien imsemmija fil-punt (d), biż-żieda jew bit-tnaqqis ta' ħamest ijiem.
Artikolu 3
Kriterji speċifiċi għall-klassi tal-assi għal ordnijiet f'pakkett li jikkonsistu esklussivament f'derivattivi ta' ekwità
Il-kriterji speċifiċi għall-klassi tal-assi msemmija fl-Artikolu 1(b)(iv) għall-ordnijiet f'pakkett li jikkonsistu esklussivament f'derivattivi ta' ekwità, kif imsemmi fit-Taqsima 6 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2017/583, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-ordni f'pakkett ma jkollhiex aktar minn żewġ komponenti; |
|
(b) |
il-komponenti kollha tal-ordni f'pakkett ikunu jappartjenu għall-istess klassi ta' subassi kif imsemmi fit-Taqsima 6 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2017/583; |
|
(c) |
il-komponenti kollha tal-ordni f'pakkett ikunu denominati fl-istess munita nozzjonali ta' EUR, USD jew GBP; |
|
(d) |
il-komponenti kollha tal-ordni f'pakkett ikollhom l-istess indiċi sottostanti; |
|
(e) |
id-data tal-iskadenza ta' kull komponent tal-ordni f'pakkett ma tkunx taqbeż is-sitt xhur; |
|
(f) |
jekk il-pakkett ikun fih opzjonijiet, l-opzjonijiet kollha jkollhom l-istess data ta' skadenza. |
Artikolu 4
Kriterji speċifiċi għall-klassi tal-assi għal ordnijiet f'pakkett li jikkonsistu esklussivament f'derivattivi ta' kreditu
Il-kriterji speċifiċi għall-kategoriji msemmija fl-Artikolu 1(b)(iv) għal ordnijiet f'pakkett li jikkonsistu esklussivament f'derivattivi ta' kreditu kif imsemmi fit-Taqsima 9 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2017/583 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-ordni f'pakkett ma jkollhiex aktar minn żewġ komponenti; |
|
(b) |
il-komponenti kollha tal-ordni f'pakkett ikunu swaps ta' inadempjenza ta' kreditu tal-indiċi kif imsemmi fit-Taqsima 9 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2017/583; |
|
(c) |
il-komponenti kollha tal-ordni f'pakkett ikunu denominati fl-istess munita nozzjonali ta' EUR jew USD; |
|
(d) |
il-komponenti kollha tal-ordni f'pakkett ikollhom l-istess indiċi sottostanti; |
|
(e) |
il-komponenti kollha tal-ordni f'pakkett ikollhom maturità ta' ħames snin; |
|
(f) |
l-ordni f'pakkett tissostitwixxi pożizzjoni f'verżjoni li tiġi qabel dik riċenti ta' serje ta' indiċi (l-aħħar off-the-run) b'pożizzjoni fil-verżjoni l-aktar reċenti (on-the-run). |
Artikolu 5
Kriterji speċifiċi għall-klassi tal-assi għal ordnijiet f'pakkett li jikkonsistu esklussivament f'derivattivi ta' komoditajiet
Il-kriterji speċifiċi għall-klassi tal-assi msemmija fl-Artikolu 1(b)(iv) għall-ordnijiet f'pakkett li jikkonsistu esklussivament f'derivattivi ta' komoditajiet, kif imsemmi fit-Taqsima 7 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2017/583, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-ordni f'pakkett ma jkollhiex aktar minn żewġ komponenti; |
|
(b) |
il-komponenti kollha tal-ordni f'pakkett ikunu futuri tad-derivattivi ta' komodiatjiet kif imsemmi fit-Taqsima 7 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2017/583; |
|
(c) |
il-komponenti kollha tal-ordni f'pakkett ikollhom l-istess komodità sottostanti definita fl-aktar livell granulari kif speċifikat fit-Tabella 2 tal-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/585 (5); |
|
(d) |
il-komponenti kollha tal-ordni f'pakkett ikunu denominati fl-istess munita nozzjonali ta' EUR, USD jew GBP; |
|
(e) |
l-ordni f'pakkett tkun tissostitwixxi pożizzjoni f'kuntratt li tkun l-eqreb lejn l-iskadenza b'pożizzjoni f'kuntratt li tkun tiskadi fid-data ta' maturità li jkun imiss. |
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward tal-bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta' emissjonijiet u d-derivattivi (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 229).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1)
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/585 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-istandards u l-formati tad-dejta ta' referenza tal-istrumenti finanzjarji, u l-miżuri tekniċi marbutin ma' arranġamenti li għandhom isiru mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 368).