This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1963
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1963 of 9 August 2017 amending Implementing Regulation (EU) No 615/2014 laying down detailed rules for the application of Regulation (EU) No 1306/2013 of the European Parliament and of the Council and Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council in respect of work programmes to support the olive oil and table olives sectors
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1963 tad-9 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 615/2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi ta' ħidma li jappoġġaw lis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1963 tad-9 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 615/2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi ta' ħidma li jappoġġaw lis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda
C/2017/5518
ĠU L 279, 28.10.2017, p. 30–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2532
28.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 279/30 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1963
tad-9 ta' Awwissu 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 615/2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi ta' ħidma li jappoġġaw lis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 57(2), 58(4), 62(2) u 66(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba waqt l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma għal tliet snin li bdew fl-1 ta' April 2015, jenħtieġ li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 615/2014 (3) jiġu ssimplifikati jew iċċarati. Fl-istess ħin, huwa xieraq li jiġi limitat iktar il-piż amministrattiv għall-operaturi u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali. |
(2) |
Minħabba li s-sena tal-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma tibda fl-1 ta' April, fil-kuntest tal-emendi tal-programmi ta' ħidma approvati f'każ ta' fużjoni tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji, il-programmi ta' ħidma separati tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji li jingħaqdu jenħtieġ li jiġu mħaddma b'mod parallel sal-bidu tas-sena ta' implimentazzjoni li ssegwi s-sena ta' implimentazzjoni meta tkun seħħet il-fużjoni. Fl-istess kuntest, ċerti kundizzjonijiet sabiex jiġu aċċettati l-emendati tal-miżuri tal-programm ta' ħidma, jenħtieġ li jiġu adattati biex jagħmluha ċara li l-baġit allokat liż-żona kkonċernata jibqa' stabbli. |
(3) |
Sabiex ikun hemm qbil bejn l-applikazzjonijiet għall-ħlas bil-quddiem u l-likwidità tal-benefiċjarju, l-Istati Membri jenħtieġ ikollhom il-possibbiltà li jippermettu lill-organizzazzjonijiet benefiċjarji biex jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-avvanzi waqt l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma għal tliet snin. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma approvat, jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont minimu bħala garanzija waqt is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-programm ta' ħidma. Ir-regoli għar-rilaxx tal-garanzija fir-rigward tal-avvanzi qabel l-aħħar ta' kull sena ta' implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma, jenħtieġ ikunu iktar flessibbli u allinjati mar-regoli relatati mal-ħlas tal-finanzjament tal-UE. |
(5) |
Meta wieħed iqis li l-għan ewlieni ta' skadenzi stretti għas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-ħlas hu biex jiġi rrispettat iċ-ċiklu tal-ħajja tal-baġit annwali, l-Istati Membri jenħtieġ ikollhom iktar flessibbiltà meta jiffissaw l-iskadenza għas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-ħlas, diment li l-ħlas isir mill-Istati Membri sal-15 ta' Ottubru tas-sena kalendarja meta tintemm is-sena ta' implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma. |
(6) |
Sabiex jiġu evitati d-diffikultajiet ta' likwidità, matul kull sena ta' implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma, jenħtieġ li tiġi offruta sistema ta' ħlasijiet parzjali għar-rimborż tal-ispejjeż li jkunu diġà saru. |
(7) |
Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li titwettaq l-evalwazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-benefiċjarji abbażi tad-dokumenti biss. |
(8) |
Fl-aħħar nett, jenħtieġ li xi dati biex il-Kummissjoni tiġi infurmata b'ċerta informazzjoni u kontroreferenzi bejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2014, jiġu espressi b'mod iktar ċar. |
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2014 jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-programmi ta' ħidma approvati qabel l-1 ta' April 2018 jenħtieġ jibqgħu jiġu rregolati mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2014 applikabbli waqt l-approvazzjoni tagħhom sakemm jintemmu dawk il-programmi. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikoli 3 u 4 jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 3 Avvanzi 1. Organizzazzjoni benefiċjarja tista' tissottometti l-applikazzjonijiet għall-avvanzi sad-dati li jridu jiġu stabbiliti mill-Istat Membru. 2. It-total tal-avvanzi mħallsa f'sena speċifika tal-implimentazzjoni ta' programm ta' ħidma, ma jistax jaqbeż id-90 % tal-ammont għall-għajnuna approvat inizjalment għal dak il-programm ta' ħidma. 3. L-Istati Membru jista' jistabbilixxu ammont minimu għall-avvanzi u l-iskadenzi għall-ħlas tal-avvanzi. Artikolu 4 Garanziji li jridu jiġu ppreżentati 1. Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 7(3)(g) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 611/2014 għandha tkun minn tal-inqas 10 % tal-finanzjament tal-UE li wieħed japplika għalih. 2. L-avvanzi msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jitħallsu soġġetti tal-preżentazzjoni ta' garanzija skont il-Kapitolu IV tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (*1). L-ammont ta' din il-garanzija għandu jkun daqs 110 % tal-avvanz. 3. L-organizzazzjonijiet benefiċjarji jistgħu jippreżentaw talba lill-Istat Membru kkonċernat għar-rilaxx tal-garanzija imsemmija fil-paragrafu 2,, qabel id-data li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru u sa mhux aktar tard mit-tmiem ta' kull sena ta' implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma. Minbarra d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(2)(b) u (c), ma' din it-talba għandha tinhemeż deskrizzjoni dettaljata tal-istadji tal-programm ta' ħidma li jkunu ġew implimentati, imqassmin skont l-oqsma u l-miżuri kif deskritt fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 611/2014. L-Istat Membru għandu jivverifika dawk id-dokumenti u jirrilaxxa l-garanzija li tikkorrispondi mal-ispiża kkonċernata sa mhux aktar tard mit-tieni xahar wara dak meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni. (*1) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).”;" |
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej: “Artikolu 5a Ħlasijiet parzjali 1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-organizzazzjonijiet benefiċjarji japplikaw għall-ħlas tal-parti tal-għajnuna li tkun tikkorrispondi għall-ammonti li jkunu diġà ntefqu fil-kuntest tal-programm ta' ħidma. 2. L-applikazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu sottomessi f'kull ħin, iżda mhux iktar minn darbtejn fis-sena ta' implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma. Minbarra d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(2)(b) u (c), mal-applikazzjonijiet għandha tintehemż deskrizzjoni dettaljata tal-istadji tal-programm ta' ħidma li jkunu ġew implimentati, imqassmin skont l-oqsma u l-miżuri kif deskritt fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 611/2014. 3. Il-ħlasijiet għall-applikazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux jaqbżu t-80 % tal-parti tal-għajnuna li tikkorrispondi għall-ammonti li jkunu diġà ntefqu fil-programm ta' ħidma għall-perjodu kkonċernat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu għall-ħlasijiet parzjali u l-iskadenzi għas-sottomissjonijiet tal-applikazzjonijiet.”; |
(5) |
Fl-Artikolu 6 għandu jiżdied il-paragrafu 6 li ġej: “6. L-Istati Membri jistgħu jwettqu l-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-benefiċjarji, kif imsemmi fil-paragrafu 1(a), abbażi tad-dokumenti biss.” |
(6) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika għall-programmi ta' ħidma li se jibdew mill-1 ta' April 2018 u għall-proċessi ta' approvazzjoni tagħhom.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 615/2014 tas-6 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi ta' ħidma li jappoġġaw lis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 95).