This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2169
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/2169 of 21 November 2017 concerning the format and arrangements for the transmission of European Statistics on natural gas and electricity prices pursuant to Regulation (EU) 2016/1952 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2169 tal-21 ta' Novembru 2017 dwar il-format u l-arranġamenti għat-trażmissjoni tal-Istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku skont ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/7667
ĠU L 306, 22.11.2017, pp. 9–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2169
tal-21 ta' Novembru 2017
dwar il-format u l-arranġamenti għat-trażmissjoni tal-Istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku skont ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1952 jistabbilixxi qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' statistika Ewropea komparabbli dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku għall-konsumaturi domestiċi u l-konsumaturi finali mhux domestiċi fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1952, jenħtieġ li l-Istati Membri jittrażmettu d-data statistika f'forma elettronika, biex jikkonformaw mal-format tekniku xieraq li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. |
|
(3) |
Il-“Statistical Data and Metadata Exchange (SDMX)” jipprovdi l-istandards statistiċi u tekniċi għall-iskambju tal-istatistika uffiċjali. Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni (Eurostat) tistabbilixxi format tekniku f'konformità ma' dawn l-istandards fi ħdan is-Sistema tal-Istatistika Ewropea b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-data dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku għall-konsumaturi domestiċi u għall-konsumaturi finali mhux domestiċi fl-Unjoni għandha tiġi pprovduta lill-Eurostat permezz tal-punt uniku ta' dħul biex il-Kummissjoni (Eurostat) tkun tista' ssib dik id-data b'mezzi elettroniċi.
Artikolu 2
L-istruttura użata għat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat) tinsab fl-Annessi.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS I
L-istruttura għat-trażmissjoni tad-data statistika dwar il-prezz tal-gass naturali
L-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi inkuża fil-fajls tat-trażmissjoni:
Informazzjoni Ġenerali
|
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
|
Pajjiż |
L-isem tal-pajjiż li qed jirrapporta |
Semestru |
|
Organizzazzjoni |
L-isem tal-organizzazzjoni li qed tirrapporta |
Semestru |
|
Persuna ta' kuntatt |
L-isem tal-uffiċjal li qed jirrapporta |
Semestru |
|
L-indirizz tal-posta elettronika |
L-indirizz tal-posta elettronika tal-uffiċjal li qed jirrapporta |
Semestru |
|
Sena |
Is-sena ta' referenza għad-data (2018, 2017, eċċ.) |
Semestru |
|
Semestru |
1 jew 2 |
Semestru |
Għal kull livell tal-konsum it-taqsimiet fit-Tabelli 1, 2 u 4 jeħtieġ li jiġu trażmessi.
Il-livelli għall-konsumaturi domestiċi huma:
|
— |
Livell-D1 (baxx): konsum annwali ta' inqas minn 20 GJ; |
|
— |
Livell-D2 (medju): konsum annwali ta' 20 jew aktar iżda ta' anqas minn 200 GJ; |
|
— |
Livell-D3 (għoli): konsum annwali ta' 200 GJ jew aktar. |
Il-livelli għall-konsumaturi mhux domestiċi huma:
|
— |
LivellI1: konsum annwali ta' anqas minn 1 000 GJ; |
|
— |
Livell-I2: konsum annwali ta' 1 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 10 000 GJ; |
|
— |
Livell-I3: konsum annwali ta' 10 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 100 000 GJ; |
|
— |
Livell-I4: konsum annwali ta' 100 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 1 000 000 GJ; |
|
— |
Livell-I5: konsum annwali ta' 1 000 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 4 000 000 GJ; |
|
— |
Livell-I6: konsum annwali ta' 4 000 000 GJ jew aktar. |
Id-data fit-Tabella 3 għandha tkun speċifikata bħala l-medji tal-livelli tal-konsum kollha f'daqqa.
Tabella 1: Livelli ewlenin tal-prezzijiet
|
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
|
Status tal-Kunfidenzjalità |
|
Semestru |
||||
|
Prezz esklużi t-taxxi
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi biss il-komponent tal-enerġija u l-provvista u l-komponent tan-netwerk. |
Semestru |
||||
|
Prezz eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi rikoverabbli oħrajn
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti kkunsidrati bħala mhux rikoverabbli għall-konsumaturi finali mhux domestiċi. Għall-konsumaturi domestiċi dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponenti tal-enerġija u tan-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti iżda jeskludi l-VAT. |
Semestru |
||||
|
Prezz inklużi t-taxxi kollha u l-VAT (rikoverabbli u mhux)
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk, u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti rikoverabbli u mhux rikoverabbli kollha, inkluża l-VAT. |
Semestru |
Il-valuri huma speċifikati fil-munita nazzjonali għal kull gigajoule (valur kalorifiku gross).
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
Tabella 2: Tqassim dettaljat tal-prezzijiet skont il-komponenti u s-subkomponenti
|
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
|
Status tal-kunfidenzjalità |
|
|
||||
|
Prezz tal-enerġija u tal-provvista
|
Dan il-komponent għandu jinkludi l-prezz tal-komodità (commodity price) għall-gass naturali li jitħallas mill-fornitur jew il-prezz tal-gass naturali fil-punt tad-dħul fis-sistema ta' trażmissjoni, inkluż, jekk applikabbli, il-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: il-kostijiet tal-ħżin flimkien ma' kostijiet marbuta mal-bejgħ tal-gass naturali lill-konsumaturi finali. |
Annwali |
||||
|
Prezz tan-netwerk
|
Il-prezz tan-netwerk għandu jinkludi l-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: tariffi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, telf tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, kostijiet tan-netwerk, kostijiet tas-servizz ta' wara l-bejgħ, kostijiet tas-servizz tas-sistema u l-kiri tal-miter u l-kostijiet tal-użu tal-miter. |
Annwali |
||||
|
It-taxxa fuq il-valur miżjud
|
It-taxxa fuq il-valur miżjud kif definita fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) |
Annwali |
||||
|
Taxxi fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-promozzjoni ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-ġenerazzjoni tas-CHP (sħana u enerġija kombinati). |
Annwali |
||||
|
Taxxi tal-kapaċità
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta ma' kumulazzjonijiet strateġiċi, pagamenti tal-kapaċità u s-sigurtà tal-enerġija; taxxi fuq id-distribuzzjoni tal-gass naturali; “stranded costs” u levies marbuta mal-finanzjament tal-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija jew tal-operaturi tas-suq u tas-sistema. |
Annwali |
||||
|
Taxxi ambjentali
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-kwalità tal-arja u għal finijiet ambjentali oħra; taxxi fuq l-emissjonijiet tas-CO2 jew gassijiet serra oħrajn. |
Annwali |
||||
|
Taxxi oħrajn
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti l-oħrajn kollha mhux koperti minn kwalunkwe waħda mill-erba' kategoriji preċedenti: appoġġ għat-tisħin distrettwali; imposti fiskali lokali jew reġjonali; kumpens għall-gżejjer; tariffi ta' konċessjoni marbuta ma' liċenzji u tariffi għall-okkupar ta' art u proprjetà pubblika jew privata minn netwerks jew apparat ieħor. |
Annwali |
Il-perjodu ta' referenza għall-komponenti kollha u għas-subkomponenti kollha huwa annwali.
Il-valuri huma speċifikati fil-munita nazzjonali għal kull gigajoule (GJ), abbażi tal-valur kalorifiku gross (GCV).
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
Tabella 3: Kostijiet tan-netwerks
|
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
|
Status tal-kunfidenzjalità |
|
|
||||
|
Kostijiet tat-trażmissjoni
|
Is-sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi domestiċi u s-sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk. |
Annwali |
||||
|
Kostijiet tad-distribuzzjoni
|
Is-sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi domestiċi u s-sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk. |
Annwali |
Il-perjodu ta' referenza għall-kostijiet tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni huwa annwali.
Il-valuri huma speċifikati f'perċentwali.
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
Tabella 4: Volumi tal-konsum
|
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
|
Status tal-kunfidenzjalità |
|
|
||||
|
Volumi tal-konsum
|
Is-sehem relattiv tal-gass naturali f'kull livell tal-konsum abbażi tal-volum totali li għalih jirreferu l-prezzijiet. |
Annwali |
Il-perjodu ta' referenza għall-konsum tal-volumi huwa annwali.
Il-valuri huma speċifikati f'perċentwali.
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
ANNESS II
L-istruttura għat-trażmissjoni tad-data statistika dwar il-prezzijiet tal-elettriku
L-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi inkuża fil-fajls tat-trażmissjoni:
Informazzjoni Ġenerali
|
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
|
Pajjiż |
L-isem tal-pajjiż li qed jirrapporta |
Semestru |
|
Organizzazzjoni |
L-isem tal-organizzazzjoni li qed tirrapporta |
Semestru |
|
Persuna ta' kuntatt |
L-isem tal-uffiċjal li qed jirrapporta |
Semestru |
|
L-indirizz tal-posta elettronika |
L-indirizz tal-posta elettronika tal-uffiċjal li qed jirrapporta |
Semestru |
|
Sena |
Is-sena ta' referenza għad-data (2018, 2017, eċċ.) |
Semestru |
|
Semestru |
1 jew 2 |
Semestru |
Għal kull livell tal-konsum, it-taqsimiet fit-Tabelli 1, 2 u 4 għandhom ikunu trażmessi.
Il-livelli għall-konsumaturi domestiċi huma:
|
— |
Livell-DA (baxx ħafna): konsum annwali ta' inqas minn 1 000 kWh; |
|
— |
Livell-DB (baxx): konsum annwali ta' 1 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 2 500 kWh; |
|
— |
Livell-DC (medju): konsum annwali ta' 2 500 jew aktar iżda ta' anqas minn 5 000 kWh; |
|
— |
Livell-DD (għoli): konsum annwali ta' 5 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 15 000 kWh; |
|
— |
Livell-DE (għoli ħafna): konsum annwali ta' 15 000 kWh jew aktar. |
Il-livelli għall-konsumaturi mhux domestiċi huma:
|
— |
Livell-IA: konsum annwali taħt l-20 MWh; |
|
— |
Livell-IB: konsum annwali ta' 20 jew aktar iżda ta' anqas minn 500 MWh; |
|
— |
Livell-IC: konsum annwali ta' 500 jew aktar iżda ta' anqas minn 2 000 MWh; |
|
— |
Livell-ID: konsum annwali ta' 2 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 20 000 MWh; |
|
— |
Livell-IE: konsum annwali ta' 20 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 70 000 MWh; |
|
— |
Livell-IF: konsum annwali ta' 70 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 150 000 MWh; |
|
— |
Livell-IG: konsum annwali ta' 150 000 MWh jew aktar. |
Id-data fit-Tabella 3 għandha tkun speċifikata bħala l-medji tal-livelli tal-konsum kollha f'daqqa.
Tabella 1: Livelli ewlenin tal-prezzijiet
|
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
|
Status tal-kunfidenzjalità |
|
Semestru |
||||
|
Prezz esklużi t-taxxi:
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi biss il-komponent tal-enerġija u l-provvista u l-komponent tan-netwerk. |
Semestru |
||||
|
Prezz eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi rikoverabbli oħrajn
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti kkunsidrati bħala mhux rikoverabbli għall-konsumaturi finali mhux domestiċi. Għall-konsumaturi domestiċi dan il-livell tal-prezz jinkludi l-komponenti tal-enerġija u n-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti iżda jeskludi l-VAT. |
Semestru |
||||
|
Prezz inklużi t-taxxi kollha u l-VAT (rikoverabbli u mhux)
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk, u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti rikoverabbli u mhux rikoverabbli kollha, inkluża l-VAT. |
Semestru |
Il-valuri huma speċifikati fil-munita nazzjonali għal kull kilowatt fis-siegħa.
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
Tabella 2: Tqassim dettaljat tal-prezzijiet skont il-komponenti u s-subkomponenti
|
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
|
Status tal-kunfidenzjalità |
|
|
||||
|
Prezz tal-enerġija u tal-provvista
|
Il-komponent tal-prezz totali marbut mal-enerġija u l-provvista, esklużi t-taxxi. Dan il-komponent għandu jinkludi l-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: ġenerazzjoni, aggregazzjoni, enerġija tal-bilanċ, kostijiet tal-enerġija fornuta, servizzi tal-konsumatur, ġestjoni ta' wara l-bejgħ u kostijiet oħra tal-provvista. |
Annwali |
||||
|
Prezz tan-netwerk
|
Il-komponent tal-prezz totali marbut mal-prezzijiet tan-netwerk, esklużi t-taxxi. Il-prezz tan-netwerk għandu jinkludi l-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: tariffi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, telf tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, kostijiet tan-netwerk, kostijiet tas-servizz ta' wara l-bejgħ, kostijiet tas-servizz tas-sistema, u l-kiri tal-miter u l-kostijiet tal-użu tal-miter. |
Annwali |
||||
|
It-taxxa fuq il-valur miżjud
|
It-taxxa fuq il-valur miżjud kif definita fid-Direttiva 2006/112/KE. |
Annwali |
||||
|
Taxxi fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-promozzjoni ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-ġenerazzjoni tas-CHP. |
Annwali |
||||
|
Taxxi tal-kapaċità
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-pagamenti tal-kapaċità, is-sigurtà tal-enerġija u l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni; taxxi fuq ir-ristrutturar tal-industrija tal-faħam; taxxi fuq id-distribuzzjoni tal-elettriku; “stranded costs” u levies marbuta mal-finanzjament tal-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija jew tal-operaturi tas-suq u tas-sistema. |
Annwali |
||||
|
Taxxi ambjentali
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-kwalità tal-arja u għal finijiet ambjentali oħra; taxxi fuq l-emissjonijiet tas-CO2 jew gassijiet serra oħrajn. |
Annwali |
||||
|
Taxxi marbuta mas-settur nukleari
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mas-settur nukleari, inkluż id-dekummissjonar nukleari, l-ispezzjonijiet u t-tariffi għall-installazzjonijiet nukleari. |
Annwali |
||||
|
Taxxi oħrajn
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti l-oħrajn kollha mhux koperti minn kwalunkwe waħda mill-ħames kategoriji preċedenti: appoġġ għat-tisħin distrettwali; imposti fiskali lokali jew reġjonali; kumpens għall-gżejjer; tariffi ta' konċessjoni marbuta ma' liċenzji u tariffi għall-okkupar ta' art u proprjetà pubblika jew privata minn netwerks jew apparat ieħor. |
Annwali |
Il-perjodu ta' referenza għall-komponenti kollha u għas-subkomponenti kollha huwa annwali.
Il-valuri huma speċifikati fil-munita nazzjonali għal kull kilowatt fis-siegħa.
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
Tabella 3: Kostijiet tan-netwerks
|
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
|
Status tal-kunfidenzjalità |
|
|
||||
|
Kostijiet tat-trażmissjoni
|
Is-sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi domestiċi u s-sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk. |
Annwali |
||||
|
Kostijiet tad-distribuzzjoni
|
Is-sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi domestiċi u s-sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk. |
Annwali |
Il-perjodu ta' referenza għall-kostijiet tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni huwa annwali.
Il-valuri huma speċifikati f'perċentwali.
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
Tabella 4: Volumi tal-konsum
|
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
|
Status tal-kunfidenzjalità |
|
|
||||
|
Volumi tal-konsum
|
Is-sehem relattiv tal-elettriku f'kull livell tal-konsum abbażi tal-volum totali li għalih jirreferu l-prezzijiet. |