This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1981
Commission Regulation (EU) 2017/1981 of 31 October 2017 amending Annex III to Regulation (EC) No 853/2004 of the European Parliament and of the Council as regards temperature conditions during transport of meat (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1981 tal-31 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-temperatura matul it-trasportazzjoni tal-laħam (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1981 tal-31 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-temperatura matul it-trasportazzjoni tal-laħam (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/7228
ĠU L 285, 1.11.2017, pp. 10–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
1.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1981
tal-31 ta' Ottubru 2017
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-temperatura matul it-trasportazzjoni tal-laħam
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1)(d) u (e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi fin-negozju tal-ikel. Dak ir-Regolament fih previst li l-operaturi fin-negozju tal-ikel iridu jiżguraw konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tat-temperatura qabel u matul it-trasportazzjoni tal-laħam. |
|
(2) |
F'konformità mal-Anness III ta' dak ir-Regolament, il-laħam, minbarra l-ġewwieni, tal-ungulati domestiċi jrid jitkessaħ immedjatament wara l-ispezzjoni post-mortem għal temperatura tal-qalba ta' mhux iktar minn 7 °C fuq firxa tat-tkessiħ li tiżgura tnaqqis kontinwu tat-temperatura, sakemm dispożizzjonijiet speċifiċi oħrajn ma jipprovdux mod ieħor. Dan irid isir fil-kmamar tat-tkessiħ tal-biċċerija, qabel ma tkun tista' tibda t-trasportazzjoni. |
|
(3) |
Fis-6 ta' Marzu 2014, il-Panel Xjentifiku dwar il-perikli bijoloġiċi tal-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adotta l-Parti 1 ta' opinjoni xjentifika (2) dwar ir-riskji tas-saħħa pubblika relatati mal-manutenzjoni tal-katina tal-kesħa matul il-ħażna u t-trasportazzjoni tal-laħam, li jikkonċerna l-laħam tal-ungulati domestiċi biss. Dik l-opinjoni tikkonkludi li ladarba ħafna mill-kontaminazzjoni batterjali tokkorri fuq il-wiċċ tal-karkassi, it-temperatura tal-wiċċ hija indikatur xieraq tal-iżvilupp tal-batterji. Fiha previst ukoll kombinazzjonijiet tat-temperaturi massimi tal-wiċċ mat-tagħbija tal-karkassi u fil-ħinijiet massimi tat-tkessiħ u tat-trasportazzjoni, li jirriżultaw fl-iżvilupp ta' patoġeni (mikro-organiżmi li jikkawżaw mard li jinġarr mill-ikel) ekwivalenti għal dak miksub meta l-karkassi jitkessħu għal temperatura tal-qalba ta' 7 °C fil-biċċerija jew inqas minnu. |
|
(4) |
Fit-8 ta' Ġunju 2016, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika ulterjuri dwar l-iżvilupp (3) tal-batterji tat-tħassir matul il-ħażna u t-trasportazzjoni tal-laħam. Dik l-opinjoni sabet li xi batterji tat-tħassir (batterji li mhux neċessarjament imarrdu, iżda jistgħu jrendu l-ikel inaċċetabbli għall-konsum mill-bniedem minħabba t-tħassir), b'mod partikolari Pseudomonas spp., jistgħu jilħqu livelli kritiċi iktar malajr mill-patoġeni, skont il-livell tal-kontaminazzjoni inizjali tal-batterji tat-tħassir, kif ukoll skont il-kundizzjonijiet tat-temperatura. |
|
(5) |
L-għadd tal-kolonji aerobiċi jrid jgħaddi minn valutazzjoni ta' rutina mill-operaturi fin-negozju tal-ikel f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (4). Jista' jintuża bħala indikatur tal-limitu superjuri tal-konċentrazzjoni ta' kwalunkwe speċi ta' batterji tat-tħassir preżenti fuq il-laħam. |
|
(6) |
Abbażi tal-opinjoni tal-EFSA u b'konsiderazzjoni tal-għodod ta' valutazzjoni disponibbli, huwa għalhekk possibbli li jiġu introdotti approċċi alternattivi, iktar flessibbli għall-kundizzjonijiet tat-temperatura matul it-trasportazzjoni tal-laħam frisk, b'mod partikolari karkassi jew qatgħat ikbar mingħajr kwalunkwe żieda ta' riskju għas-saħħa pubblika, u mingħajr devjazzjoni mill-prinċipju bażiku li tali laħam għandu jitkessaħ għal 7 °C permezz ta' tnaqqis kontinwu tat-temperatura. Din iż-żieda fil-flessibbiltà tkun qed tagħmilha possibbli li l-laħam jasal għand il-konsumatur iktar malajr wara t-tbiċċir, u b'hekk tiffaċilita l-flussi kummerċjali tal-laħam frisk fl-Unjoni. |
|
(7) |
Filwaqt li l-approċċi alternattivi huma bbażati fuq it-temperaturi tal-arja fil-wiċċ u tat-trasportazzjoni, it-tnaqqis kontinwu tat-temperatura kif diġà huwa mandatorju mid-dispożizzjonijiet attwali jirrikjedi li parti mit-temperatura tal-ġisem għandha titneħħa wkoll qabel trasportazzjoni fit-tul. L-issettjar tat-temperatura tal-qalba li għaliha l-karkassi u l-qatgħat il-kbar għandhom jitkessħu qabel it-trasportazzjoni huwa mod kif ikun żgurat li parti sinifikanti tat-temperatura tal-ġisem titneħħa. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 fih previst ukoll deroga mill-obbligu tat-tkessiħ tal-laħam għal 7 °C qabel it-trasportazzjoni fir-rigward ta' prodotti speċifiċi taħt kundizzjonijiet speċifiċi. Sabiex jiġi evitat l-użu skorrett ta' din id-deroga, jixraq li jiġi ċċarat li dan huwa permess biss jekk ġustifikat għal raġunijiet teknoloġiċi, eż. meta t-tkessiħ għal 7 °C ma jkunx jista' jikkontribwixxi għall-ipproċessar iġeniku u tekniku li jixraq l-iżjed għal dan il-prodott. |
|
(9) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fit-Taqsima I, il-Kapitolu VII, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
2. |
Fit-Taqsima I, il-Kapitolu V, jiddaħħal il-punt 5 li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(2) EFSA Journal 2014; 12(3):3601 [81 pp.].
(3) EFSA Journal 2016; 14(6):4523 [38 pp.].
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(5) Il-ħin massimu permess mill-bidu tat-tagħbija tal-laħam fil-vettura sat-tlestija tal-aħħar twassil. It-tagħbija tal-laħam fil-vettura tista' tiġi posposta lil hinn mill-ħin massimu permess għat-tkessiħ tal-laħam għat-temperatura tal-wiċċ speċifikata. Jekk jiġri dan, il-ħin massimu tat-trasportazzjoni permess irid jitqassar għall-istess tul li għalih ġiet posposta t-tagħbija. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru destinatarju tista' tillimita l-għadd ta' punti ta' twassil.
(2) It-temperatura massima tal-wiċċ permessa mat-tagħbija u wara titkejjel fuq l-eħxen parti tal-karkassi, in-nofs karkassi, il-kwarti, jew in-nofs karkassi maqtugħin fi tliet qatgħat sħaħ.
(3) Il-ħin massimu permess mill-mument tal-qatla sal-ilħuq tat-temperatura massima tal-wiċċ permessa mat-tagħbija.
(4) It-temperatura massima tal-arja li għaliha l-laħam huwa permess li jkun soġġett minn meta tibda t-tagħbija, u matul id-durata kollha tat-trasportazzjoni.
(5) L-għadd medju massimu ta' kuljum tal-kolonja aerobika tal-karkassi tal-biċċerija li juża tieqa rikorrenti ta' 10 ġimgħat, permessa għal karkassi ta' speċijiet rilevanti, kif ivvalutat mill-operatur għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, skont il-proċeduri ta' teħid tal-kampjuni u ttestjar stipulati fil-punti 2.1.1, 2.1.2 tal-Kapitolu 2, u l-punt 3.2 tal-Kapitolu 3, tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 ta' 15 ta' Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(6) It-temperatura tal-qalba massima tal-laħam permessa fil-ħin tat-tagħbija, u wara.”