Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1938

    Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1938/oj

    28.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 280/1


    REGOLAMENT (UE) 2017/1938 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-25 ta' Ottubru 2017

    dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

    Filwaqt li:

    (1)

    Il-gass naturali (gass) jibqa' komponent essenzjali tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea. Proporzjon kbir ta' tali gass huwa importat fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

    (2)

    Interruzzjoni gravi ta' provvista tal-gass tista' taffettwa lill-Istati Membri kollha, lill-Unjoni u lill-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, iffirmat f'Ateni fil-25 ta' Ottubru 2005. Tista' tagħmel ukoll ħsara kbira lill-ekonomija tal-Unjoni u jista' jkollha impatt soċjali gravi, b'mod partikolari fuq gruppi vulnerabbli ta' klijenti.

    (3)

    Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi salvagwardata provvista ta' gass mingħajr interruzzjoni madwar l-Unjoni kollha, b'mod partikolari lill-klijenti protetti f'każ ta' kondizzjonijiet klimatiċi diffiċli jew ta' interruzzjonijiet tal-provvista tal-gass. Dawk l-objettivi jenħtieġ li jinkisbu permezz tal-aktar miżuri kosteffettivi u b'tali mod li ma jkunx hemm distorsjoni tas-swieq tal-gass.

    (4)

    Id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u r-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), diġà kellu impatt pożittiv sinifikanti fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni, kemm f'termini ta' tħejjija kif ukoll ta' mitigazzjoni. L-Istati Membri huma ppreparati aħjar sabiex jiffaċċaw kriżi tal-provvista issa li huma meħtieġa jistabbilixxu pjanijiet ta' azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza, u huma mħarsa aħjar issa li huma meħtieġa jissodisfaw għadd ta' obbligi dwar il-kapaċità tal-infrastruttura u l-provvista tal-gass. Madankollu, ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Kummissjoni tar-Regolament (UE) Nru 994/210 ta' Ottubru 2014 enfasizza oqsma li fihom titjib lil dak ir-Regolament li jista' jkompli jsaħħaħ is-sigurtà ta' provvista tal-gass fl-Unjoni.

    (5)

    Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ottubru 2014 dwar ir-reżiljenza fuq perijodu qasir ta' żmien tas-sistema tal-gass Ewropea analizzat l-effetti ta' interruzzjoni parzjali jew kompleta tal-provvisti tal-gass mir-Russja u kkonkludiet li l-approċċi purament nazzjonali mhumiex effettivi ħafna f'każ ta' interruzzjoni serja, minħabba l-ambitu tagħhom, li fin-natura tiegħu huwa limitat. It-test tal-istress wera kif approċċ aktar kooperattiv fost l-Istati Membri jista' jnaqqas b'mod sinifikanti l-impatt tax-xenarji ta' interruzzjonijiet serji ħafna fl-aktar Stati Membri vulnerabbli.

    (6)

    Is-sigurtà tal-enerġija tikkostitwixxi wieħed mill-objettivi tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, kif deskritta fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2015 dwar “Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem” li enfasizzat ukoll il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” kif ukoll il-ħtieġa li l-atti legali eżistenti tal-Unjoni dwar l-enerġija jiġu implimentati b'mod sħiħ. Il-komunikazzjoni enfasizzat il-fatt li l-Unjoni tal-Enerġija hi msejsa fuq is-solidarjetà, li hi mnaqqxa fl-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u l-fiduċja, li huma karatteristiċi ewlenin tas-sigurtà tal-enerġija. Dan ir-Regolament hu maħsub biex isaħħaħ is-solidarjetà u l-fiduċja fost l-Istati Membri u jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Meta tivvaluta l-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza stabbiliti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun kapaċi wkoll tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri għall-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija.

    (7)

    Suq intern tal-gass li jaħdem tajjeb huwa l-aħjar garanzija sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-gass madwar l-Unjoni u sabiex titnaqqas l-espożizzjoni ta' Stati Membri individwali għall-effetti ta' ħsara tal-interruzzjonijiet tal-provvista tal-gass. Fejn is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membru tkun mhedda, hemm riskju li miżuri żviluppati b'mod unilaterali minn dak l-Istat Membru jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass u jagħmlu ħsara lill-provvista tal-gass għall-klijenti fi Stati Membri oħrajn. Sabiex is-suq intern tal-gass jitħalla jiffunzjona anke meta jkun hemm nuqqas ta' provvista, għandha ssir dispożizzjoni għas-solidarjetà u l-koordinazzjoni fit-tweġiba għall-kriżijiet tal-provvista, kemm fir-rigward ta' azzjoni preventiva kif ukoll fir-rigward tar-reazzjoni għal interruzzjonijiet attwali tal-provvista tal-gass.

    (8)

    Suq intern tal-enerġija li jkun tassew interkonness u li jkollu punti ta' dħul multipli u flussi f'direzzjonijiet opposti jista' jinħoloq biss billi l-grilji tal-gass tiegħu jiġu interkonnessi kompletament, billi jinbnew ċentri tal-gass naturali likwifikat (LNG) fir-reġjuni tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Unjoni, billi jitlestew il-kurituri tal-Gass bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u tan-Nofsinhar u billi tiġi żviluppata aktar il-produzzjoni domestika. Għaldaqstant, jeħtieġ li jkun hemm żvilupp aċċellerat ta' interkonnessjonijiet u proġetti li jkollhom l-għan li jiddiversifikaw is-sorsi ta' provvista, kif diġà ġew magħżula fl-Istrateġija għas-Sigurtà tal-Enerġija.

    (9)

    S'issa, il-potenzjal għal miżuri aktar effiċjenti u b'inqas spejjeż permezz ta' kooperazzjoni reġjonali ma ġiex sfruttat għal kollox. Dan għandu x'jaqsam mhux biss ma' koordinazzjoni aħjar ta' azzjonijiet ta' mitigazzjoni nazzjonali f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, iżda wkoll ma' miżuri preventivi nazzjonali, bħall-ħażna nazzjonali jew il-politiki relatati mal-LNG, li jistgħu jkunu ta' importanza strateġika f'ċerti reġjuni tal-Unjoni.

    (10)

    Fi spirtu ta' solidarjetà, jenħtieġ li l-kooperazzjoni reġjonali, li tinvolvi kemm lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lill-impriżi tal-gass naturali, tkun il-prinċipju gwida ta' dan ir-Regolament, sabiex jittaffew ir-riskji identifikati u sabiex jiġu ottimizzati l-benefiċċji tal-miżuri kkoordinati u sabiex jiġu implimentati l-aktar miżuri kosteffettivi għall-konsumaturi tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni reġjonali tkun ikkomplementata gradwalment minn perspettiva tal-Unjoni aktar b'saħħitha, li tippermetti l-użu tal-provvisti u l-għodod kollha disponibbli fis-suq intern tal-gass kollu. Il-valutazzjoni tal-kurituri tal-provvista ta' emerġenza fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-kooperazzjoni reġjonali.

    (11)

    Approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-valutazzjoni tas-sigurtà tal-provvista u għall-istabbiliment ta' miżuri preventivi u ta' mitigazzjoni jippermetti l-koordinazzjoni tal-isforzi u jġib miegħu benefiċċji sinifikanti f'termini tal-effikaċja tal-miżuri u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi. Dan japplika b'mod partikolari għal miżuri mfassla biex jiggarantixxu provvista kontinwa, taħt kondizzjonijiet ebsin ħafna, lill-klijenti protetti, u lil miżuri biex inaqqsu l-impatt ta' emerġenza. Il-valutazzjoni tar-riskji korrelatati b'mod konġunt fi gruppi ta' riskju, li hija aktar komprensiva kif ukoll aktar preċiża, ser tiżgura li l-Istati Membri jkunu ppreparati aħjar għal kull kriżi. Barra minn hekk, f'emerġenza, approċċ ikkoordinat u miftiehem minn qabel għas-sigurtà tal-provvista jiżgura rispons konsistenti u jnaqqas ir-riskju ta' effetti sekondarji negattivi li jista' jkollhom miżuri purament nazzjonali fi Stati Membri ġirien.

    (12)

    Għall-iskop tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, jenħtieġ li l-gruppi ta' riskju jiġu definiti abbażi tar-riskji transnazzjonali kbar għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni. Tali riskji ġew identifikati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ottubru 2014 dwar ir-reżiljenza fuq perijodu qasir ta' żmien tas-sistema tal-gass Ewropea u l-valutazzjoni inkluża fil-Pjan l-aktar reċenti ta' Għaxar Snin għall-Iżvilupp tan-Netwerk (TYNDP) żviluppat min-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Trasmissjoni tal-Gass (ENTSOG). Sabiex ikun hemm valutazzjoni aktar preċiża li tkun iffukata aħjar għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-gruppi ta' riskju jissawru abbażi tas-sorsi u r-rotot ewlenin tal-provvista tal-gass.

    (13)

    Biex jiġi pprovdut l-input għall-valutazzjonijiet tar-riskji komuni u nazzjonali, l-ENTSOG, f'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass (GCG) u man-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trasmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E), jenħtieġ li jwettaq simulazzjoni fl-Unjoni kollha tax-xenarji ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura. Jenħtieġ li tali simulazzjoni tiġi ripetuta tal-inqas kull sentejn. Bħala mezz ta' tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali billi tipprovdi informazzjoni dwar il-flussi tal-gass kif ukoll billi tipprovdi għarfien espert tekniku u operazzjonali, jenħtieġ li s-Sistema ta' Koordinazzjoni Reġjonali għall-Gass (Sistema ReCo għall-Gass), stabbilita mill-ENTSOG u magħmula minn gruppi permanenti ta' esperti, tkun involuta fit-twettiq ta' simulazzjonijiet. Jenħtieġ li l-ENTSOG jiżgura livell adatt ta' trasparenza u aċċess għall-preżunzjonijiet tal-mudell li jintużaw fix-xenarji tiegħu.

    (14)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li taġġorna l-kompożizzjoni tal-gruppi ta' riskju permezz ta' att delegat abbażi tal-evoluzzjoni tar-riskji transnazzjonali kbar għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni u l-impatt tagħha fuq l-Istati Membri, b'kont meħud tar-riżultat tas-simulazzjoni fl-Unjoni kollha u tad-diskussjoni fil-GCG.

    (15)

    Biex il-kooperazzjoni reġjonali ssir fattibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jiftiehmu fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni fi ħdan kull grupp ta' riskju. Jenħtieġ li tali mekkaniżmu jiġi żviluppat fil-ħin biżżejjed biex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tar-riskju komuni u biex jiġu diskussi u jintlaħaq qbil dwar miżuri transkonfinali xierqa u effettivi, li ser jeħtieġu l-qbil ta' kull Stat Membru kkonċernat, li għandhom jiġu inklużi fil-kapitoli reġjonali tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza, wara li tiġi kkonsultata l-Kummissjoni. L-Istati Membri huma liberi li jiftiehmu fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni li hu l-iktar addattat għal grupp ta' riskju partikolari. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' jkollha rwol ta' faċilitazzjoni fil-proċess globali u taqsam l-aħjar prattiki għall-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali bħal pereżempju rwol ta' koordinazzjoni b'rotazzjoni fi ħdan il-gruppi ta' riskju għall-preparazzjoni tad-dokumenti differenti jew biex jiġu stabbiliti korpi dedikati. Jekk ma jkunx hemm qbil fuq il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni xieraq għal grupp ta' riskju partikolari.

    (16)

    Meta jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju komuni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-fatturi ta' riskju rilevanti kollha li jistgħu jwasslu biex jimmaterjalizza r-riskju transnazzjonali kbir li għalih inħoloq il-grupp ta' riskju, inkluż interruzzjoni tal-provvista tal-gass mill-akbar fornitur uniku. Jenħtieġ li dawk il-fatturi ta' riskju jiġu indirizzati b'miżuri transkonfinali adatti miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li l-miżuri transkonfinali jiġu inklużi fil-kapitoli reġjonali tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu valutazzjoni tar-riskju nazzjonali komprensiva u jivvalutaw ir-riskji naturali, teknoloġiċi, kummerċjali, finanzjarji, soċjali, politiċi u dawk relatatimas-suq, kif ukoll kull riskju rilevanti ieħor. Jenħtieġ li r-riskji kollha jiġu indirizzati b'miżuri effettivi, proporzjonati u nondiskriminatorji li għandhom jiġu żviluppati fil-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u fil-pjanijiet ta' emerġenza. Jenħtieġ li r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju komuni u nazzjonali jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet tar-riskju tal-perikli kollha previsti fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u jenħtieġ jittieħed kont tagħhom b'mod sħiħ fil-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali.

    (17)

    Sabiex jiġi żgurat stat ta' tħejjija massimu, biex tiġi evitata interruzzjoni tal-provvista tal-gass u biex jittaffew l-effetti tagħha jekk xorta waħda sseħħ, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ta' grupp ta' riskju partikolari, wara li jikkonsultaw mal-partijiet kkonċernati, jistabbilixxu pjanijiet ta' azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza li jkollhom fihom il-kapitoli reġjonali. Jenħtieġ li dawn jitfasslu b'tali mod li jindirizzaw ir-riskji nazzjonali b'mod li jisfrutta b'mod sħiħ l-opportunitajiet ipprovduti mill-kooperazzjoni reġjonali. Il-pjanijiet jenħtieġ li jkunu ta' natura teknika u operattiva, bil-funzjoni tagħhom tkun li jgħinu fil-prevenzjoni li tiġri jew tmur għall-agħar emerġenza jew sabiex jittaffew l-effetti tagħha. Il-pjanijiet jenħtieġ li jqisu s-sigurtà tas-sistemi tal-elettriku u jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-ippjanar strateġiku u l-għodod tar-rappurtar tal-Unjoni tal-Enerġija.

    (18)

    Meta jistabbilixxu u jimplimentaw il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu, f'kull ħin, l-operazzjoni sikura tas-sistema tal-gass fil-livelli reġjonali u nazzjonali. Jenħtieġ li huma jindirizzaw u jistabbilixxu f'dawk il-pjanijiet il-limitazzjonijiet tekniċi li jaffettwaw l-operazzjoni tan-netwerk, inkluża kwalunkwe raġuni teknika u ta' sigurtà għat-tnaqqis tal-flussi f'każ ta' emerġenza.

    (19)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza filwaqt li tqis debitament il-fehmiet espressi fil-GCG u tirrakkomanda li jiġu eżaminati, b'mod partikolari jekk il-pjanijiet ma jindirizzawx b'mod effettiv ir-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju, jekk joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni jew ixekklu l-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija, jekk jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stati Membri oħrajn jew jekk ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew liġijiet oħrajn tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni. Meta, wara l-pożizzjoni finali tal-awtorità kompetenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura kkonċernata tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membru ieħor jew tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli d-djalogu mal-Istat Membru kkonċernat biex dan jaqbel li jemenda jew jirtira l-miżura.

    (20)

    Il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza jenħtieġ li jiġu aġġornati b'mod regolari u jiġu ppubblikati. Sabiex jiġi żgurat li l-pjanijiet ta' emerġenza jkunu dejjem aġġornati u effettivi, jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu għallinqas test wieħed bejn l-aġġornamenti tal-pjanijiet billi jagħmlu simulazzjoni ta' xenarji ta' impatt għoli u medju u reazzjonijiet f'ħin reali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jippreżentaw ir-riżultati tat-testijiet fil-GCG.

    (21)

    Il-mudelli komprensivi obbligatorji li jinkludu r-riskji kollha li għandhom jiġu koperti mill-valutazzjoni tar-riskju u l-komponenti kollha tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza huma meħtieġa biex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tar-riskju u t-tħejjija tal-pjanijiet u l-valutazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

    (22)

    Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li l-valutazzjonijiet tar-riskju, il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva, il-pjanijiet ta' emerġenza u d-dokumenti u l-iskambji ta' informazzjoni l-oħrajn kollha previsti f'dan ir-Regolament jiġu nnotifikati permezz ta' sistema ta' notifika elettronika sikura u standardizzata.

    (23)

    Ċerti klijenti, li jinkludu unitajiet domestiċi u klijenti li jipprovdu servizzi soċjali essenzjali, huma partikolarment vulnerabbli u jistgħu jeħtieġu protezzjoni mill-effetti negattivi ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass. Id-definizzjoni ta' tali klijenti protetti jenħtieġ li ma tkunx konfliġġenti mal-mekkaniżmi ta' solidarjetà tal-Unjoni.

    (24)

    Huwa xieraq li ssir aktar speċifika d-definizzjoni ta' klijenti protetti mill-mekkaniżmu ta' solidarjetà. Dan hu meħtieġ mill-obbligu tal-Istati Membri li jagħtu solidarjetà f'każ ta' ċirkostanzi estremi u għal ħtiġijiet essenzjali. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-definizzjoni ta' klijenti protetti mis-solidarjetà tkun limitata għal unitajiet domestiċi filwaqt li xorta tkun tista' tinkludi, f'kondizzjonijiet speċifiċi, ċerti servizzi soċjali essenzjali u installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali. Għaldaqstant hu possibbli li l-Istati Membri, skont dak il-qafas, jittrattaw il-kura tas-saħħa, il-kura soċjali essenzjali, is-servizzi ta' emerġenza u dawk ta' sigurtà bħala klijenti protetti mis-solidarjetà, inkluż fejn dawk is-servizzi jingħataw minn amministrazzjoni pubblika.

    (25)

    Ir-responsabbiltà għas-sigurtà tal-provvista tal-gass jenħtieġ li tinqasam bejn l-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri, li jaġixxu permezz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, u l-Kummissjoni, fl-ambiti ta' kompetenza rispettivi tagħhom. Tali responsabbiltà maqsuma teħtieġ kooperazzjoni mill-qrib ħafna bejn dawk il-partijiet. Madankollu, il-klijenti li jkunu qegħdin jużaw il-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew għal skopijiet industrijali jistgħu wkoll ikollhom rwol importanti x'jaqdu fis-sigurtà tal-provvista tal-gass, peress li jistgħu jwieġbu għal kriżi billi jieħdu miżuri min-naħa tad-domanda, pereżempju kuntratti li jistgħu jiġu interrotti u bdil tal-karburant, li jkollhom impatt immedjat fuq il-bilanċ tad-domanda u tal-provvista. Barra minn hekk, is-sigurtà tal-provvista tal-gass lil ċerti klijenti li jużaw il-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku tista' titqies ukoll essenzjali f'xi każijiet. F'emerġenza, jenħtieġ li jkun possibbli għal Stat Membru li jagħti prijorità lill-provvista tal-gass lil tali klijenti taħt ċerti kondizzjonijiet anke qabel il-provvista tal-gass lill-klijenti protetti. F'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni l-provvista tal-gass lil xi wħud minn dawn il-klijenti mogħtija prijorità f'emerġenza qabel il-klijenti protetti tista' tkompli wkoll fi Stat Membru li jagħti solidarjetà biex jevita ħsara serja lill-funzjonament tas-sistema tal-elettriku jew tal-gass f'dak l-Istat Membru. Tali miżura speċifika jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

    (26)

    Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn, b'mod partikolari mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, meta jwettqu l-kompiti speċifikati f'dan ir-Regolament.

    (27)

    L-istandard tal-infrastruttura jenħtieġ li jobbliga lill-Istati Membri jżommu livell minimu ta' infrastruttura bħal pereżempju biex jiżguraw ċertu allokazzjoni addizzjonali fis-sistema f'każ ta' interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass. Minħabba li analiżi magħmula abbażi tal-formula N – 1 tikkostitwixxi approċċ purament ibbażat fuq il-kapaċità, ir-riżultati tal-formula N – 1 jenħtieġ li jkunu kkomplementati b'analiżi dettaljata li tittratta wkoll il-flussi tal-gass.

    (28)

    Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 jeħtieġ li l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni jippermettu kapaċità bidirezzjonali fiżika permanenti fuq l-interkonnessjonijiet transkonfinali kollha sakemm ma tkunx ingħatat eżenzjoni minn dak l-obbligu. Dan għandu l-għan li jiżgura li l-benefiċċji possibbli tal-kapaċità bidirezzjonali permanenti jitqiesu dejjem meta tkun qed tiġi ppjanata interkonnessjoni ġdida. Madankollu, il-kapaċità bidirezzjonali tista' tintuża biex tipprovdi gass kemm lill-Istat Membru ġar kif ukoll lil oħrajn tul il-kuritur tal-provvista tal-gass. Il-benefiċċji għas-sigurtà tal-provvista tal-gass li jirriżultaw jekk tiġi permessa kapaċità bidirezzjonali fiżika permanenti jeħtieġ li jitqiesu minn perspettiva usa', fi spirtu ta' solidarjetà u kooperazzjoni msaħħa. Jenħtieġ li titwettaq analiżi komprensiva tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji li tqis il-kuritur kollu tat-trasport, meta jkun qiegħed jiġi kkunsidrat jekk tiġix implimentata kapaċità bi-direzzjonali. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jenħtieġ li jkunu obbligati jirrieżaminaw l-eżenzjonijiet mogħtija taħt ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 abbażi tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju komuni. Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali jkun li jkun hemm kapaċità bidirezzjonali dejjem tikber u li l-kapaċità f'direzzjoni waħda fi proġetti transkonfinali futuri tinżamm f'livell l-aktar baxx possibbli.

    (29)

    Il-kapaċità f'punt ta' interkonnessjoni ma' Stat Membru tista' tikkompeti mal-kapaċità f'punti ta' ħruġ mill-grilja tal-gass għal faċilità ta' ħżin tal-gass. Bħala konsegwenza, tista' tirriżulta sitwazzjoni fejn ir-riżerva kostanti tal-kapaċità ta' ħruġ għall-ħżin tnaqqas il-kapaċità teknikament disponibbli li tiġi allokata f'punt ta' interkonnessjoni. Sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta' sigurtà tal-enerġija f'emerġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi regola ċara ta' prijorità. Jenħtieġ li kwalunkwe kapaċità riżervata fil-punti ta' interkonnessjoni tingħata prijorità qabel kapaċità li tkun qed tikkompeti f'punt ta' ħruġ għal faċilità ta' ħżin, u b'hekk l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jkun jista' jalloka l-kapaċità teknika massima fil-punt ta' interkonnessjoni sabiex ikunu possibbli flussi akbar ta' gass fl-Istat Membru ġar li jkun iddikjara emerġenza. Dan jista' jkollu l-konsegwenza li l-injezzjonijiet ta' gass f'faċilitajiet ta' ħżin ma jkunux jistgħu jsiru jew ikunu jistgħu jsiru biss b'volumi mnaqqsa minkejja li jkunu ġew riżervati b'mod kostanti minn qabel. Biex jikkumpensa għat-telf finanzjarju li jirriżulta, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi kumpens ġust li jiġi applikat direttament u minnufih bejn l-utenti tas-sistema milqutin. Jenħtieġ li l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni kkonċernati jikkooperaw skont l-atti legali rilevanti sabiex tiġi applikata dik ir-regola ta' prijorità.

    (30)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (11) tistabbilixxi proċess li għandu l-għan li jtejjeb is-sigurtà ta' infrastrutturi kritiċi Ewropej speċifikati, inkluża ċerta infrastruttura tal-gass, fl-Unjoni. Id-Direttiva 2008/114/KE flimkien ma' dan ir-Regolament tikkontribwixxi biex jinħoloq approċċ komprensiv għas-sigurtà tal-Enerġija tal-Unjoni.

    (31)

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi standards għas-sigurtà tal-provvista li huma armonizzati biżżejjed u jkopru tal-inqas is-sitwazzjoni li seħħet f'Jannar 2009 meta l-provvista tal-gass mir-Russja ġiet interrotta. Dawk l-istandards iqisu d-differenza bejn l-Istati Membri, l-obbligi tas-servizz pubbliku u l-miżuri ta' protezzjoni tal-klijenti, kif jissemmew fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/73/KE. Jenħtieġ li l-istandards tas-sigurtà tal-provvista jkunu stabbli, sabiex jipprovdu ċ-ċertezza legali meħtieġa, jenħtieġ li jkunu definiti b'mod ċar u jenħtieġ li ma jimponux piż mhux raġonevoli u sproporzjonat fuq l-impriżi tal-gass naturali. Jenħtieġ li dawn jiggarantixxu wkoll aċċess ugwali għall-impriżi tal-gass naturali tal-Unjoni għall-konsumaturi nazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu miżuri li, b'mod effettiv u proporzjonat, jiżguraw li l-impriżi tal-gass naturali jikkonformaw ma' tali standard, inkluża l-possibbiltà li jistabbilixxu multi fuq il-fornituri, fejn iqisu li dan ikun adatt.

    (32)

    Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-impriżi kollha tal-gass naturali u l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu definiti preċiżament biex is-suq intern tal-gass jibqa' jaħdem tajjeb, b'mod partikolari f'każ ta' interruzzjonijiet tal-provvista u kriżijiet. Tali rwoli u responsabbiltajiet jenħtieġ li jkunu stabbiliti b'tali mod li jiżguraw li jiġi rrispettat approċċ fuq tliet livelli li jkun jinvolvi, l-ewwel, l-impriżi tal-gass naturali u l-industrija rilevanti, it-tieni, l-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali, u t-tielet, l-Unjoni. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti lill-impriżi tal-gass naturali u lill-klijenti jistrieħu fuq mekkaniżmi bbażati fuq is-suq għall-itwal żmien possibbli meta jindirizzaw l-interruzzjonijiet. Madankollu, jenħtieġ ukoll li jipprevedi mekkaniżmi li għandhom jintużaw meta s-swieq weħidhom ma jibqgħux f'pożizzjoni li jindirizzaw b'mod adegwat interruzzjoni tal-provvista tal-gass.

    (33)

    F'każ ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass, il-parteċipanti fis-suq jenħtieġ li jingħataw opportunità suffiċjenti sabiex iwieġbu għas-sitwazzjoni b'miżuri bbażati fuq is-suq. Fejn miżuri tas-suq ikunu ġew eżawriti u xorta jkunu għadhom insuffiċjenti, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jenħtieġ li jieħdu miżuri sabiex jitneħħew jew jittaffew l-effetti ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass.

    (34)

    Fejn l-Istati Membri jkollhom pjan li jintroduċu miżuri mhux ibbażati fuq is-suq, l-introduzzjoni ta' tali miżuri tenħtieġ li tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-impatt ekonomiku tagħhom. Dan jiżgura li l-klijenti jkollhom l-informazzjoni li jkollhom bżonn dwar l-ispejjeż ta' tali miżuri u jiżgura li l-miżuri jkunu trasparenti, b'mod speċjali fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-prezz tal-gass.

    (35)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tiżgura li miżuri preventivi ġodda mhux ibbażati fuq is-suq ma jipperikolawx is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni. Minħabba li miżuri bħal dawn jistgħu jkunu partikolarment ta' ħsara għas-sigurtà tal-provvista tal-gass, huwa xieraq li jidħlu fis-seħħ biss meta jiġu approvati mill-Kummissjoni jew meta jkunu ġew emendati skont deċiżjoni tal-Kummissjoni.

    (36)

    Miżuri min-naħa tad-domanda, bħall-bdil tal-karburant jew it-tnaqqis tal-provvista tal-gass lil klijenti industrijali kbar skont ordni ekonomikament effiċjenti, jista' jkollhom rwol siewi sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-gass, jekk dawn ikunu jistgħu jiġu applikati malajr u jnaqqsu d-domanda b'mod sinifikanti b'reazzjoni għal interruzzjoni tal-provvista tal-gass. Jenħtieġ li jsir iktar biex jiġi promoss l-użu effiċjenti tal-enerġija, partikolarment fejn ikun hemm bżonn miżuri min-naħa tad-domanda. Jenħtieġ li jitqies l-impatt ambjentali ta' kwalunkwe miżura min-naħa tad-domanda u tal-provvista proposta, u tingħata kemm jista' jkun possibbli preferenza għall-miżuri li għandhom l-inqas impatt fuq l-ambjent. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati aspetti tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u l-kompetittività.

    (37)

    Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-prevedibbiltà tal-azzjoni li għandha tittieħed f'każ ta' emerġenza, biex il-parteċipanti kollha tas-suq ikun jista' jkollhom opportunità suffiċjenti sabiex jirreaġixxu u jippreparaw għal ċirkostanzi bħal dawn. Bħala regola, għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jimxu skont il-pjan ta' emerġenza tagħhom. F'ċirkostanzi eċċezzjonali debitament ġustifikati, jenħtieġ li huma jkunu jistgħu jieħdu azzjoni li tiddevja minn dawk il-pjanijiet. Huwa importanti wkoll li l-mod li bih jiġu ddikjarati l-emerġenzi jkun iktar trasparenti u prevedibbli. L-informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta' bbilanċjar tas-sistema (l-istatus ġenerali tan-netwerk ta' trasmissjoni), li l-qafas tagħha jinsab fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 (12), jista' jkollha rwol importanti f'dak ir-rigward. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti u, fejn dawn ma jkunux l-awtoritajiet kompetenti, għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, f'ħin reali.

    (38)

    Kif muri fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' test tal-istress ta' Ottubru 2014, hija meħtieġa solidarjetà sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-gass madwar l-Unjoni. Din tifrex l-effetti b'mod aktar ekwu u tnaqqas l-effetti ġenerali ta' interruzzjoni serja. Il-mekkaniżmu ta' solidarjetà hu mfassal biex jindirizza sitwazzjonijiet estremi li fihomil-provvista għal klijenti protetti mis-solidarjetà, bħala bżonn essenzjali u prijorità meħtieġa, tkun mhedda fi Stat Membru. Is-solidarjetà tiżgura kooperazzjoni ma' Stati Membri aktar vulnerabbli. Fl-istess waqt, is-solidarjetà hi miżura li għandha tintuża bħala l-aħħar għażla li tapplika biss f'emerġenza u b'kondizzjonijiet restrittivi biss. Jekk tkun iddikjarata emerġenza fi Stat Membru, jenħtieġ għalhekk li jiġi applikat approċċ gradwali u proporzjonat biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-gass. Jenħtieġ li l-Istat Membru li jkun iddikjara l-emerġenza jimplimenta, b'mod partikolari, il-miżuri ta' emerġenza kollha previsti fil-pjan ta' emerġenza tiegħu sabiex tiġi żgurata provvista tal-gass lill-klijenti tiegħu protetti mis-solidarjetà. Fl-istess ħin, l-Istati Membri kollha li jkunu introduċew standard ta' provvista ogħla jenħtieġ li jnaqqsuh temporanjament għall-istandard ta' provvista normali sabiex is-suq tal-gass isir aktar likwidu, fil-każ li l-Istat Membru li jiddikjara l-emerġenza jindika li hija meħtieġa azzjoni transkonfinali. Jekk dawk iż-żewġ settijiet preċedenti ta' miżuri ma jipprovdux il-provvista neċessarja, jenħtieġ li jittieħdu miżuri ta' solidarjetà mill-Istati Membri konnessi direttament biex tiġi żgurata provvista tal-gass lill-klijenti protetti mis-solidarjetà fl-Istat Membru li jkun għaddej mill-emerġenza, fuq it-talba ta' dak l-Istat Membru. Tali miżuri ta' solidarjetà jenħtieġ li jinvolvu l-iżgurar li l-provvista tal-gass lil klijenti li mhumiex klijenti protetti mis-solidarjetà fit-territorju tal-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà ma titnaqqasx jew ma tkomplix, sabiex isiru liberi volumi ta' gass, sa fejn ikun meħtieġ u sakemm il-provvista tal-gass għal klijenti protetti mis-solidarjetà fl-Istat Membru li jitlob is-solidarjetà ma tkunx sodisfatta. Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jinftiehem bħala li qed jitlob jew jippermetti li Stat Membru jeżerċita awtorità pubblika fi Stat Membru ieħor.

    (39)

    Jenħtieġ li jittieħdu miżuri ta' solidarjetà bħala l-aħħar għażla wkoll fejn Stat Membru jkun konness ma' Stat Membru ieħor permezz ta' pajjiż terz sakemm il-flussi ma jkunux ristretti mill-pajjiż terz, u fejn ikun hemm qbil mill-Istati Membri rilevanti, li jenħtieġ li jinvolvu, kif xieraq, lill-pajjiż terz li huma konnessi permezz tiegħu.

    (40)

    Fejn jittieħdu miżuri ta' solidarjetà bħala l-aħħar għażla, jenħtieġ li t-tnaqqis jew il-waqfien tal-provvista tal-gass fl-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà, fejn ikun meħtieġ biex l-Istat Membru jikkonforma mal-obbligi ta' solidarjetà tiegħu, u sabiex jiġi evitat trattament diskriminatorju, ikun applikabbli għall-klijenti kollha li mhumiex klijenti protetti mis-solidarjetà, irrispettivament minn jekk jirċevux gass direttament jew permezz ta' installazzjonijiet ta' tisħin distrettwali protetti mis-solidarjetà fl-għamla ta' sħana. Jenħtieġ li tiġi żgurata l-istess ħaġa viċe versa b'rabta mal-klijenti li mhumiex klijenti protetti mis-solidarjetà fl-Istat Membru li jirċievi l-gass fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà.

    (41)

    Fejn jittieħdu miżuri ta' solidarjetà bħala l-aħħar għażla, ikun preferibbli li l-konsum tal-gass fl-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà, bħala l-ewwel pass, jitnaqqas fuq bażi volontarja, permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq, bħall-miżuri volontarji min-naħa tad-domanda jew l-irkant invers, fejn ċerti klijenti bħall-klijenti industrijali jindikaw lill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew awtorità oħra responsabbli l-prezz fejn huma jnaqqsu jew iwaqqfu l-konsum tal-gass tagħhom. Jekk jirriżulta li l-miżuri bbażati fuq is-suq ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw id-defiċit fil-provvista tal-gass meħtieġa, u minħabba l-importanza ta' miżuri ta' solidarjetà bħala l-aħħar għażla, jenħtieġ li l-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà, bħala t-tieni pass, ikun jista' juża miżuri mhux ibbażati fuq is-suq, inkluża l-limitazzjoni ta' ċerti gruppi ta' klijenti, sabiex iħares l-obbligi ta' solidarjetà tiegħu.

    (42)

    Il-miżuri ta' solidarjetà tal-aħħar għażla jenħtieġ li jiġu pprovduti abbażi ta' kumpens. Jenħtieġ li l-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà jingħata kumpens ġust minnufih mill-Istat Membru li jirċievi solidarjetà, inkluż għall-gass ikkonsenjat fit-territorju tiegħu u l-ispejjeż l-oħrajn kollha rilevanti u raġonevoli li jiġġarrbu meta tiġi pprovduta solidarjetà. Il-miżuri ta' solidarjetà tal-aħħar għażla jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-kondizzjoni li l-Istat Membru li jitlob solidarjetà jieħu impenn li jagħti tali kumpens ġust u immedjat. Dan ir-Regolament ma jarmonizzax l-aspetti kollha tal-kumpens ġust. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jadottaw il-miżuri meħtieġa, b'mod partikolari arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji, biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet dwar kumpens immedjat u ġust bejniethom.

    (43)

    Meta jieħdu miżuri ta' solidarjetà skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni u għaldaqstant ikunu marbutin li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali garantiti mid-dritt tal-Unjoni. Tali miżuri jistgħu għaldaqstant iwasslu għal obbligu li Stat Membru jħallas kumpens lil dawk milqutin mill-miżuri tiegħu. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkunu fis-seħħ regoli nazzjonali dwar il-kumpens li jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mad-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-Istat Membru li jirċievi solidarjetà fl-aħħar mill-aħħar iġarrab l-ispejjeż raġonevoli kollha li jirriżultaw mill-obbligu msemmi lejn l-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà, tal-għoti ta' kumpens u spejjeż raġonevoli oħrajn imġarrba mill-ħlas tal-kumpens skont ir-regoli nazzjonali dwar il-kumpens imsemmijin.

    (44)

    Peress li jista' jkun hemm aktar minn Stat Membru wieħed li jipprovdi solidarjetà lil Stat Membru rikjedenti, jenħtieġ li jkun hemm mekkaniżmu ta' kondiviżjoni tal-piżijiet. Fil-qafas ta' dak il-mekkaniżmu, l-Istat Membru li jitlob solidarjetà jenħtieġ li, wara li jikkonsulta lill-Istati Membri kollha kkonċernati, ifittex l-aktar offerta vantaġġjuża fuq il-bażi tal-ispejjeż, il-veloċità tal-konsenja, l-affidabbiltà u d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-gass minn Stati Membri differenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu tali offerti fuq il-bażi ta' miżuri volontarji min-naħa tad-domanda kemm jista' jkun possibbli u għall-itwal żmien possibbli, qabel ma jduru għal miżuri mhux ibbażati fuq is-suq.

    (45)

    Dan ir-Regolament jintroduċi, għall-ewwel darba, tali mekkaniżmu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri bħala strument biex jittaffew l-effetti ta' emerġenza serja fl-Unjoni inkluż mekkaniżmu ta' kondiviżjoni tal-piżijiet. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina l-mekkaniżmu ta' kondiviżjoni tal-piżijiet u l-mekkaniżmu ta' solidarjetà b'mod ġenerali fid-dawl tal-esperjenza futura fit-tħaddim tagħhom, u tipproponi, fejn ikun xieraq, modifiki għalihom.

    (46)

    L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu ta' solidarjetà, inkluż bil-qbil bejn l-Istati Membri kkonċernati dwar arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeskrivu d-dettalji ta' dawk l-arranġamenti fil-pjanijiet ta' emerġenza tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tħejji gwida legalment mhux vinkolanti rigward l-elementi ewlenin li jenħtieġ li jiġu inklużi f'tali arranġamenti.

    (47)

    Sakemm Stat Membru jkun jista' jkopri l-konsum tal-gass tal-klijenti tiegħu protetti mis-solidarjetà mill-produzzjoni tiegħu stess u għalhekk ma jkollux bżonn jitlob solidarjetà, huwa għandu jkun eżenti mill-obbligu tal-konklużjoni ta' arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji ma' Stati Membri oħra bl-iskop li jirċievi solidarjetà. Jenħtieġ li dan ma jaffettwax l-obbligu tal-Istat Membru rilevanti li jipprovdi solidarjetà lil Stati Membri oħra.

    (48)

    Jenħtieġ li jkun hemm salvagwardja fil-każ li l-Unjoni tista' ġġarrab spejjeż minħabba responsabbiltà, għajr għal atti illegali jew kondotta illegali skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, fir-rigward ta' miżuri li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-mekkaniżmu ta' solidarjetà. Fir-rigward ta' tali każijiet, hu xieraq li l-Istat Membru li jirċievi solidarjetà jħallas lura l-ispejjeż tal-Unjoni.

    (49)

    Jenħtieġ ukoll li s-solidarjetà, fejn meħtieġ, tieħu l-forma ta' assistenza tal-protezzjoni ċivili pprovduta mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Tali assistenza jenħtieġ li tiġi ffaċilitata u kkoordinata mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u biex tiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili biex ittejjeb l-effikaċja tas-sistemi għall-prevenzjoni, il-preparamenti u r-rispons għal diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem.

    (50)

    Sabiex tiġi evalwata s-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membru jew f'parti mill-Unjoni jew fl-Unjoni kollha, l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti huwa essenzjali. B'mod partikolari, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jeħtieġu aċċess regolari għall-informazzjoni mill-impriżi tal-gass naturali rigward il-parametri ewlenin tal-provvista tal-gass, inkluż kejl preċiż tar-riżervi maħżuna disponibbli, bħala input fundamentali fit-tfassil ta' politiki ta' sigurtà tal-provvista tal-gass. Għal raġunijiet raġonevoli, irrispettivament minn dikjarazzjoni ta' emerġenza, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll l-aċċess għal informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ġenerali tal-provvista tal-gass. Dik l-informazzjoni addizzjonali normalment tkun informazzjoni dwar il-konsenja tal-gass li ma tkunx relatata mal-prezz, bħall-volumi ta' gass minimi u massimi, il-punti ta' konsenja jew il-kondizzjonijiet għas-sospensjoni tal-konsenji tal-gass.

    (51)

    Jenħtieġ li mekkaniżmu effiċjenti u mmirat għall-aċċess mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għall-kuntratti ewlenin għal forniment tal-gass jiżgura valutazzjoni komprensiva tar-riskji rilevanti li jistgħu jwasslu għal interruzzjoni tal-provvista tal-gass jew jistgħu jinterferixxu mal-miżuri ta' mitigazzjoni neċessarji jekk xorta waħda jkun hemm kriżi. Fil-qafas ta' dak il-mekkaniżmu, jenħtieġ li tingħata notifika awtomatika dwar ċerti kuntratti ewlenin għal forniment tal-gass, irrispettivament mill-oriġini tal-gass, fl-Unjoni jew barra minnha, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-aktar affettwati. Jenħtieġ li kuntratti jew modifiki ġodda jiġu notifikati immedjatament wara l-konklużjoni tagħhom. Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-affidabilità, jenħtieġ li tingħata notifika wkoll dwar il-kuntratti eżistenti. L-obbligu ta' notifika jenħtieġ li jkopri wkoll il-ftehimiet kummerċjali kollha li huma rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt għal forniment tal-gass, fosthom ftehimiet rilevanti li jistgħu jkunu marbutin mal-infrastruttura, il-ħżin u kwalunkwe aspett importanti ieħor għas-sigurtà tal-provvista tal-gass.

    (52)

    Kwalunkwe obbligu biex kuntratt jiġi nnotifikat b'mod awtomatiku lill-awtorità kompetenti jeħtieġ ikun proporzjonat. Bl-applikazzjoni ta' dak l-obbligu għal kuntratti bejn fornitur u xerrej li jkopru l-ekwivalenti ta' 28 % jew aktar tal-konsum tal-gass fis-sena fis-suq nazzjonali jinħoloq il-bilanċ it-tajjeb f'termini ta' effiċjenza amministrattiva u trasparenza u jiġu stipulati obbligi ċari għall-parteċipanti tas-suq. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tivvaluta l-kuntratt għall-finijiet ta' sigurtà tal-provvista tal-gass u tippreżenta r-riżultatital-valutazzjoni lill-Kummissjoni. Jekk l-awtorità kompetenti jkollha dubji dwar jekk kuntratt iqegħidx f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membru jew reġjun, jenħtieġ li tinnotifika l-kuntratt lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni. Dan ma jfissirx li kuntratti oħrajn għal forniment tal-gass mhumiex rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass. Għalhekk, fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-aktar affettwat jew il-Kummissjoni tqis li kuntratt għal forniment tal-gass li ma jkunx soġġett għal notifika awtomatika taħt dan ir-Regolament jista', minħabba l-ispeċifiċità tiegħu, il-grupp ta' klijenti moqdi, jew ir-rilevanza tiegħu għas-sigurtà għall-provvista tal-gass, iqiegħed f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membru, ta' reġjun fl-Unjoni jew tal-Unjoni, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni tkun tista' titlob dak il-kuntratt sabiex tivvaluta l-impatt tiegħu fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Dan jista' jintalab, pereżempju, f'każ ta' bdil fil-mudell tal-provvista tal-gass lil xerrej jew xerrejja partikolari fi Stat Membru li ma jkunx mistenni jekk is-swieq ikunu qegħdin jiffunzjonaw b'mod normali u li jista' jaffettwa l-provvista tal-gass tal-Unjoni jew partijiet minnha. Tali mekkaniżmu jiżgura li jkun garantit l-aċċess għal kuntratti ewlenin oħra għal forniment tal-gass rilevanti għas-sigurtà tal-provvista. Jenħtieġ li għal tali talba jingħataw ir-raġunijiet, b'kont meħud tal-bżonn li jiġi limitat kemm jista' jkun il-piż amministrattiv ta' dik il-miżura.

    (53)

    Il-Kummissjoni tista' tipproponi li l-Istati Membri jemendaw il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza sabiex dawn jieħdu kont tal-informazzjoni miksuba mill-kuntratti. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu bla ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni li tniedi proċedimenti ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE u li tinforza r-regoli tal-kompetizzjoni, inklużi dawk dwar l-għajnuna mill-Istat.

    (54)

    Il-kuntratti kollha jew l-informazzjoni kuntrattwali kollha riċevuta f'dak il-qafas, inklużi l-valutazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti jew il-Kummissjoni, jenħtieġu li jibqgħu kunfidenzjali, partikolarment sabiex tiġi protetta informazzjoni kummerċjalment sensittiva, l-integrità u l-funzjonament korrett tas-sistema tal-iskambju ta' informazzjoni. Din il-kunfidenzjalità tista' tkun rilevanti wkoll għas-sigurtà pubblika minħabba l-importanza li prodott bażiku essenzjali bħall-gass naturali jista' jkollu għall-Istati Membri. Barra minn hekk, valutazzjonijiet sinifikanti u komprensivi mill-awtoritajiet kompetenti jew il-Kummissjoni ser ikun fihom, b'mod partikolari, informazzjoni marbuta mas-sigurtà pubblika, informazzjoni kummerċjali jew referenzi għalihom. Għaldaqstant hu meħtieġ li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tal-valutazzjonijiet. Huwa daqstant importanti li dawk li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament ikunu marbutin bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-korpi jew il-persuni li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jirċievu.

    (55)

    Jenħtieġ li jkun hemm sistema proporzjonata ta' maniġġar ta' kriżijiet u skambju ta' informazzjoni msejsa fuq tliet livelli ta' kriżi: twissija bikrija, allert u emerġenza. Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tiddikjara wieħed mil-livelli ta' kriżi, jenħtieġ li minnufih tgħarraf lill-Kummissjoni kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li magħhom l-Istat Membru ta' dik l-awtorità kompetenti huwa direttament konness. Fil-każ ta' dikjarazzjoni ta' emerġenza, l-Istati Membri fil-grupp ta' riskju wkoll jenħtieġ li jiġu mgħarrfa. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddikjara emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni fuq it-talba ta' mill-inqas żewġ awtoritajiet kompetenti li jkunu ddikjaraw emerġenza. Biex jiġi żgurat livell xieraq ta' skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni fil-każ ta' emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkoordina l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li tqis b'mod sħiħ l-informazzjoni rilevanti minn, u r-riżultati ta', il-konsultazzjoni tal-GCG. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddikjara t-tmiem tal-emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni jekk, wara valutazzjoni tas-sitwazzjoni, tikkonkludi li dikjarazzjoni ta' emerġenza ma għadhiex ġustifikata.

    (56)

    Jenħtieġ li l-GCG jaġixxi bħala konsulent għall-Kummissjoni sabiex jgħin fil-koordinazzjoni tas-sigurtà tal-miżuri tal-provvista tal-gass f'każ ta' emerġenza tal-Unjoni. Jenħtieġ li jissorvelja wkoll l-adegwatezza u l-idoneità tal-miżuri li għandhom jittieħdu skont dan ir-Regolament, inkluż il-konsistenza tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza mfassla mill-gruppi ta' riskju differenti.

    (57)

    Kriżi tal-gass tista' testendi lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni, u tinvolvi wkoll lil Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. Bħala Parti għat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, l-Unjoni tenħtieġ li tippromwovi emendi għal dak it-Trattat bl-għan li jinħoloq suq integrat u spazju regolatorju waħdani billi tipprovdi qafas regolatorju xieraq u stabbli. Sabiex sadanittant jiġi żgurat maniġġar effiċjenti tal-kriżijiet fil-fruntieri bejn l-Istati Membri u l-Partijiet Kontraenti, huma mistednin jikkooperaw mill-qrib fil-prevenzjoni, it-tħejjija għal u t-trattament ta' kriżi tal-gass.

    (58)

    Minħabba li l-provvisti tal-gass minn pajjiżi terzi huma fundamentali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkoordina l-azzjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi, taħdem ma' pajjiżi fornituri u ta' tranżitu fuq arranġamenti għall-maniġġar tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi u tiżgura fluss ta' gass stabbli lejn l-Unjoni.Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun intitolata tuża task force biex tissorvelja l-flussi tal-gass fl-Unjoni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi involuti u, fejn tinħoloq kriżi minħabba diffikultajiet f'pajjiż terz, sabiex taġixxi bħala medjatur u faċilitatur. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-GCG.

    (59)

    Fejn ikun hemm informazzjoni affidabbli dwar sitwazzjoni barra l-Unjoni li thedded is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membru wieħed jew aktar u li tista' tagħti bidu għal mekkaniżmu ta' twissija bikrija li jinvolvi lill-Unjoni u pajjiż terz, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma lill-GCG mingħajr dewmien u l-Unjoni għandha tieħu azzjoni xierqa sabiex tipprova ttaffi s-sitwazzjoni.

    (60)

    Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jissalvagwarda s-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti billi l-Istati Membri jaġixxu waħedhom, iżda pjuttost jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

    (61)

    Sabiex ikun possibbli rispons rapidu tal-Unjoni għaċ-ċirkostanzi li jkunu qed jinbidlu fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, jenħtieġ li s-setgħa sabiex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-gruppi ta' riskju kif ukoll il-mudelli għall-valutazzjonijiet tar-riskju u għall-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

    (62)

    Id-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet biex jiġu sfruttati r-riżorsi tal-enerġija tagħhom skont l-Artikolu 194(2) tat-TFUE mhuwiex milqut minn dan ir-Regolament.

    (63)

    Jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010. Madankollu, sabiex tiġi evitata inċertezza legali, il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza mfassla skont dak ir-Regolament jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sa meta l-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza ġodda mfassla skont dan ir-Regolament jiġu adottati għall-ewwel darba,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Is-suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet bl-għan li jissalvagwardja s-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni billi jiżguraw il-funzjonament tajjeb u kontinwu tas-suq intern tal-gass naturali (“gass”), billi jippermetti li jiġu implimentati miżuri eċċezzjonali meta s-suq ma jibqax f'pożizzjoni li jikkonsenja l-provvisti tal-gass meħtieġa, inkluża miżura ta' solidarjetà tal-aħħar għażla, u billi jipprevedi d-definizzjoni u l-attribuzzjoni ċari tar-responsabbiltajiet fost l-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri u l-Unjoni fir-rigward kemm tal-azzjoni preventiva kif ukoll tar-reazzjoni għal interruzzjonijiet konkreti tal-provvista tal-gass. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mekkaniżmi ta' trasparenza li jikkonċernaw, fi spirtu ta' solidarjetà, il-koordinazzjoni tal-ippjanar, u r-reazzjoni, għal emerġenzi fil-livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “sigurtà” tfisser sigurtà kif definita fil-punt 32 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

    (2)

    “klijent” tfisser klijent kif definita fil-punt 24 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

    (3)

    “klijent domestiku” tfisser klijent domestiku kif definita fil-punt 25 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

    (4)

    “servizz soċjali essenzjali” tfisser servizz relatat ma' kura tas-saħħa, kura soċjali essenzjali, emerġenza, sigurtà, amministrazzjoni edukattiva jew pubblika;

    (5)

    “klijent protett” tfisser klijent domestiku li jkun konness ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass u, barra minn hekk, fejn l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi dan, tista' tfisser ukoll waħda jew aktar minn dawn li ġejjin, dment li intrapriżi jew servizzi msemmijin fil-punti (a) u (b) ma jirrappreżentawx flimkien aktar minn 20 % tal-konsum finali annwali totali tal-gass f'dak l-Istat Membru:

    (a)

    intrapriża żgħira jew ta' daqs medju, dment li tkun konnessa ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass;

    (b)

    servizz soċjali essenzjali, dment li jkun konness ma' netwerk ta' distribuzzjoni jew ta' trasmissjoni tal-gass;

    (c)

    installazzjoni tat-tisħin distrettwali sa fejn din tikkonsenja t-tisħin lill-klijenti domestiċi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, jew servizzi soċjali essenzjali, dment li tali installazzjoni ma tkunx tista' taqleb għal karburanti oħrajn għajr il-gass;

    (6)

    “klijent protett mis-solidarjetà” tfisser klijent domestiku li jkun konness ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass, u addizzjonalment jista' jinkludi waħda minn, jew it-tnejn ta', dawn li ġejjin:

    (a)

    installazzjoni tat-tisħin distrettwali jekk din tkun klijent protett fl-Istat Membru rilevanti u biss sa fejn tikkonsenja t-tisħin lil unitajiet domestiċi jew lil servizzi soċjali essenzjali għajr servizzi edukattivi u ta' amministrazzjoni pubblika;

    (b)

    servizz soċjali essenzjali jekk ikun klijent protett fl-Istat Membru rilevanti, għajr servizzi edukattivi u ta' amministrazzjoni pubblika;

    (7)

    “awtorità kompetenti” tfisser awtorità governattiva nazzjonali jew awtorità regolatorja nazzjonali nominata minn Stat Membru biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament;

    (8)

    “awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali nominata skont l-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2009/73/KE;

    (9)

    “impriża tal-gass naturali” tfisser impriża tal-gass naturali kif definita fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

    (10)

    “kuntratt għal forniment tal-gass” tfisser kuntratt għal forniment tal-gass kif definita fil-punt 34 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

    (11)

    “trasmissjoni” tfisser trasmissjoni kif definita fil-punt 3 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

    (12)

    “operatur tas-sistema ta' trasmissjoni” tfisser operatur tas-sistema ta' trasmissjoni kif definita fil-punt 4 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

    (13)

    “distribuzzjoni” tfisser distribuzzjoni kif definita fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

    (14)

    “operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definita fil-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

    (15)

    “interkonnettur” tfisser interkonnettur kif definita fil-punt 17 tal-Artikolu 2 tad-irettiva 2009/73/KE;

    (16)

    “kurituri tal-provvista ta' emerġenza” tfisser rotot tal-provvista tal-gass tal-Unjoni li jgħinu lill-Istati Membri jtaffu aħjar l-effetti ta' interruzzjoni potenzjali tal-provvista jew tal-infrastruttura;

    (17)

    “kapaċità ta' ħżin” tfisser kapaċità ta' ħżin kif definita fil-punt 28 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009;

    (18)

    “kapaċità teknika” tfisser kapaċità teknika kif definita fil-punt 18 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    (19)

    “kapaċità kostanti” tfisser kapaċità kostanti kif definita fil-punt 16 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    (20)

    “kapaċità interruttibbli” tfisser kapaċità interruttibbli kif definita fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    (21)

    “kapaċità ta' faċilità LNG” tfisser il-kapaċità ta' faċilità LNG kif definita fil-punt 24 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    (22)

    “faċilità tal-LNG” tfisser faċilità tal-LNG kif definita fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

    (23)

    “faċilità tal-ħżin” tfisser faċilità tal-ħżin kif definita fil-punt 9 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

    (24)

    “sistema” tfisser sistema kif definita fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

    (25)

    “utent tas-sistema” tfisser utent tas-sistema kif definita fil-punt 23 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

    (26)

    “servizzi anċillari” tfisser servizzi anċillari kif definita fil-punt 14 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE.

    Artikolu 3

    Responsabbiltà għas-sigurtà tal-provvista tal-gass

    1.   Is-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha tkun ir-responsabbiltà kondiviża tal-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, u l-Kummissjoni, fl-oqsma ta' attività u kompetenza rispettivi tagħhom.

    2.   Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti sabiex tiddelega kompiti speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament lil korpi oħrajn. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddelegaw il-kompitu tad-dikjarazzjoni ta' xi wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1), huma għandhom jagħmlu dan biss lil awtorità pubblika, lil operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew lil operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni. Il-kompiti delegati għandhom jitwettqu taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti u għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta' azzjoni preventiva u fil-pjan ta' emerġenza.

    3.   Kull Membru Stat għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Kummissjoni dwar, u jagħmel pubbliku, l-isem tal-awtorità kompetenti tiegħu u kwalunkwe tibdil fih.

    4.   Meta jiġu implimentati l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti kkonċernati b'tali mod li jiġi żgurat approċċ fuq tliet livelli li jinvolvi, l-ewwel, lill-impriżi tal-gass naturali rilevanti, lill-impriżi tal-elettriku meta jkun xieraq, u lill-industrija, it-tieni, lill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali, u t-tielet, lill-Unjoni.

    5.   Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-livelli reġjonali u tal-Unjoni, skont dan ir-Regolament, inter alia, fost l-oħrajn, permezz tal-GCG jew, b'mod partikolari, f'każ ta' emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni skont l-Artikolu 12(1), permezz tal-grupp għall-maniġġar ta' kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 12(4).

    6.   Fil-każ ta' emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni bl-użu tas-Sistema ReCo għall-Gass stabbilita mill-ENTSOG. L-ENTSOG għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati kif meħtieġ.

    7.   F'konformità mal-Artikolu 7(2), riskji transnazzjonali kbar għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni għandhom jiġu identifikati u gruppi ta' riskju għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta' dan. Dawk il-gruppi ta' riskju għandhom iservu bħala l-bażi għal kooperazzjoni reġjonali mtejba biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista tal-gass u għandhom jippermettu qbil dwar miżuri transkonfinali xierqa u effettivi bejn l-Istati Membri kollha kkonċernati fil-gruppi ta' riskju jew barra mill-gruppi ta' riskju tul il-kurituri tal-provvista ta' emerġenza.

    Il-lista ta' tali gruppi ta' riskju u l-kompożizzjoni tagħhom jinsabu fl-Anness I. Il-kompożizzjoni tal-gruppi ta' riskju ma għandha tipprevjeni ebda forma oħra ta' kooperazzjoni reġjonali li tkun ta' benefiċċju għas-sigurtà tal-provvista.

    8.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 19 biex tiġi aġġornata l-kompożizzjoni tal-gruppi ta' riskju li jinsabu fl-Anness I bl-emendar ta' dak l-Anness biex jirrifletti l-evoluzzjoni tar-riskji transnazzjonali kbar għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni u l-impatt tagħha fuq l-Istati Membri, b'kont meħud tar-riżultat tas-simulazzjonijiet mal-Unjoni kollha tax-xenarji ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura li jitwettqu mill-ENTSOG f'konformità mal-Artikolu 7(1). Qabel ma tipproċedi bl-aġġornar, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-GCG fix-xenarju previst fl-Artikolu 4(4) rigward l-abbozz tal-aġġornament.

    Artikolu 4

    Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass

    1.   Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass (GCG, Gas Coordination Group) għandu jiġi stabbilit sabiex jiffaċilita l-koordinazzjoni ta' miżuri li jikkonċernaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-GCG għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, b'mod partikolari rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, kif ukoll mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-Aġenzija), mill-ENTSOG u mill-korpi rappreżentattivi tal-industrija kkonċernata u dawk ta' klijenti rilevanti. Il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tal-GCG, filwaqt li tiżgura li jkun rappreżentattiv għalkollox. Il-Kummissjoni għandha tippresiedi l-GCG. Il-GCG għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

    2.   Il-GCG għandu jiġi kkonsultat u għandu jassisti lill-Kummissjoni b'mod partikolari rigward il-kwistjonijiet li ġejjin:

    (a)

    is-sigurtà tal-provvista tal-gass, f'kull ħin u b'mod aktar speċifiku fil-każ ta' emerġenza;

    (b)

    l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass f'livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni;

    (c)

    l-aħjar prattiki u linji gwida possibbli lill-partijiet ikkonċernati kollha;

    (d)

    il-livell ta' sigurtà tal-provvista tal-gass, il-livelli ta' riferiment u l-metodoloġiji ta' valutazzjoni;

    (e)

    ix-xenarji nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni u l-ittestjar tal-livelli ta' tħejjija;

    (f)

    il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza, il-koerenza bejn diversi pjanijiet, u l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fihom;

    (g)

    il-koordinazzjoni ta' miżuri li jindirizzaw emerġenza fl-Unjoni, mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija u ma' pajjiżi terzi oħrajn;

    (h)

    assistenza meħtieġa mill-Istati Membri l-aktar affettwati.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-GCG fuq bażi regolari u għandha tikkondividi l-informazzjoni li tirċievi mill-awtoritajiet kompetenti filwaqt li żżomm il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

    4.   Il-Kummissjoni tista' tlaqqa' l-GCG f'formazzjoni li tkun limitata għar-rappreżentanti tal-Istati Membri u b'mod partikolari tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-GCG f'din il-formazzjoni limitata jekk rappreżentant wieħed jew aktar tal-Istati Membri, u b'mod partikolari tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jitolbu dan. F'dan il-każ, ma għandux japplika l-Artikolu 16(2).

    Artikolu 5

    Standard tal-infrastruttura

    1.   Kull Stat Membru jew, fejn Stat Membru jipprovdi hekk, l-awtorità kompetenti tiegħu għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri neċessarji biex f'każ ta' interruzzjoni fl-akbar infrastruttura unika tal-gass, il-kapaċità teknika tal-bqija tal-infrastruttura, determinata skont il-formula N – 1 kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness II, tkun tista', mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, tissodisfa d-domanda tal-gass totali taż-żona kkalkulata matul ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja għall-gass li sseħħ bi probabbiltà statistika ta' darba f'20 sena. Dan għandu jsir b'kont meħud tax-xejriet tal-konsum tal-gass, l-impatti fit-tul tal-miżuri ta' effiċjenza enerġetika u r-rati ta' użu tal-infrastruttura eżistenti.

    L-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni li jagħmlu l-investimenti korrispondenti u għall-obbligi tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 715/2009 u fid-Direttiva 2009/73/KE.

    2.   L-obbligu li jiġi żgurat li l-bqija tal-infrastruttura jkollha l-kapaċità teknika li tissodisfa d-domanda totali għall-gass, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandu jitqies ukoll li jkun ġie sodisfatt fejn l-awtorità kompetenti turi fil-pjan ta' azzjoni preventiva li l-interruzzjoni tal-provvista tal-gass tista' tkun ikkumpensata b'mod suffiċjenti, fi żmien xieraq, permezz ta' miżuri adatti min-naħa tad-domanda bbażati fuq is-suq. Għal dak il-għan, il-formula N – 1 għandha tiġi kkalkulata kif deskritt fil-punt 4 tal-Anness II.

    3.   Fejn adatt, skont il-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fl-Artikolu 7, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-viċinat jistgħu jaqblu li jissodisfaw, b'mod konġunt, l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. F'każ bħal dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu fil-valutazzjoni tar-riskju l-kalkolu tal-formula N – 1 flimkien ma' spjegazzjoni fil-kapitoli reġjonali tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva ta' kif l-arranġamenti miftiehma jissodisfaw dak l-obbligu. Għandu japplika l-punt 5 tal-Anness II.

    4.   L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jippermettu kapaċità fiżika permanenti għat-trasport tal-gass fiż-żewġ direzzjonijiet (“kapaċità bidirezzjonali”) fuq l-interkonnessjonijiet kollha bejn l-Istati Membri, minbarra:

    (a)

    fil-każ ta' konnessjonijiet għall-faċilitajiet tal-produzzjoni, għall-faċilitajiet LNG u għan-netwerks ta' distribuzzjoni; jew

    (b)

    fejn tkun ingħatat eżenzjoni minn dak l-obbligu, wara valutazzjoni ddettaljata u wara konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni f'konformità mal-Anness III.

    Għall-proċedura li tippermetti jew li ssaħħaħ il-kapaċità bidirezzjonali fuq interkonnessjoni jew għall-ksib jew l-estensjoni ta' eżenzjoni minn dak l-obbligu, għandu japplika l-Anness III. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika l-lista ta' eżenzjonijiet u żżommha aġġornata.

    5.   Proposta biex tiġi permessa jew tittejjeb il-kapaċità bidirezzjonali jew it-talba biex tingħata jew tiġi estiża eżenzjoni għandha tinkludi analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji mħejjija fuq il-bażi tal-metodoloġija skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u għandha tkun ibbażata fuq l-elementi li ġejjin:

    (a)

    valutazzjoni tad-domanda tas-suq;

    (b)

    projezzjonijiet tad-domanda u l-provvista;

    (c)

    l-impatt ekonomiku possibbli fuq l-infrastruttura eżistenti;

    (d)

    studju tal-fattibbiltà;

    (e)

    l-ispejjeż għall-kapaċità bidirezzjonali li jinkludu r-rinfurzar neċessarju tas-sistema ta' trasmissjoni; u

    (f)

    il-benefiċċji għas-sigurtà tal-provvista tal-gass filwaqt li jitqies il-kontribut possibbli tal-kapaċità bidirezzjonali biex jintlaħaq l-istandard fl-infrastruttura stabbilit f'dan l-Artikolu.

    6.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-ispejjeż imġarrba b'mod effiċjenti biex jiġi sodisfatt l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-ispejjeż li jippermettu l-kapaċità bidirezzjonali sabiex jingħataw l-inċentivi adatti meta jiġu ffissati jew approvati, b'mod trasparenti u dettaljat, it-tariffi jew il-metodoloġiji skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u l-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73/KE.

    7.   Sa fejn investiment li jippermetti jew isaħħaħ il-kapaċità bidirezzjonali mhuwiex meħtieġ mis-suq iżda jitqies neċessarju għal skopijiet tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u fejn dak l-investiment iwassal għal spejjeż f'aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru wieħed għall-benefiċċju ta' Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kollha kkonċernati għandhom jieħdu deċiżjoni koordinata dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar investiment. L-allokazzjoni tal-ispejjeż għandha tqis il-prinċipji deskritti u l-elementi li jinsabu fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, b'mod partikolari l-proporzjon tal-benefiċċji tal-investimenti fl-infrastruttura biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Istati Membri kkonċernati kif ukoll l-investimenti li diġà saru fl-infrastruttura inkwistjoni. L-allokazzjoni tal-ispejjeż m'għandhiex toħloq distorsjoni b'mod indebitu tal-kompetizzjoni u l-funzjonament effettiv tas-suq intern u għandha tipprova tevita kwalunkwe effett ta' distorsjoni indebita fis-suq.

    8.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kwalunkwe infrastruttura ġdida ta' trasmissjoni tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista tal-gass permezz tal-iżvilupp ta' netwerk konness tajjeb, inkluż, fejn adatt, b'mezzi ta' numru suffiċjenti ta' punti ta' dħul u ħruġ transkonfinali relattivi għad-domanda tas-suq u r-riskji identifikati.

    L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta fil-valutazzjoni tar-riskju jekk, b'perspettiva integrata dwar is-sistemi tal-gass u tal-elettriku, jeżistux ostakli interni u jekk kapaċità ta' dħul u infrastruttura nazzjonali, b'mod partikolari netwerks ta' trasmissjoni, jistgħux jaddattaw il-flussi tal-gass transkonfinali u nazzjonali għax-xenarju ta' interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass fil-livell nazzjonali u l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għall-grupp ta' riskju identifikat fil-valutazzjoni tar-riskju.

    9.   Bħala eċċezzjoni mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu, il-Lussemburgu, is-Slovenja u l-Iżvezja ma għandhomx ikunu marbutin bl-obbligu stabbilit f'dak il-paragrafu, iżda għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jissodisfawh, filwaqt li jiżguraw il-provvisti tal-gass lill-klijenti protetti skont l-Artikolu 6.

    L-eċċezzjoni għandha tapplika għal-Lussemburgu sakemm dan:

    (a)

    ikollu mill-inqas żewġ interkonnetturi ma' Stati Membri oħrajn;

    (b)

    ikollu mill-inqas żewġ sorsi differenti ta' provvista tal-gass; u

    (c)

    ma jkollu l-ebda faċilità ta' ħżin tal-gass fit-territorju tiegħu.

    L-eċċezzjoni għandha tapplika għas-Slovenja sakemm din:

    (a)

    ikollha mill-inqas żewġ interkonnetturi ma' Stati Membri oħrajn;

    (b)

    ikollha mill-inqas żewġ sorsi differenti ta' provvista tal-gass; u

    (c)

    ma jkollha l-ebda faċilità ta' ħżin tal-gass jew faċilità ta' LNG fit-territorju tagħha.

    L-eċċezzjoni għandha tapplika għall-Iżvezja sakemm din:

    (a)

    ma jkollha l-ebda tranżitu ta' gass għall-Istati Membri l-oħrajn fit-territorju tagħha;

    (b)

    ikollha konsum annwali gross intern tal-gass ta' inqas minn 2 Mtoe; u

    (c)

    ikollha inqas minn 5 % tal-konsum totali tal-enerġija primarja mill-gass.

    Il-Lussemburgu, is-Slovenja u l-Iżvezja għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla li taffettwa il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu. L-eċċezzjoni stabbilita f'dan il-paragrafu għandha tieqaf tapplika fejn mill-inqas waħda minn dawk il-kondizzjonijiet ma tibqax iżjed sodisfatta.

    Bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali mwettqa f'konformità mal-Artikolu 7(3) il-Lussemburgu, is-Slovenja u l-Iżvezja għandhom jiddeskrivu s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kondizzjonijiet rispettivi stabbiliti f'dan il-paragrafu u l-prospetti għall-konformità mal-obbligu fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'kont meħud tal-impatt ekonomiku meta jintlaħaq l-istandard tal-infrastruttura, tal-iżvilupp tas-suq tal-gass u tal-proġetti tal-infrastruttura tal-gass fil-grupp ta' riskju. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali u jekk il-kondizzjonijiet rispettivi stabbiliti f'dan il-paragrafu jibqgħu sodisfatti, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-eċċezzjoni tista' tkompli tapplika għal erba' snin oħra. F'każ ta' deċiżjoni pożittiva, il-proċedura stabbilita f'dan is-subparagrafu għandha tiġi ripetuta wara erba' snin.

    Artikolu 6

    Standard tal-provvista tal-gass

    1.   L-awtorità kompetenti għandha titlob lill-impriżi tal-gass naturali, li hija tidentifika, sabiex jieħdu miżuri sabiex il-provvista tal-gass tiġi żgurata lill-klijenti protetti tal-Istat Membru f'kull każ li ġej:

    (a)

    temperaturi estremi waqt perijodu bl-ogħla valuri ta' sebat ijiem bi probabbiltà statistika ta' darba f'20 sena;

    (b)

    kwalunkwe perijodu ta' 30 ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass, li jseħħ bi probabbiltà statistika ta' darba f'20 sena;

    (c)

    għal perijodu ta' 30 ġurnata f'każ ta' interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass f'kondizzjonijiet xitwin medji.

    Sat-2 ta' Frar 2018, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-definizzjoni tiegħu ta' klijenti protetti, il-volumi ta' konsum annwali ta' gass tal-klijenti protetti u l-perċentwal li dawk il-volumi ta' konsum jirrappreżentaw tal-konsum totali annwali finali tal-gass f'dak l-Istat Membru. Fejn Stat Membru jinkludi fid-definizzjoni tiegħu ta' klijenti protetti l-kategoriji msemmijin fil-punt 5(a) jew (b) tal-Artikolu 2, huwa għandu jispeċifika l-volumi tal-konsum ta' gass li jikkorrispondu għal klijenti li jappartjenu għal dawk il-kategoriji u l-perċentwal li kull wieħed minn dawn il-gruppi ta' klijenti jirrappreżenta fil-konsum totali annwali finali tal-gass.

    L-awtorità kompetenti għandha tidentifika l-impriżi tal-gass naturali msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u għandha tispeċifikahom fil-pjan ta' azzjoni preventiva.

    Kwalunkwe miżura ġdida mhux ibbażata fuq is-suq prevista sabiex tiżgura l-istandard tal-provvista tal-gass għandha tkun konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(4) sa (9).

    L-Istati Membri jistgħu jikkonformaw mal-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika jew billi jissostitwixxu l-gass b'sors differenti tal-enerġija, inter alia fost l-oħrajn b'sorsi tal-enerġija rinnovabbli, dment li jinkiseb l-istess livell ta' protezzjoni.

    2.   Kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud li jaqbeż il-perijodu ta' 30 ġurnata msemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 jew kwalunkwe obbligu addizzjonali impost għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista tal-gass għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju, għandu jkun rifless fil-pjan ta' azzjoni preventiva u għandu:

    (a)

    ikun konformi mal-Artikolu 8(1);

    (b)

    ma jkollux impatt negattiv fuq il-kapaċità ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor li jipprovdi l-gass lill-klijenti protetti tiegħu skont dan l-Artikolu fil-każ ta' emerġenza nazzjonali, reġjonali jew tal-Unjoni; u

    (c)

    ikun konformi mal-Artikolu 12(5) fil-każ ta' emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni.

    Il-Kummissjoni tista' titlob ġustifikazzjoni li turi konformità ta' kwalunkwe miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu mal-kondizzjonijiet stabbiliti fih. Tali ġustifikazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jintroduċi l-miżura.

    Barra minn hekk, kwalunkwe miżura ġdida mhux ibbażata fuq is-suq skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, adottata fi jew wara l-1 ta' Novembru 2017, għandha tikkonforma mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(4) sa (9).

    3.   Wara l-iskadenza tal-perijodi stabbiliti mill-awtorità kompetenti skont il-paragrafi 1 u 2, jew taħt kondizzjonijiet aktar serji minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti u l-impriżi tal-gass naturali għandhom jagħmlu ħilithom sabiex iżommu, kemm jista' jkun possibbli, il-provvista tal-gass, b'mod partikolari għall-klijenti protetti.

    4.   L-obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali biex jiġu sodisfatti l-istandards tal-provvista tal-gass stabbiliti f'dan l-Artikolu m'għandhomx ikunu diskriminatorji u m'għandhomx jimponu piż indebitu fuq dawk l-impriżi.

    5.   L-impriżi tal-gass naturali għandhom ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom abbażi ta' dan l-Artikolu fil-livell reġjonali jew tal-Unjoni, fejn adatt. L-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jeħtieġu li l-istandards tal-provvista tal-gass stabbiliti f'dan l-Artikolu jiġu sodisfatti abbażi tal-infrastruttura li tinsab fit-territorju tagħhom biss.

    6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet għall-provvisti lill-klijenti protetti jiġu stabbiliti mingħajr preġudizzju għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija u bi prezz li jirrispetta l-valur tas-suq tal-provvisti.

    Artikolu 7

    Il-valutazzjoni tar-riskju

    1.   Sal-1 ta' Novembru 2017 l-ENTSOG għandu jwettaq simulazzjoni mal-Unjoni kollha ta' xenarji ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura. Is-simulazzjoni għandha tinkludi l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-kurituri tal-provvista tal-gass ta' emerġenza u għandha wkoll tidentifika liema Stati Membri jistgħu jindirizzaw ir-riskji identifikati, inkluż fir-rigward tal-LNG. Ix-xenarji ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura u l-metodoloġija tas-simulazzjoni għandhom jiġu definiti mill-ENTSOG f'kooperazzjoni mal-GCG. L-ENTSOG għandu jiżgura livell adatt ta' trasparenza u aċċess għall-preżunzjonijiet tal-mudell li jintużaw fix-xenarji tiegħu. Is-simulazzjoni mal-Unjoni kollha tax-xenarji ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass u fl-infrastruttura għandha tiġi ripetuta kull erba' snin sakemm iċ-ċirkostanzi ma jkunux jeħtieġu aġġornamenti aktar frekwenti.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti f'kull grupp ta' riskju elenkat fl-Anness I għandhom jagħmlu valutazzjoni komuni fil-livell ta' grupp ta' riskju (“valutazzjoni tar-riskju komuni”) tal-fatturi ta' riskju rilevanti kollha bħal diżastri naturali, riskji teknoloġiċi, kummerċjali, soċjali, politiċi u riskji oħra, li jistgħu jwasslu biex jimmaterjalizza r-riskju transnazzjonali kbir għas-sigurtà tal-provvista tal-gass li għalih inħoloq il-grupp ta' riskju. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu r-riżultati tas-simulazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għat-tħejjija tal-valutazzjonijiet tar-riskju, il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza.

    L-awtoritajiet kompetenti f'kull grupp ta' riskju għandhom jaqblu dwar mekkaniżmu ta' kooperazzjoni biex jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju komuni u jirrappurtawha lill-GCG ħdax-il xahar qabel id-data ta' skadenza għan-notifika tal-valutazzjoni tar-riskju komuni u l-aġġornamenti tagħha. Fuq it-talba ta' awtorità kompetenti, il-Kummissjoni jista' jkollha rwol ta' faċilitazzjoni fit-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju komuni, b'mod partikolari għall-istabbiliment tal-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi grupp ta' riskju ma jaqblux dwar mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak il-grupp ta' riskju, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jaqblu dwar mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak il-grupp ta' riskju b'konsiderazzjoni massima tal-proposta tal-Kummissjoni.

    Għaxar xhur qabel id-data ta' skadenza għan-notifika tal-valutazzjoni tar-riskju komuni jew l-aġġornamenti tagħha, kull awtorità kompetenti għandha tikkondividi u taġġorna fil-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni miftiehem, id-data nazzjonali kollha neċessarja għat-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju komuni, b'mod partikolari biex jitwettqu d-diversi xenarji msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4.

    3.   L-awtorita' kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tagħmel valutazzjoni nazzjonali tar-riskju (“valutazzjoni nazzjonali tar-riskju”) fir-rigward tar-riskji rilevanti kollha li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Tali valutazzjoni għandha tkun konsistenti b'mod sħiħ mal-preżunzjonijiet u r-riżultati tal-valutazzjoni jew valutazzjonijiet ta' riskju komuni.

    4.   Il-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom, kif rilevanti, jitwettqu:

    (a)

    bl-użu tal-istandards speċifikati fl-Artikoli 5 u 6. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiddeskrivi l-kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell nazzjonali u fejn adatt tinkludi kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell reġjonali. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi wkoll il-preżunzjonijiet użati, inkluż fejn applikabbli dawk għall-kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell reġjonali, u d-data meħtieġa għal tali kalkolu. Il-kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell nazzjonali għandu jkun akkumpanjat minn simulazzjoni ta' interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass bl-użu ta' mudell idrawliku għat-territorju nazzjonali kif ukoll minn kalkolu tal-formula N – 1 b'kont meħud tal-livell ta' gass f'ħażniet ta' 30 % u 100 % tal-volum ta' ħidma massimu;

    (b)

    b'kont meħud taċ-ċirkostanzi nazzjonali u transnazzjonali rilevanti kollha, b'mod partikolari d-daqs tas-suq, il-konfigurazzjoni tan-netwerk, il-flussi attwali, inkluż il-flussi ta' ħruġ mill-Istat Membru kkonċernat, il-possibbiltà ta' flussi fiżiċi ta' gass fiż-żewġ direzzjonijiet inkluż il-ħtieġa potenzjali għal rinfurzar konsegwenti tas-sistema ta' trasmissjoni, il-preżenza ta' produzzjoni u ħażna u r-rwol tal-gass fit-taħlitiet tal-enerġija, b'mod partikolari rigward it-tisħin distrettwali u l-ġenerazzjoni tal-elettriku u għall-operazzjoni tal-industriji, u konsiderazzjonijiet tal-kwalità tas-sigurtà u tal-gass;

    (c)

    b'simulazzjoni tax-xenarji varji ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass u interruzzjoni tal-provvista tal-gass, filwaqt li jitqiesu l-istorja, il-probabbiltà, l-istaġun, il-frekwenza u t-tul tal-okkorrenza tagħhom u l-valutazzjoni tal-konsegwenzi probabbli tagħhom, bħal:

    (i)

    interruzzjoni tal-infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass, b'mod partikolari infrastruttura ta' trasmissjoni, ħażniet jew terminali tal-LNG, inkluż l-akbar infrastruttura tal-gass identifikata għall-kalkolu tal-formula N – 1; u

    (ii)

    interruzzjoni tal-provvisti minn fornituri ta' pajjiż terz, kif ukoll, fejn meħtieġ, riskji ġeopolitiċi;

    (d)

    bl-identifikazzjoni tal-interazzjoni u l-korrelazzjoni ta' riskji fost l-Istati Membri fil-grupp ta' riskju u ma' Stati Membri oħrajn jew gruppi ta' riskju oħrajn, kif adatt, inkluż fir-rigward ta' interkonnessjonijiet, provvisti transkonfinali, aċċess transkonfinali għal faċilitajiet ta' ħżin u kapaċità bidirezzjonali;

    (e)

    billi jitqiesu r-riskji marbuta mal-kontroll tal-infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass sa fejn jistgħu jinvolvu, fost affarijiet oħra, riskji ta' sottoinvestiment, theddida għad-diversifikazzjoni, l-użu ħażin tal-infrastruttura eżistenti jew ksur tad-dritt tal-Unjoni;

    (f)

    b'kont meħud tal-kapaċità massima tal-interkonnessjoni ta' kull punt ta' dħul u ħruġ fil-fruntiera u d-diversi livelli ta' mili għall-ħżin.

    5.   Il-valutazzjonijiet tar-riskju komuni u nazzjonali għandhom jitħejjew f'konformità mal-mudell rilevanti deskritt fl-Anness IV jew V. Jekk ikun neċessarju, l-Istati Membri jistgħu jinkludu xi informazzjoni addizzjonali. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 19 biex temenda l-mudelli deskritti fl-Annessi IV u V, wara konsultazzjoni mal-GCG, sabiex tiġi riflessa l-esperjenza li tittieħed mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u biex tnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri.

    6.   L-impriżi tal-gass naturali, il-klijenti tal-gass industrijali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti ta' unitajiet domestiċi u l-klijenti tal-gass industrijali kif ukoll l-Istati Membri u, fejn dawn ma jkunux l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti u jipprovdulhom fuq talba tagħhom l-informazzjoni neċessarja kollha għall-valutazzjonijiet tar-riskju komuni u nazzjonali.

    7.   Sal-1 ta' Ottubru 2018 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ewwel valutazzjoni tar-riskju komuni ladarba jintlaħaq qbil dwarha mill-Istati Membri kollha fil-grupp ta' riskju u l-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali. Il-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom jiġu aġġornati kull erba' snin wara dan sakemm iċ-ċirkostanzi ma jeħtiġux aġġornamenti aktar frekwenti. Il-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom iqisu l-progress li jkun sar fl-investimenti meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb għall-istandard tal-infrastruttura definit fl-Artikolu 5 u ta' diffikultajiet speċifiċi għal pajjiż li wieħed jiltaqa' magħhom fl-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ġodda alternattivi. Huma għandhom jibbażaw ukoll fuq l-esperjenza miksuba permezz tas-simulazzjoni tal-pjanijiet ta' emerġenza li jinsabu fl-Artikolu 10(3).

    Artikolu 8

    Stabbiliment ta' pjanijiet ta' azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza

    1.   Il-miżuri sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-gass li jinsabu fi pjan ta' azzjoni preventiva u fi pjan ta' emerġenza għandhom ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, proporzjonati, mhux diskriminatorji u verifikabbli, m'għandhomx joħolqu indebitament distorsjoni fil-kompetizzjoni jew fil-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass u ma għandhomx jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni

    2.   L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha, wara li tikkonsulta mal-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti tal-gass domestiċi u dawk industrijali, inkluż il-produtturi tal-elettriku, l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni tal-elettriku, u fejn din ma tkunx l-awtorità kompetenti, l-awtorità regolatorja nazzjonali, tistabbilixxi:

    (a)

    pjan ta' azzjoni preventiva li jkollu fih il-miżuri meħtieġa biex jitneħħew jew jittaffew ir-riskji identifikati, inkluż miżuri marbutin mal-effetti tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri min-naħa tad-domanda fil-valutazzjonijiet tar-riskju komuni u nazzjonali u skont l-Artikolu 9;

    (b)

    pjan ta' emerġenza li jkollu fih il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jitneħħa jew jittaffa l-impatt ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass skont l-Artikolu 10.

    3.   Il-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza għandhom ikollhom fihom kapitolu reġjonali, jew diversi kapitoli reġjonali, fejn Stat Membru jkun membru ta' gruppi ta' riskju differenti kif definit fl-Anness I.

    Il-kapitoli reġjonali għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt mill-Istati Membri kollha fil-grupp ta' riskju qabel ma jiġu inkorporati fil-pjanijiet nazzjonali rispettivi. Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala faċilitatur sabiex tagħmel possibbli li l-kapitoli reġjonali b'mod kollettiv isaħħu s-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni, u, ma jwasslu għal ebda kontradizzjoni, u tegħleb kull xkiel għall-kooperazzjoni.

    Il-kapitoli reġjonali għandhom ikollhom fihom miżuri transkonfinali xierqa u effettivi, inkluż fir-rigward tal-LNG, suġġett għal qbil bejn l-Istati Membri li jimplimentaw il-miżuri mill-istess grupp ta' riskju jew gruppi ta' riskju differenti affettwati mill-miżura abbażi tas-simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) u l-valutazzjoni tar-riskju komuni.

    4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw b'mod regolari lill-GCG rigward il-progress li jkun sar fit-tħejjija u l-adozzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza, b'mod partikolari fil-kapitoli reġjonali. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqblu dwar mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għat-tħejjija tal-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza, inkluż l-iskambju ta' abbozzi ta' pjanijiet. Huma għandhom jirrapportaw lill-GCG dwar tali mekkaniżmu ta' kooperazzjoni miftiehem 16-il xahar qabel id-data ta' skadenza għall-qbil dwar dawk il-pjanijiet u l-aġġornamenti ta' dawk il-pjanijiet.

    Il-Kummissjoni jista' jkollha rwol ta' faċilitazzjoni fil-preparazzjoni tal-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi grupp ta' riskju ma jaqblux dwar mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak il-grupp ta' riskju. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jaqblu dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak il-grupp ta' riskju b'konsiderazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza.

    5.   Il-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza għandhom jiġu żviluppati skont il-mudelli li fih l-Annessi VI u VII. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 19 biex temenda l-mudelli deskritti fl-Annessi VI u VII, wara konsultazzjoni mal-GCG, sabiex tiġi riflessa l-esperjenza li tittieħed mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri.

    6.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-viċinat għandhom fi żmien debitu jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-pjanijiet tagħhom ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet tagħhom ta' emerġenza.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom, f'kull grupp ta' riskju, jiskambjaw abbozzi ta' pjanijiet ta' azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza bi proposti għall-kooperazzjoni, mhux aktar tard minn ħames xhur qabel id-data ta' skadenza biex jitressqu l-pjanijiet.

    Il-verżjonijiet finali tal-kapitoli reġjonali msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu miftiehma mill-Istati Membri kollha fil-grupp ta' riskju. Il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza għandhom ikollhom fihom ukoll il-miżuri nazzjonali neċessarji għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-miżuri transkonfinali fil-kapitoli reġjonali.

    7.   Il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza għandhom isiru pubbliċi u jiġu notifikati lill-Kummissjoni sal-1 ta' Marzu 2019. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-GCG bin-notifika tal-pjanijiet u għandha tippubblikahom fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

    Fi żmien erba' xhur min-notifika mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjanijiet waqt li tqis il-fehmiet espressi fil-GCG.

    8.   Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti bir-rakkomandazzjoni sabiex tirrevedi pjan ta' azzjoni preventiva rilevanti jew pjan ta' emerġenza jekk ikun japplika wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:

    (a)

    huwa ma jkunx effettiv sabiex itaffi r-riskji kif identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju;

    (b)

    huwa jkun inkonsistenti max-xenarji tar-riskju vvalutati jew mal-pjanijiet ta' Stat Membru ieħor jew grupp ta' riskju;

    (c)

    huwa ma jkunx jikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 li m'għandux joħoloq indebitament distorsjoni tal-kompetizzjoni jew tal-funzjonament effettiv tas-suq intern;

    (d)

    huwa ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew ma' dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni.

    9.   Fi żmien tliet xhur min-notifika tal-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 8, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinnotifika l-pjan ta' azzjoni preventiva emendat jew il-pjan ta' emerġenza emendat lill-Kummissjoni, jew għandha tinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għalfejn ma taqbilx mar-rakkomandazzjonijiet.

    Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil marbut mal-elementi msemmijin fil-paragrafu 8, il-Kummissjoni tista', fi żmien erba' xhur mit-tweġiba tal-awtorità kompetenti, tirtira t-talba tagħha jew tiltaqa' mal-awtorità kompetenti u, fejn il-Kummissjoni tqis li dan ikun meħtieġ, mal-GCG, sabiex jikkunsidraw il-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tistipula r-raġunijiet dettaljati tagħha biex titlob kwalunkwe emenda tal-pjan ta' azzjoni preventiva jew tal-pjan ta' emerġenza. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tikkunsidra b'mod sħiħ ir-raġunijiet dettaljati tal-Kummissjoni.

    Fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha bla dewmien temenda u tagħmel pubbliku l-pjan ta' azzjoni preventiva emendat jew il-pjan ta' emerġenza emendat.

    Fejn il-pożizzjoni finali tal-awtorità kompetenti kkonċernata tkun differenti mir-raġunijiet dettaljati tal-Kummissjoni, dik l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi u tagħmel pubblika, flimkien mal-pożizzjoni tagħha u r-raġunijiet dettaljati tal-Kummissjoni, il-ġustifikazzjoni li ssostni l-pożizzjoni tagħha fi żmien xahrejn mir-riċezzjoni tar-raġunijiet dettaljati tal-Kummissjoni.

    10.   Għall-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq adottati fi jew wara l-1 ta' Novembru 2017, għandha tapplika l-proċedura deskritta fl-Artikolu 9(4), (6), (8) u (9).

    11.   Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tiġi ppreservata.

    12.   Il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza żviluppati taħt ir-Regolament (UE) Nru 994/2010, aġġornati skont dak ir-Regolament, għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jiġu stabbiliti għall-ewwel darba.

    Artikolu 9

    Kontenut ta' pjanijiet ta' azzjoni preventiva

    1.   Il-pjan ta' azzjoni preventiva għandu jikkontjeni:

    (a)

    ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u sommarju tax-xenarji kkunsidrati, kif imsemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 7(4);

    (b)

    id-definizzjoni ta' klijenti protetti u l-informazzjoni deskritta fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1);

    (c)

    il-miżuri, il-volumi u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti l-istandards tal-infrastruttura u tal-provvista tal-gass stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6, inkluż, fejn applikabbli, il-punt sa fejn il-miżuri min-naħa tad-domanda jistgħu jikkumpensaw b'mod suffiċjenti, fil-ħin, għal interruzzjoni tal-provvista tal-gass kif imsemmi fl-Artikolu 5(2), l-identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3), il-volumi tal-gass neċessarji għal kull kategorija ta' klijenti protetti u għal kull xenarju kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), u kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud inkluż kwalunkwe ġustifikazzjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2) u deskrizzjoni ta' mekkaniżmu sabiex jitnaqqas temporanjament kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud jew obbligu addizzjonali skont l-Artikolu 11(3);

    (d)

    obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali, impriżi tal-elettriku meta jkun xieraq, u korpi rilevanti oħrajn li probabbli jkollhom impatt fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass, bħal obbligi għall-operazzjoni mingħajr periklu tas-sistema tal-gass;

    (e)

    miżuri preventivi oħrajn imfasslin sabiex jindirizzaw ir-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju, bħal dawk relatati mal-ħtieġa sabiex jissaħħu l-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri ġirien, biex tkompli tittejjeb l-effiċjenza enerġetika, biex titnaqqas id-domanda għall-gass u l-possibbiltà li jiġu diversifikati r-rotot tal-gass u s-sorsi tal-provvista tal-gass u l-użu reġjonali tal-kapaċitajiet eżistenti ta' ħżin u tal-LNG, jekk ikun adatt, biex tinżamm provvista tal-gass għall-klijenti kollha sa fejn ikun possibbli;

    (f)

    informazzjoni fuq l-impatt ekonomiku, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri li jinsabu fil-pjan, inklużi l-obbligi msemmijin fil-punt (k);

    (g)

    deskrizzjoni tal-effetti tal-miżuri li hemm fil-pjan dwar il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija kif ukoll swieq nazzjonali, inklużi l-obbligi msemmijin fil-punt (k);

    (h)

    deskrizzjoni tal-impatt tal-miżuri fuq l-ambjent u fuq il-klijenti;

    (i)

    il-mekkaniżmi li għandhom jintużaw għal kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn, inkluż il-mekkaniżmi għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza;

    (j)

    informazzjoni dwar l-interkonnessjonijiet u l-infrastruttura eżistenti u futuri, inklużi dawk li jipprovdu aċċess għas-suq intern, il-flussi transkonfinali, l-aċċess transkonfinali għal ħżin u faċilitajiet ta' LNG u l-kapaċità bidirezzjonali, b'mod partikolari fil-każ ta' emerġenza;

    (k)

    informazzjoni dwar l-obbligi kollha ta' servizz pubbliku relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-gass.

    Informazzjoni kritika relattiva għall-punti (a), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu li, jekk tiġi żvelata, tista' tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-gass tista' tiġi eskluża.

    2.   Il-pjan ta' azzjoni preventiva, b'mod partikolari l-azzjonijiet sabiex jissodisfaw l-istandard tal-infrastruttura kif stabbilit fl-Artikolu 5, għandu jqis it-TYNDP fl-Unjoni kollha mfassal mill-ENTSOG skont l-Artikolu 8(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

    3.   Il-pjan ta' azzjoni preventiva għandu primarjament ikun ibbażat fuq il-miżuri bbażati fuq is-suq u m'għandux ipoġġi piż bla bżonn fuq l-impriżi tal-gass naturali, jew ikollu impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-gass.

    4.   L-Istati Membri u b'mod partikolari l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, għandhom jiżguraw li l-miżuri preventivi kollha mhux ibbażati fuq is-suq, bħal dawk imsemmija fl-Anness VIII, li jiġu adottati fi jew wara l-1 ta' Novembru 2017, irrispettivament minn jekk ikunux parti mill-pjan ta' azzjoni preventiva jew jiġux adottati sussegwentement, jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2).

    5.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel pubblika kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 4 li tkun għadha ma ġietx inkluża fil-pjan ta' azzjoni preventiva, u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bid-deskrizzjoni ta' kwalunkwe tali miżura u tal-impatt tagħha fuq is-suq nazzjonali tal-gass u, sa fejn ikun possibbli, fuq is-swieq tal-gass tal-Istati Membri l-oħra.

    6.   Jekk il-Kummissjoni tiddubita jekk miżura msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu tikkonformax mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) hija għandha titlob lill-Istati Membru kkonċernat in-notifika ta' valutazzjoni tal-impatt.

    7.   Valutazzjoni tal-impatt skont il-paragrafu 6 għandha tkopri mill-inqas dan li ġej:

    (a)

    l-impatt potenzjali fuq l-iżvilupp tas-suq tal-gass nazzjonali u l-kompetizzjoni fil-livell nazzjonali;

    (b)

    l-impatt potenzjali fuq is-suq intern tal-gass;

    (c)

    l-impatt potenzjali fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stati Membri ġirien, b'mod partikolari għal dawk il-miżuri li jistgħu jnaqqsu l-likwidità fis-swieq reġjonali jew jillimitaw il-flussi lejn Stati Membri ġirien;

    (d)

    l-ispejjeż u l-benefiċċji, ivvalutati meta mqabbla ma' miżuri alternattivi bbażati fuq is-suq;

    (e)

    valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità meta mqabbla ma' miżuri possibbli bbażati fuq is-suq;

    (f)

    apprezzament dwar jekk il-miżura tiżgurax possibbiltajiet indaqs għall-parteċipanti kollha tas-suq;

    (g)

    strateġija ta' eliminazzjoni gradwali, it-tul mistenni tal-miżura prevista u kalendarju adatt ta' rieżami.

    L-analiżi msemmija fil-punti (a) u (b) għandha ssir mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Il-valutazzjoni tal-impatt għandha tiġi ppubblikata mill-awtorità kompetenti u għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

    8.   Fejn,, il-Kummissjoni tqis; abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt; li l-miżura probabbilment tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membri oħra jew tal-Unjoni hija għandha tieħu deċiżjoni fi żmien erba' xhur min-notifika tal-valutazzjoni tal-impatt u tirrikjedi, sa fejn meħtieġ, l-emenda jew l-irtirar tal-miżura.

    Il-miżura adottata għandha tidħol fis-seħħ biss meta tiġi approvata mill-Kummissjoni jew tkun ġiet emendata skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

    Il-perijodu ta' erba' xhur għandu jibda mill-jum wara riċezzjoni ta' notifika sħiħa. Il-perijodu ta' erba' xhur jista' jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-awtorità kompetenti.

    9.   Fejn,, il-Kummissjoni tqis;abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt,li l-miżura ma tikkonformax mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(2), hija tista' toħroġ opinjoni fi żmien erba' xhur min-notifika tal-valutazzjoni tal-impatt. Għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8(8) u (9).

    Il-perijodu ta' erba' xhur għandu jibda mill-jum wara riċezzjoni ta' notifika sħiħa. Il-perijodu ta' erba' xhur jista' jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-awtorità kompetenti.

    10.   L-Artikolu 8(9) għandu japplika għal kwalunkwe miżura soġġetta għall-paragrafi 6 sa 9 ta' dan l-Artikolu.

    11.   Il-pjan ta' azzjoni preventiva għandu jiġu aġġornat kull erba' snin wara l-1 ta' Marzu 2019 jew iktar frekwentement jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jenħtieġu dan jew fuq talba tal-Kummissjoni. Il-pjan aġġornat għandu jirrifletti l-valutazzjoni tar-riskju aġġornata u r-riżultati tat-testijiet imwettqin skont l-Artikolu 10(3). L-Artikolu 8 għandu japplika għall-pjan aġġornat.

    Artikolu 10

    Kontenut ta' pjanijiet ta' emerġenza

    1.   Il-pjan ta' emerġenza għandu:

    (a)

    jibbaża fuq il-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1);

    (b)

    jiddefinixxi r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali, l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni għall-elettriku jekk rilevanti u tal-klijenti tal-gass industrijali inkluż il-produtturi rilevanti tal-elettriku, waqt li jqis il-livelli differenti sa fejn ikunu affettwati f'każ ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass, u l-interazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti u fejn adatt mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'kull wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1);

    (c)

    jiddefinixxi r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi l-oħrajn li lilhom ikunu ġew delegati l-kompiti kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) f'kull wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1);

    (d)

    jiżgura li l-impriżi tal-gass naturali u l-klijenti tal-gass industrijali inkluż il-produtturi rilevanti tal-elettriku jingħataw opportunità biżżejjed sabiex iwieġbu għal-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1);

    (e)

    jidentifika, jekk ikun adatt, il-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu sabiex jittaffa l-impatt potenzjali ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fuq it-tisħin distrettwali u l-provvista tal-elettriku ġġenerata mill-gass, inkluż permezz ta' perspettiva integrata tal-operazzjonijiet tas-sistemi tal-enerġija tal-elettriku u l-gass jekk rilevanti;

    (f)

    jistabbilixxi proċeduri u miżuri dettaljati li għandhom jiġu segwiti għal-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1), inklużi l-iskemi korrispondenti dwar il-flussi ta' informazzjoni;

    (g)

    jinnomina maniġer ta' kriżi u jiddefinixxi r-rwol tiegħu;

    (h)

    jidentifika l-kontribut tal-miżuri abbażi tas-suq biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni f'livell ta' allert u biex tittaffa s-sitwazzjoni f'livell ta' emerġenza;

    (i)

    jidentifika l-kontribut ta' miżuri mhux ibbażati fuq is-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal-livell ta' emerġenza, u jivvaluta l-livell ta' kemm l-użu ta' tali miżuri mhux ibbażati fuq is-suq huwa meħtieġ sabiex tiġi indirizzata kriżi. L-effetti tal-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq għandhom jiġu vvalutati u jiġu identifikati l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom. Miżuri mhux ibbażati fuq is-suq għandhom jintużaw biss meta mekkaniżmi bbażati fuq is-suq weħidhom ma jistgħux jibqgħu jiżguraw il-provvisti, b'mod partikolari lill-klijenti protetti, jew għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13;

    (j)

    jiddeskrivi l-mekkaniżmi li jintużaw għall-kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħra għal-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1) u l-arranġamenti għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;

    (k)

    jiddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali u, fejn xieraq, l-impriżi tal-elettriku fil-livelli ta' allert u ta' emerġenza;

    (l)

    jiddeskrivi l-arranġamenti tekniċi jew legali fis-seħħ sabiex jipprevjenu konsum mhux dovut tal-gass minn klijenti li jkunu konnessi ma' netwerk ta' distribuzzjoni jew ta' trasmissjoni tal-gass iżda li ma jkunux klijenti protetti;

    (m)

    jiddeskrivi l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji fis-seħħ sabiex jiġu applikati l-obbligi tas-solidarjetà stabbiliti fl-Artikolu 13;

    (n)

    jagħti stima tal-volumi tal-gass li jistgħu jiġu kkunsmati mill-konsumaturi protetti mis-solidarjetà li tkopri mill-inqas il-każijiet deskritti fl-Artikolu 6(1).

    (o)

    jistabbilixxi lista ta' azzjonijiet predefiniti sabiex jagħmel il-gass disponibbli fil-każ ta' emerġenza, inkluż ftehimiet kummerċjali bejn il-partijiet involuti f'tali azzjonijiet u l-mekkaniżmi ta' kumpens għall-impriżi tal-gass naturali fejn adatt, waqt li titqies il-kunfidenzjalità tad-data sensittiva. Azzjonijiet bħal dawn jistgħu jinvolvu ftehimiet transkonfinali bejn l-Istati Membri u/jew l-impriżi tal-gass naturali.

    Sabiex jiġi evitat konsum eċċessiv tal-gass waqt emerġenza, kif imsemmi fil-punt (l) tal-ewwel subparagrafu, jew waqt l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(3) u fl-Artikolu 13, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tinforma lill-klijenti mhux protetti li huma mitluba jwaqqfu jew inaqqsu l-konsum tal-gass tagħhom mingħajr ma joħolqu sitwazzjonijiet teknikament mhux sikuri.

    2.   Il-pjan ta' emerġenza għandu jiġu aġġornat kull erba' snin wara l-1 ta' Marzu 2019 jew iktar frekwentement jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jenħtieġu dan jew fuq talba tal-Kummissjoni. Il-pjanijiet aġġornati għandhom jirriflettu l-valutazzjoni tar-riskju aġġornat u r-riżultati tat-testijiet imwettqin skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. L-Artikolu 8(4) sa (11) għandhom japplikaw għall-pjan aġġornat.

    3.   Il-miżuri, l-azzjonijiet u l-proċeduri li jinsabu fil-pjan ta' emerġenza għandhom jiġu ttestjati mill-inqas darba bejn l-aġġornamenti tiegħu kull erba' snin imsemmija fil-paragrafu 2. Sabiex jiġi ttestjat il-pjan ta' emerġenza, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel simulazzjoni tax-xenarji ta' impatt għoli u medju u tar-reazzjonijiet f'ħin reali skont dak il-pjan ta' emerġenza. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu ppreżentati fil-GCG mill-awtorità kompetenti.

    4.   Il-pjan ta' emerġenza għandu jiżgura li l-aċċess transkonfinali għall-infrastruttura skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 jinżamm kemm jista' jkun mil-lat tekniku u ta' sikurezza fil-każ ta' emerġenza u m'għandux jintroduċi xi miżura li tirrestrinġi indebitament il-fluss tal-gass bejn il-fruntieri.

    Artikolu 11

    Dikjarazzjoni ta' kriżi

    1.   Għandu jkun hemm tliet livelli ta' kriżi, li ġejjin:

    (a)

    livell ta' twissija bikrija (“twissija bikrija”): fejn ikun hemm informazzjoni konkreta, serja u affidabbli li avveniment li probabbilment jirriżulta f'deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass jista' jseħħ u li probabbilment iwassal biex jiġi azzjonat il-livell ta' allert jew ta' emerġenza; il-livell ta' twissija bikrija jista' jiġi attivat b'mekkaniżmu ta' twissija bikrija;

    (b)

    livell ta' allert (“allert”): fejn interruzzjoni tal-provvista tal-gass jew domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li tirriżulta f'deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass isseħħ iżda s-suq xorta jkun għadu jlaħħaq ma' dik l-interruzzjoni jew domanda mingħajr il-ħtieġa li jirrikorri għall-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq;

    (c)

    livell ta' emerġenza (“emerġenza”): fejn jkun hemm domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass, interruzzjoni sinifikanti tal-provvista tal-gass jew deterjorament sinifikanti ieħor tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass u l-miżuri kollha rilevanti bbażati fuq is-suq ikunu ġew implimentati iżda l-provvista tal-gass ma tkunx suffiċjenti sabiex tlaħħaq mal-bqija tad-domanda tal-gass biex b'hekk ikollhom jiġu introdotti addizzjonalment miżuri mhux ibbażati fuq iss-suq bil-ħsieb li, b'mod partikolari, jiġu salvagwardati l-provvisti tal-gass lill-klijenti protetti skont l-Artikolu 6.

    2.   Meta l-awtorità kompetenti tiddikjara xi wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmija fil-paragrafu 1, hija għandha immedjatament tinforma lill-Kummissjoni kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li magħhom l-Istat Membru ta' dik l-awtorità kompetenti jkun konness direttament u tipprovdilhom l-informazzjoni neċessarja kollha, b'mod partikolari l-informazzjoni dwar l-azzjoni li biħsiebha tieħu. Fil-każ ta' emerġenza li tista' tirriżulta f'appell għal assistenza mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha mingħajr dewmien tinnotifika liċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza (ERCC, Emergency Response Coordination Centre) tal-Kummissjoni.

    3.   Fejn Stat Membru jkun iddikjara emerġenza u indika li tenħtieġ azzjoni transkonfinali, kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud jew obbligu addizzjonali taħt l-Artikolu 6(2) impost fuq l-impriżi tal-gass naturali fi Stati Membri oħrajn fl-istess grupp ta' riskju għandu jitnaqqas b'mod temporanju għal-livell stabbilit fl-Artikolu 6(1).

    L-obbligi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma jibqgħux japplikaw immedjatament wara li l-awtorità kompetenti tiddikjara t-tmiem ta' emerġenza, jew wara li l-Kummissjoni tikkonkludi, f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 8, li d-dikjarazzjoni ta' emerġenza mhijiex jew m'għadhiex ġustifikata.

    4.   Meta l-awtorità kompetenti tiddikjara emerġenza hija għandha ssegwi l-azzjoni predefinita kif tinsab fil-pjan ta' emerġenza tagħha u għandha immedjatament tinforma lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti fil-grupp ta' riskju kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li magħhom l-Istat Membru ta' dik l-awtorità kompetenti jkun konness direttament b'mod partikolari bl-azzjoni li biħsiebha tieħu. F'ċirkostanzi eċċezzjonali debitament ġustifikati, l-awtorità kompetenti tista' tieħu azzjoni li tiddevja mill-pjan ta' emerġenza. L-awtorità kompetenti għandha immedjatament tinforma lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti fil-grupp ta' riskju tagħha kif deskritt fl-Anness I, kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li magħhom l-Istat Membru ta' dik l-awtorità kompetenti jkun konness direttament, bi kwalunkwe tali azzjoni u għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għad-devjazzjoni.

    5.   L-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu jiżgura li meta tiġi ddikjarata emerġenza fi Stat Membru ġar, il-kapaċità fil-punti ta' interkonnessjoni lejn dak l-Istat Membru, irrispettivament minn jekk tkunx kostanti jew interrompibbli, u jekk tkunx riżervata qabel jew waqt l-emerġenza, għandha prijorità fuq il-kapaċità li tikkompeti fil-punti ta' ħruġ fil-faċilitajiet tal-ħżin. L-utent tas-sistema tal-kapaċità prijoritizzata għandu jħallas minnufih kumpens ġust lill-utent tas-sistema tal-kapaċità kostanti għat-telf finanzjarju mġarrab bħala riżultat ta' prijoritizzazzjoni inkluż rimborż proporzjonat għall-ispiża li tirriżulta mill-interruzzjoni tal-kapaċità kostanti. Il-proċess għad-determinazzjoni u l-ħlas tal-kumpens ma għandux jaffettwa l-implimentazzjoni tar-regola ta' prijorità.

    6.   L-Istati Membri u, b'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li:

    (a)

    m'għandha tiġi introdotta l-ebda miżura li tillimita bla bżonn il-fluss tal-gass fis-suq intern f'kull ħin;

    (b)

    ma għandha tiġi introdotta l-ebda miżura li probabbilment tipperikola serjament is-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass fi Stat Membru ieħor; u

    (c)

    l-aċċess transkonfinali għall-infrastruttura f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2009 jinżamm kemm jista' jkun mil-lat tekniku u ta' sikurezza fil-każ ta' emerġenza, skont il-pjan ta' emerġenza.

    7.   Waqt emerġenza u għal motivi raġonevoli, fuq talba tal-operatur rilevanti tas-sistema ta' trasmissjoni tal-elettriku jew tal-gass, Stat Membru jista' jiddeċiedi li jipprijoritizza l-provvista tal-gass għal ċerti impjanti kritiċi li jaħdmu bil-gass qabel il-provvista tal-gass ta' ċerti kategoriji ta' klijenti protetti, jekk in-nuqqas ta' provvista ta' gass għal tali impjanti kritiċi li jaħdmu bil-gass jew:

    (a)

    jista' jirrizulta fi ħsarat serji fil-funzjonament tas-sistema tal-elettriku; jew

    (b)

    ixekkel il-produzzjoni u/jew it-trasport tal-gass.

    L-Istati Membri għandhom jibbażaw kwalunkwe tali miżura fuq il-valutazzjoni tar-riskju.

    L-impjanti kritiċi li jaħdmu bil-gass, kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom ikunu identifikati b'mod ċar flimkien mal-volumi tal-gass possibbli li jkunu soġġetti għal tali miżura u inklużi fil-kapitoli reġjonali tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza. L-identifikazzjoni tagħhom għandha ssir f'kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni tas-sistema tal-elettriku u tas-sistema tal-gass tal-Istat Membru kkonċernat.

    8.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika, kemm jista' jkun malajr, iżda fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 mill-awtorità kompetenti, jekk id-dikjarazzjoni ta' emerġenza hijiex ġustifikata skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 u jekk il-miżuri meħudin isegwux kemm jista' jkun mill-qrib l-azzjonijiet elenkati fil-pjan ta' emerġenza u li ma jkunux qed jimponu piż indebitu fuq l-impriżi tal-gass naturali u li jkunu konformi mal-paragrafu 6. Il-Kummissjoni tista', fuq talba ta' awtorità kompetenti oħra, ta' impriżi tal-gass naturali jew fuq inizjattiva tagħha stess, titlob lill-awtorità kompetenti sabiex timmodifika l-miżuri meta dawn imorru kontra l-kondizzjonijiet imsemmija fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni tista' titlob ukoll lill-awtorità kompetenti biex tiddikjara t-tmiem tal-emerġenza fejn hija tikkonkludi li d-dikjarazzjoni ta' emerġenża mhijiex jew ma għadhiex aktar ġustifikata skont il-punt (c) tal-paragrafu 1.

    Fi żmien tlett ijiem min-notifika tat-talba tal-Kummissjoni, l-awtorità kompetenti għandha timmodifika l-miżuri u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b'dan, jew għandha tinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għalfejn hija ma taqbilx mat-talba. Fil-każ tal-aħħar, il-Kummissjoni tista', fi żmien tlett ijiem minn meta tkun informata, temenda jew tirtira t-talba tagħha jew, sabiex tikkunsidra l-kwistjoni, tlaqqa' lill-awtorità kompetenti jew, fejn adatt, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, u, fejn il-Kummissjoni tqis li dan ikun neċessarju, il-GCG. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-raġunijiet dettaljati tagħha għalfejn tkun talbet kwalunkwe modifika għall-azzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra bis-sħiħ il-pożizzjoni tal-Kummissjoni. Fejn id-deċiżjoni finali tal-awtorità kompetenti tiddevja mill-pożizzjoni tal-Kummissjoni, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi r-raġunijiet li jsostu tali deċiżjoni.

    9.   Meta l-awtorità kompetenti tiddikjara t-tmiem ta' xi wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmija fil-paragrafu 1, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li magħhom l-Istat Membru ta' dik l-awtorità kompetenti jkun konness direttament.

    Artikolu 12

    Rispons ta' emerġenza reġjonali u tal-Unjoni

    1.   Il-Kummissjoni tista' tiddikjara emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni fuq it-talba ta' awtorità kompetenti li tkun iddikjarat emerġenza u wara l-verifika f'konformità mal-Artikolu 11(8).

    Il-Kummissjoni għandha tiddikjara, kif adatt, emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni fuq it-talba ta' mill-inqas żewġ awtoritajiet kompetenti li jkunu ddikjaraw emerġenza u wara l-verifika f'konformità mal-Artikolu 11(8), u fejn ir-raġunijiet għal tali emerġenzi jkunu relatati ma' xulxin.

    Fil-każijiet kollha, fejn hija tiddikjara emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, il-Kummissjoni, filwaqt li tuża l-aktar mezzi ta' komunikazzjoni adatti għas-sitwazzjoni, għandha tiġbor l-opinjonijiet u tieħu inkonsiderazzjoni l-informazzjoni kollha rilevanti mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn. Fejn il-Kummissjoni, tiddeċiedi, wara valutazzjoni, li l-bażi għall-emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni ma għadhiex aktar tiġġustifika d-dikjarazzjoni ta' emerġenza, hija għandha tiddikjara tmiem għall-emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni u għandha tagħti r-raġunijiet tagħha u tinforma lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' lill-GCG mill-mument meta hi tiddikjara emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni.

    3.   F'emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li tieħu inkonsiderazzjoni b'mod sħiħ l-informazzjoni rilevanti minn, u r-riżultati ta', il-konsultazzjoni tal-GCG. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha:

    (a)

    tiżgura l-iskambju tal-informazzjoni;

    (b)

    tiżgura l-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni fil-livell tal-Istat Membru u dak reġjonali b'rabta mal-livell tal-Unjoni;

    (c)

    tikkoordina l-azzjonijiet fir-rigward ta' pajjiżi terzi.

    4.   Il-Kummissjoni tista' tlaqqa' grupp għall-immaniġġar ta' kriżijiet li jkun magħmul minn maniġers ta' kriżijiet imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 10(1), tal-Istati Membri kkonċernati mill-emerġenza. Il-Kummissjoni, bi qbil mal-maniġers ta' kriżijiet, tista' tistieden lill-partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn sabiex jipparteċipaw. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-GCG ikun informat b'mod regolari dwar ix-xogħol imwettaq mill-grupp għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

    5.   L-Istati Membri u b'mod partikolari l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li:

    (a)

    ma tiġi introdotta l-ebda miżura li tirrestrinġi bla bżonn il-fluss tal-gass fi ħdan is-suq intern fi kwalunkwe ħin; b'mod partikolari l-fluss tal-gass lis-swieq affettwati;

    (b)

    ma għandha tiġi introdotta l-ebda miżura li probabbilment tipperikola serjament is-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass fi Stat Membru ieħor; u

    (c)

    l-aċċess transkonfinali għall-infrastruttura f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2009 jinżamm kemm jista' jkun mil-lat tekniku u ta' sikurezza fil-każ ta' emerġenza, skont il-pjan ta' emerġenza.

    6.   Fejn, fuq it-talba ta' awtorità kompetenti jew impriża tal-gass naturali jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tikkunsidra li, f'emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, azzjoni meħuda minn Stat Membru jew awtorità kompetenti jew l-imġiba ta' impriża tal-gass naturali tmur kontra l-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha titlob lil dak l-Istat Membru jew dik l-awtorità kompetenti sabiex jimmodifikaw l-azzjoni tagħhom jew sabiex jieħdu azzjoni biex jiżguraw konformità mal-paragrafu 5, filwaqt li tinformahom bir-raġunijiet għal dan. Għandha tingħata l-attenzjoni dovuta għall-ħtieġa li s-sistema tal-gass topera b'mod sikur f'kull ħin.

    Fi żmien tlett ijiem min-notifika tat-talba tal-Kummissjoni, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti għandhom jimmodifikaw l-azzjoni tagħhom u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan il-fatt jew għandhom jispjegaw lill-Kummissjoni r-raġunijiet għala ma jaqblux mat-talba. Fil-każ tal-aħħar, il-Kummissjoni tista', fi żmien tlett ijiem minn meta tiġi informata, temenda jew tirtira t-talba tagħha jew tiltaqa' mal-Istat Membru jew mal-awtorità kompetenti u, fejn il-Kummissjoni tqis li dan ikun meħtieġ, mal-GCG sabiex jikkunsidraw il-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-raġunijiet dettaljati tagħha għalfejn tkun talbet kwalunkwe modifika għall-azzjoni. L-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti għandhom jieħdu inkonsiderazzjoni b'mod sħiħ il-pożizzjoni tal-Kummissjoni. Fejn id-deċiżjoni finali tal-awtorità kompetenti jew tal-Istat Membru tiddevja mill-pożizzjoni tal-Kummissjoni, l-awtorità kompetenti jew l-Istat Membru għandhom jipprovdu r-raġunijiet li fuqu tkun ibbażata tali deċiżjoni.

    7.   Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-GCG, għandha tistabbilixxi lista ta' riserva permanenti għal task force ta' monitoraġġ li tikkonsisti minn esperti u rappreżentanti industrijali tal-Kummissjoni. It-task force ta' monitoraġġ tista' tiġi stazzjonata barra l-Unjoni meta jkun meħtieġ u għandha timmonitorja u tirrapporta dwar il-flussi tal-gass lejn l-Unjoni, b'kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fornituri u ta' transitu.

    8.   L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-ERCC tal-Kummissjoni l-informazzjoni dwar kwalunkwe ħtieġa ta' assistenza. L-ERCC għandu jivvaluta s-sitwazzjoni ġenerali u għandu jagħti parir dwar l-assistenza li għandha tiġi pprovduta lill-Istati Membri l-aktar affettwati, u fejn adatt lil pajjiżi terzi.

    Artikolu 13

    Solidarjetà

    1.   Jekk Stat Membru jkun talab l-applikazzjoni tal-miżura ta' solidarjetà skont dan l-Artikolu, Stat Membru li jkun direttament konness mal-Istat Membru rikjedenti jew, fejn l-Istat Membru jipprovdi hekk, l-awtorità kompetenti tiegħu jew l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni tiegħu jew l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni tiegħu għandhom jieħdu, sa fejn ikun possibbli mingħajr ma jinħolqu sitwazzjonijiet perikolużi, il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-provvista tal-gass lil klijenti għajr klijenti protetti mis-solidarjetà fit-territorju tiegħu titnaqqas jew ma tkomplix sa fejn ikun meħtieġ u dment li l-provvista ta' gass lil klijenti protetti mis-solidarjetà fl-Istat Membru rikjedenti ma tkunx sodisfatta. L-Istat Membru rikjedenti għandu jiżgura wkoll li l-volum ta' gass rilevanti jkun konsenjat effettivament lill-klijenti protetti mis-solidarjetà fit-territorju tiegħu.

    F'ċirkostanzi eċċezzjonali u fuq talba debitament raġunata mill-operatur rilevanti tas-sistema ta' trasmissjoni tal-elettriku jew tal-gass lill-awtorità kompetenti tiegħu, il-provvista tal-gass tista' tkompli wkoll għal ċerti impjanti kritiċi tal-enerġija li jitħaddmu bil-gass kif definit skont l-Artikolu 11(7) fl-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà jekk in-nuqqas ta' provvista tal-gass lil tali impjanti jista' jirriżulta f'dannu serju fil-funzjonament tas-sistema tal-elettriku jew jista' jfixkel il-produzzjoni u/jew it-trasportazzjoni tal-gass.

    2.   Stat Membru għandu wkoll jipprovdi l-miżura ta' solidarjetà lil Stat Membru ieħor li miegħu jkun konness permezz ta' pajjiż terz sakemm il-flussi ma jkunux ristretti permezz tal-pajjiż terz. Tali estensjoni tal-miżura għandha tkun soġġetta għall-ftehim tal-Istati Membri rilevanti, li għandhom jinvolvu, kif adatt, lill-pajjiż terz li permezz tiegħu huma jkunu konnessi.

    3.   Miżura ta' solidarjetà għandha titqies bħala l-aħħar għażla u għandha tapplika biss jekk l-Istat Membru rikjedenti:

    (a)

    ma kienx kapaċi jkopri n-nuqqas fil-provvista tal-gass għall-klijenti tiegħu protetti s-solidarjetà minkejja l-applikazzjoni tal-miżura msemmija fl-Artikolu 11(3);

    (b)

    ikun eżawrixxa l-miżuri kollha bbażati fuq is-suq u l-miżuri kollha previsti fil-pjan ta' emerġenza tiegħu;

    (c)

    ikun innotifika talba espliċita lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li magħhom huwa konness direttament jew skont il-paragrafu 2 permezz ta' pajjiż terz, akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-miżuri implimentati msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu;

    (d)

    ikun impenja ruħu li jħallas kumpens ġust minnufih lill-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà skont il-paragrafu 8.

    4.   Jekk ikun hemm aktar minn Stat Membru wieħed li jkun jista' jipprovdi s-solidarjetà lil Stat Membru rikjedenti, l-Istat Membru rikjedenti għandu, wara li jikkonsulta l-Istati Membri kollha meħtieġa li jipprovdu solidarjetà, ifittex l- offerta l-aktar vantaġġuża abbażi tal-ispejjeż, il-veloċità tal-konsenja, l-affidabbiltà u d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-gass. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu tali offerti abbażi ta' miżuri volontarji min-naħa tad-domanda sa fejn possibbli u għall-itwal żmien possibbli, qabel ma jirrikorru għal miżuri mhux ibbażati fuq is-suq.

    5.   Fejn miżuri bbażati fuq is-suq jirriżultaw insuffiċjenti għall-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà biex jindirizza n-nuqqas fil-provvista tal-gass lil klijenti protetti mis-solidarjetà fl-Istat Membru rikjedenti, l-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà jista' jintroduċi miżuri mhux ibbażati fuq is-suq sabiex jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

    6.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjedenti għandha tinforma immedjatament lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jipprovdu solidarjetà meta tiġi sodisfatta l-provvista tal-gass lil klijenti protetti mis-solidarjetà fit-territorju tiegħu jew fejn l-obbligi fil-paragrafi 1 u 2 jiġu, abbażi tal-ħtiġijiet tiegħu, imnaqqsa, jew fejn jiġu sospiżi fuq it-talba tal-Istat Membru li jirċievi solidarjetà.

    7.   L-obbligi stabbiliti fl-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw soġġetti għat-tħaddim teknikament sikur u affidabbli tas-sistema tal-gass ta' Stat Membru li jipprovdi solidarjetà u għal-limitu tal-kapaċità massima ta' esportazzjoni tal-interkonnessjoni tal-infrastruttura tal-Istat Membru rilevanti lejn l-Istat Membru rikjedenti. L-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji jistgħu jirriflettu tali ċirkostanzi b'mod partikolari dawk li taħthom is-suq ser jipprovdi sal-kapaċità massima tal-interkonnessjoni.

    8.   Is-solidarjetà taħt dan ir-Regolament għandha tiġi pprovduta abbażi ta' kumpens. L-Istat Membru li jitlob solidarjetà għandu jħallas minnufih jew jiżgura l-ħlas minnufih ta' kumpens ġust lill-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà. Tali kumpens ġust għandu jkopri mill-inqas:

    (a)

    il-gass konsenjat fit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti;

    (b)

    l-ispejjeż rilevanti u raġonevoli kollha l-oħra mġarrba meta tiġi pprovduta s-solidarjetà, inkluż, fejn xieraq, l-ispejjeż ta' tali miżuri li setgħu ġew stabbiliti minn qabel;

    (c)

    rimborż għal kwalunkwe kumpens li jirrizulta minn proċedimenti ġudizzjarji, proċedimenti ta' arbitraġġ jew proċedimenti simili u soluzzjonijiet u spejjeż relatati ta' tali proċedimenti li jinvolvu lill-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà fil-konfront ta' entitajiet involuti fl-għoti ta' tali solidarjetà.

    Kumpens ġust skont l-ewwel subparagrafu għandu jinkludi, fost l-oħrajn, l-ispejjeż raġonevoli kollha li l-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà jġarrab minn obbligu li jħallas kumpens minħabba d-drittijiet fundamentali garantiti mid-dritt tal-Unjoni u minħabba l-obbligi internazzjonali applikabbli meta jiġi implimentat dan l-Artikolu u spejjeż raġonevoli ulterjuri mġarrba mill-ħlas ta' kumpens skont regoli nazzjonali dwar il-kumpens.

    Sal-1 ta' Diċembru 2018, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa, b'mod partikolari l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji skont il-paragrafu 10, biex jiġu implimentati l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu. Tali miżuri jistgħu jipprevedu l-modalitajiet prattiċi għal ħlas minnufih.

    9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu f'konformità mat-Trattati, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-obbligi internazzjonali applikabbli. Huma għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għal dak l-għan.

    10.   Sal-1 ta' Diċembru 2018, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa, inkluż dawk miftiehma fl-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji, biex jiġi żgurat li l-gass jiġi pprovdut lil klijenti protetti mis-solidarjetà fl-Istat Membru rikjedenti f'konformità mal-paragrafi 1 u 2. L-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji għandhom jiġu miftiehma bejn l-Istati Membri li huma direttament konnessi jew, skont il-paragrafu 2, permezz ta' pajjiż terz, u għandhom jiġu deskritti fil-pjanijiet ta' emerġenza rispettivi tagħhom. Tali arranġamenti jistgħu jkopru, fost affarijiet oħra, l-elementi li ġejjin:

    (a)

    is-sikurezza operazzjonali tan-netwerks;

    (b)

    il-prezzijiet tal-gass li għandhom jiġu applikati u/jew il-metodoloġija għall-iffissar tal-prezzijiet, filwaqt li jittieħed kont tal-impatt fuq il-funzjonament tas-suq;

    (c)

    l-użu tal-interkonnessjonijiet, inkluż il-kapaċità bidirezzjonali u l-ħżin tal-gass taħt l-art;

    (d)

    il-volumi tal-gass jew il-metodoloġija għall-iffissar tal-volumi;

    (e)

    il-kategoriji tal-ispejjeż li jridu jiġu koperti permezz ta' kumpens ġust u fil-pront, li jistgħu jinkludu danni għall-industrija affettwata;

    (f)

    indikazzjoni tal-metodu li bih jista' jiġi kkalkulat kumpens ġust.

    L-arranġament finanzjarju miftiehem bejn l-Istati Membri qabel ma tintalab is-solidarjetà għandu jkun fih dispożizzjonijiet li jippermettu l-kalkolu tal-kumpens ġust tal-anqas għall-ispejjeż rilevanti u raġonevoli kollha mġarrba meta tiġi pprovduta solidarjetà u garanzija li tali kumpens ser jitħallas.

    Kwalunkwe mekkaniżmu ta' kumpens għandu jipprovdi inċentivi favur parteċipazzjoni f'soluzzjonijiet ibbażati fuq is-suq bħal irkanti u mekkaniżmi fin-naħa tad-domanda. M'għandux joħloq inċentivi perversi, inkluż fit-termini finanzjarji, għall-atturi tas-suq biex jipposponu l-azzjoni tagħhom sakemm jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq. Il-mekkaniżmi ta' kumpens kollha jew tal-inqas is-sommarju tagħhom għandu jiġi inkluż fil-pjani ta' emerġenza.

    11.   Sakemm Stat Membru jkun jista' jkopri l-konsum tal-gass għall-klijenti tiegħu protetti mis-solidarjetà mill-produzzjoni tiegħu stess, huwa għandu jkun eżentat mill-obbligu li jikkonkludi arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji ma' Stati Membri li magħhom huwa direttament konness jew, f'konformità mal-paragrafu 2, permezz ta' pajjiż terz, għall-fini li jirċievi s-solidarjetà. Tali eżenzjoni m'għandhiex taffettwa l-obbligu tal-Istat Membru rilevanti li jipprovdi solidarjetà lil Stati Membri oħra skont dan l-Artikolu.

    12.   Sal-1 ta' Diċembru 2017, u wara li tkun ikkonsultat il-GCG, il-Kummissjoni għandha tagħti gwida mhux legalment vinkolanti għall-elementi prinċipali tal-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji speċjalment dwar kif jiġu applikati fil-prattika l-elementi deskritti fil-paragrafi 8 u 10.

    13.   Fejn Stati Membri ma jaqblux dwar l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji meħtieġa sal-1 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, tista' tipproponi qafas għal tali miżuri li jistipula l-prinċipji meħtieġa biex dawn isiru operattivi li għandu jkun ibbażat fuq il-gwida tal-Kummissjoni stipulata fil-paragrafu 12. L-Istati Membri għandhom jiffinalizzaw l-arranġamenti tagħhom sal-1 ta' Diċembru 2018 billi jikkunsidraw bl-akbar attenzjoni l-proposta tal-Kummissjoni.

    14.   L-applikabbiltà ta' dan l-Artikolu m'għandhiex tkun affettwata jekk l-Istati Membri ma jaqblux jew ma jiffinalizzawx l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji tagħhom. F'tali sitwazzjoni l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaqblu dwar il-miżuri ad hoc meħtieġa u l-Istat Membru li jitlob solidarjetà għandu jagħti impenn f'konformità mal-punt (d) tal-paragrafu 3.

    15.   L-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jibqgħu japplikaw immedjatament wara d-dikjarazzjoni tat-tmiem ta' emerġenza jew wara li l-Kummissjoni tikkonkludi, f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(8) li d-dikjarazzjoni ta' emerġenza mhijiex jew m'għadhiex ġustifikata.

    16.   Fejn l-Unjoni ġġarrab spejjeż minħabba kwalunkwe responsabbiltà, għajr atti illegali jew kondotta illegali skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 tat-TFUE, fir-rigward ta' miżuri li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu skont dan l-Artikolu, dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimborżati lilha mill-Istat Membru li jirċievi s-solidarjetà.

    Artikolu 14

    Skambju tal-informazzjoni

    1.   Fejn Stat Membru jkun iddikjara xi wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1), l-impriżi tal-gass naturali kkonċernati għandhom kuljum iqiegħdu b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat:

    (a)

    it-tbassir dwar id-domanda u l-provvista ta' kuljum għall-gass għat-tlitt ijiem sussegwenti, f'miljuni ta' metri kubiċi kuljum (mcm/d);

    (b)

    il-fluss ta' gass ta' kuljum fil-punti kollha ta' dħul u ħruġ transkonfinali kif ukoll il-punti kollha li jikkonnettjaw faċilità ta' produzzjoni, faċilità ta' ħżin jew terminal LNG man-netwerk, f'miljuni ta' metri kubiċi kuljum (mcm/d);

    (c)

    il-perijodu, indikat fi ġranet, li għalih huwa mistenni li tkun tista' tiġi ggarantita l-provvista tal-gass lill-klijenti protetti.

    2.   Fil-każ ta' emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' titlob li l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 tipprovdilha mingħajr dewmien tal-inqas:

    (a)

    l-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1;

    (b)

    informazzjoni dwar il-miżuri ppjanati li għandhom isiru u dawk diġà implimentati mill-awtorità kompetenti sabiex tittaffa l-emerġenza, u l-informazzjoni dwar l-effikaċja tagħhom;

    (c)

    it-talbiet li saru għal miżuri addizzjonali li għandhom jittieħdu minn awtoritajiet kompetenti oħrajn;

    (d)

    il-miżuri implimentati fuq it-talba ta' awtoritajiet kompetenti oħrajn.

    3.   Wara emerġenza, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara t-tneħħija tal-emerġenza, valutazzjoni ddettaljata tal-emerġenza u l-effikaċja tal-miżuri implimentati, inkluż valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-emerġenza, l-impatt fuq is-settur tal-elettriku u l-assistenza pprovduta lill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jew riċevuta minnhom. Tali valutazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-GCG u għandha tiġi riflessa fl-aġġornamenti tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza.

    Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-valutazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti u għandha tinforma lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass bir-riżultati tal-analiżi tagħha f'forma aggregata.

    4.   F'ċirkostanzi debitament ġustifikati, irrispettivament minn dikjarazzjoni ta' emerġenza, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-aktar affettwat tista' tirrikjedi li l-impriżi tal-gass naturali jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew l-informazzjoni addizzjonali neċessarja sabiex tkun tista' tivvaluta s-sitwazzjoni ġenerali tal-provvista tal-gass fl-Istat Membru jew fi Stati Membri oħrajn, inkluża l-informazzjoni kuntrattwali, għajr l-informazzjoni dwar il-prezz. Il-Kummissjoni tista' titlob mill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni pprovduta mill-impriżi tal-gass naturali taħt dan il-paragrafu, dment li l-istess informazzjoni ma tkunx intbagħtet diġà lill-Kummissjoni.

    5.   Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-provvista tal-gass fl-Unjoni jew f'parti mill-Unjoni tkun f'riskju jew probabbilment tkun f'riskju li jista' jwassal għad-dikjarazzjoni ta' wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmijin fl-Artikolu 11(1), hija tista' titlob lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati biex jiġbru u jippreżentaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass. Il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-valutazzjoni tagħha mal-GCG.

    6.   Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jivvalutaw is-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-provvista f'livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni, kull impriża tal-gass naturali għandha tinnotifika:

    (a)

    lill-awtorità kompetenti kkonċernata, id-dettalji li ġejjin tal-kuntratti għal forniment tal-gass b'dimensjoni transkonfinali u tul ta' żmien ta' aktar minn sena li hija tkun ikkonkludiet biex takkwista l-gass:

    (i)

    it-tul ta' żmien tal-kuntratt;

    (ii)

    il-volumi kuntrattati annwalment;

    (iii)

    il-volumi massimi ta' kuljum ikkuntrattati fil-każ ta' allert jew emerġenza;

    (iv)

    il-punti ta' konsenja kkuntrattati;

    (v)

    il-volumi ta' gass minimi ta' kuljum u ta' kull xahar;

    (vi)

    il-kondizzjonijiet għas-sospensjoni tal-konsenji ta' gass;

    (vii)

    indikazzjoni jekk il-kuntratt individwalment jew b'mod kumulattiv mal-kuntratti tagħha mal-istess fornitur jew l-affiljati tiegħu huwiex ekwivalenti jew jaqbiżx il-limitu ta' 28 % kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 6 fl-Istat Membru l-aktar affettwat.

    (b)

    lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-aktar affettwat immedjatament wara l-konklużjoni jew il-modifika tal-kuntratti għal forniment tal-gass tagħha li jkunu itwal minn sena konklużi jew modifikati fi jew wara l-1 ta' Novembru 2017 li individwalment jew b'mod kumulattiv ma' kuntratti tagħha mal-istess fornitur jew l-affiljati tiegħu jkunu ekwivalenti għal 28 % jew aktar tal-konsum tal-gass naturali fis-sena f'dak l-Istat Membru li għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-aktar data reċenti disponibbli. Barra minn hekk, sat-2 ta' Novembru 2018 l-impriżi tal-gass naturali għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bil-kuntratti eżistenti kollha li jissodisfaw l-istess kondizzjonijiet. L-obbligu ta' notifika ma għandux ikopri informazzjoni dwar il-prezz u ma għandux japplika għall-modifiki relatati biss mal-prezz tal-gass. L-obbligu ta' notifika għandu japplika wkoll għall-ftehimiet kummerċjali kollha li huma rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt għal forniment tal-gass eskluża l-informazzjoni dwar il-prezz.

    L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-data elenkata fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni f'forma anonimizzata. F'każ li jkunu qed jiġu konklużi kuntratti ġodda jew ikunu qed isiru bidliet f'kuntratti eżistenti, is-sett kollu tad-data għandu jiġi nnotifikat sal-aħħar ta' Settembru tas-sena rilevanti. Fejn l-awtorità kompetenti jkollha dubji dwar jekk kuntratt partikolari miksub taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jqegħidx is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membru jew reġjun f'riskju, hija għandha tinnotifika l-kuntratt lill-Kummissjoni.

    7.   F'ċirkostanzi debitament iġġustifikati mill-ħtieġa li tiġi ggarantita t-trasparenza ta' kuntratti għal forniment tal-gass prinċipali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass, u fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-aktar affettwat jew il-Kummissjoni tikkunsidra li kuntratt għal forniment tal-gass jista' jipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membru, ta' reġjun jew tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew il-Kummissjoni tista' titlob lill-impriża tal-gass naturali biex tipprovdi l-kuntratt, eskluża l-informazzjoni dwar il-prezz, għall-valutazzjoni tal-impatt tiegħu fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass. It-talba għandha tkun raġunata u tista' tkopri wkoll dettalji ta' kwalunkwe ftehim kummerċjali ieħor li huwa rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt għal forniment tal-gass eskluża l-informazzjoni dwar il-prezz. Din il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi l-proporzjonalità tal-piż amministrattiv involut.

    8.   L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni abbażi tal-punt (b) tal-paragrafu 6 jew il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu għandhom jivvalutaw l-informazzjoni li jirċievu għall-finijiet tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fi żmien tliet xhur u għandhom jippreżentaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni.

    9.   L-awtorità kompetenti għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-informazzjoni li tirċievi skont dan l-Artikolu fit-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju, il-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza jew l-aġġornamenti rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni tista' tadotta opinjoni li tipproponi lill-awtorità kompetenti biex temenda l-valutazzjonijiet tar-riskju jew il-pjanijiet abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont dan l-Artikolu. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tagħmel rieżami tal-valutazzjoni tar-riskju u l-pjanijiet ikkonċernati mit-talba skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 8(9).

    10.   Sat-2 ta' Mejju 2019, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur minn impriżi tal-gass naturali tal-paragrafi 6 jew 7 ta' dan l-Artikolu, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    11.   Għall-fini ta' dan l-Artikolu, “l-Istat Membru l-aktar affettwat” għandha tfisser Stat Membru fejn parti kontraenti ta' kuntratt partikolari jkollha l-biċċa l-kbira tal-bejgħ tal-gass jew tal-klijenti tagħha.

    12.   Il-kuntratti jew l-informazzjoni kuntrattwali kollha riċevuti abbażi tal-paragrafi 6 u 7 kif ukoll il-valutazzjonijiet rispettivi mill-awtoritajiet kompetenti jew il-Kummissjoni għandhom jibqgħu kunfidenzjali. L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità sħiħa.

    Artikolu 15

    Segretezza Professjonali

    1.   Kwalunkwe informazzjoni kummerċjalment sensittiva riċevuta, skambjata jew mibgħuta skont l-Artikolu 14(4), (5), (6), (7) u (8) u l-Artikolu 18 eskluż ir-riżultati tal-valutazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14(3) u (5) għandha tkun kunfidenzjali u soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbilita f'dan l-Artikolu.

    2.   L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni li ġejjin, li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali f'konformità ma' dan ir-Regolament:

    (a)

    persuni li jaħdmu jew li kienu jaħdmu mal-Kummissjoni;

    (b)

    awdituri u esperti mogħtija struzzjonijiet mill-Kummissjoni;

    (c)

    persuni li jaħdmu jew li kienu jaħdmu mal-awtoritajiet kompetenti u mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew ma' awtoritajiet rilevanti oħrajn;

    (d)

    awdituri u esperti mogħtija struzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti u mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew minn awtoritajiet rilevanti oħrajn.

    3.   Mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti mil-liġi kriminali, għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' dan ir-Regolament jew għal liġi rilevanti oħra tal-Unjoni, l-informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu l-persuni msemmija fil-paragrafu 2 matul il-qadi ta' dmirijiethom ma tista' tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra, ħlief f'forma mqassra jew aggregata b'tali mod li parteċipant individwali fis-suq jew suq individwali ma jkunx jista' jiġi identifikat.

    4.   Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-korpi jew il-persuni li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament jistgħu jużaw l-informazzjoni kunfidenzjali biss fil-qadi ta' dmirijiethom u għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Awtoritajiet, korpi, jew persuni oħrajn jistgħu jużaw dik l-informazzjoni għall-fini li għalih kienet ipprovduta lilhom jew fil-kuntest ta' proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji speċifikament relatati mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.

    Artikolu 16

    Kooperazzjoni mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija

    1.   Fejn l-Istati Membri u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jikkooperaw fil-proċess tal-istabbiliment tal-valutazzjonijiet tar-riskju u tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza, tali kooperazzjoni tista' tinkludi, b'mod partikolari, l-identifikazzjoni tal-interazzjoni u l-korrelazzjoni tar-riskji u l-konsultazzjonijiet bl-għan li tiġi żgurata l-konsistenza tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza tul il-fruntiera kollha.

    2.   F ir-rigward ta' paragrafu 1, il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jistgħu jipparteċipaw fil-GCG fuq stedina mill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet kollha ta' interess komuni.

    Artikolu 17

    Monitoraġġ mill-Kummissjoni

    Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ kontinwu ta' miżuri għas-sigurtà tal-provvista tal-gass u għandha tirrapporta b'mod regolari lill-GCG.

    Il-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 8(7) għandha tasal, sal-1 ta' Settembru 2023, għall-konklużjonijiet rigward il-mezzi possibbli biex iżżid is-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell tal-Unjoni u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż, fejn adatt, il-proposti leġislattivi biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

    Artikolu 18

    Notifiki

    Il-valutazzjoni tar-riskju, il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva, il-pjanijiet ta' emerġenza u d-dokumenti l-oħrajn kollha għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni b'mod elettroniku permezz tal-pjattaforma CIRCABC.

    Il-korrispondenza kollha b'rabta ma' notifika għandha tintbagħat b'mod elettroniku.

    Artikolu 19

    Eżerċizzju tad-delega

    1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(8), fl-Artikolu 7(5) u fl-Artikolu 8(5) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Novembru 2017. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem l-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi tal-istess tul ta' żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

    3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(8), l-Artikolu 7(5) u l-Artikolu 8(5) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar 'il quddiem speċifikata fiha. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

    4.   Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

    5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.   Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikolu 3(8), l-Artikolu 7(5) u l-Artikolu 8(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f'perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 20

    Deroga

    1.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal Malta u Ċipru dment li ma jiġi pprovdut l-ebda gass fit-territorji rispettivi tagħhom. Għal Malta u Ċipru, l-obbligi stabbiliti, u l-għażliet li dawk l-Istati Membri huma intitolati li jagħmlu, skont id-dispożizzjonijiet segwenti għandhom jitwettqu u jsiru fiż-żmien speċifikat ikkalkulat mid-data meta l-gass ikun ipprovdut għall-ewwel darba fit-territorji rispettivi tagħhom:

    (a)

    għall-punt 5 tal-Artikolu 2, l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 7(5) u l-punt (a) tal-Artikolu 14(6): 12-il xahar;

    (b)

    għall-Artikolu 6(1): 18-il xahar;

    (c)

    għall-Artikolu 8(7): 24 xahar;

    (d)

    għall-Artikolu 5(4): 36 xahar;

    (e)

    għall-Artikolu 5(1): 48 xahar.

    Sabiex jonoraw l-obbligu msemmi fl-Artikolu 5(1), Malta u Ċipru jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), inkluż billi jużaw miżuri fin-naħa tad-domanda u mhux ibbażati fuq is-suq.

    2.   Obbligi relatati mal-ħidma tal-gruppi ta' riskju stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 fir-rigward tal-gruppi ta' riskju tal-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran għandhom jibdew japplikaw mid-data meta l-infrastruttura/pipeline prinċipali jibda jitħaddem bi prova.

    3.   Dment li l-Iżvezja jkollha aċċess għall-gass permezz ta' interkonnessjonijiet esklużivament mid-Danimarka bħala l-uniku sors ta' gass tagħha u l-uniku fornitur possibbli ta' solidarjetà tagħha, id-Danimarka u l-Iżvezja għandhom ikunu eżentati mill-obbligu msemmi fl-Artikolu 13(10) li jikkonkludu arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji għall-fini li l-Iżvezja tipprovdi solidarjetà lid-Danimarka. Dan ma għandux jaffettwa l-obbligu li d-Danimarka tipprovdi solidarjetà u li tikkonkludi l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji meħtieġa għal dak l-għan skont l-Artikolu 13.

    Artikolu 21

    Tħassir

    Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 huwa mħassar.

    Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IX.

    Artikolu 22

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fir-raba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2017.

    Madankollu, l-Artikolu 13(1) sa (6), l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 13(8), u l-Artikolu 13(14) u (15) għandhom japplikaw mill-1 ta' Diċembru 2018.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Ottubru 2017.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    A. TAJANI

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MAASIKAS


    (1)  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 70.

    (2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2017… (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2017.

    (3)  Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

    (4)  Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

    (5)  Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15).

    (7)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36).

    (8)  Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 1).

    (9)  Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).

    (10)  Id-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà fil-provvista tal-elettriku u tal-investiment fl-infrastruttura (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 22).

    (11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).

    (12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 tas-26 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Ibbilanċjar tal-Gass tan-Netwerks ta' Trażmissjoni (ĠU L 91, 27.3.2014, p. 15).

    (13)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    (14)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).


    ANNESS I

    Kooperazzjoni reġjonali

    Il-gruppi ta' riskju tal-Istati Membri li jservu bħala l-bażi għall-kooperazzjoni assoċjata mar-riskju msemmija fl-Artikolu 3(7) huma dawn li ġejjin:

    1.

    Gruppi ta' riskju tal-provvista tal-gass tal-Lvant:

    (a)

    L-Ukrajna: il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Kroazja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja;

    (b)

    Il-Belarussja: il-Belġju, ir-Repubblika Ċekail-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, is-Slovakkja;

    (c)

    Il-Baħar Baltiku: il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, is-Slovakkja, l-Iżvezja;

    (d)

    Il-Grigal: l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja;

    (e)

    Trans-Balkani: il-Bulgarija, il-Greċja, ir-Rumanija.

    2.

    Gruppi ta' riskju tal-provvista tal-gass tal-Baħar tat-Tramuntana:

    (a)

    in-Norveġja: il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall, l-Iżvezja, ir-Renju Unit;

    (b)

    Gass klorifiku baxx: il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, in-Netherlands;

    (c)

    id-Danimarka: id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Iżvezja;

    (d)

    ir-Renju Unit: il-Belġju, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, in-Netherlands, ir-Renju Unit.

    3.

    Gruppi ta' riskju tal-provvista tal-gass tal-Afrika ta' Fuq:

    (a)

    l-Alġerija: il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja;

    (b)

    il-Libja: il-Kroazja, l-Italja, Malta, l-Awstrija, is-Slovenja.

    4.

    Gruppi ta' riskju tal-provvista tal-gass tax-Xlokk:

    (a)

    Il-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar — Kaspju: il-Bulgarija, il-Greċja, il-Kroazja, l-Italja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja;

    (b)

    Il-Lvant tal-Mediterran: il-Greċja, l-Italja, Ċipru, Malta.


    ANNESS II

    Kalkolu tal-formula N – 1

    1.   Definizzjoni tal-formula N – 1

    Il-formula N – 1 tiddeskrivi l-ħila tal-kapaċità teknika tal-infrastruttura tal-gass li tissodisfa d-domanda totali ta' gass fiż-żona kkalkolata f'każ ta' interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass matul ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li għandha probabbiltà statistika li sseħħ darba kull 20 sena.

    L-infrastruttura tal-gass għandha tkopri n-netwerk tat-trasmissjoni tal-gass inklużi l-interkonnessjonijiet, kif ukoll il-faċilitajiet ta' produzzjoni, LNG u ħżin konnessi maż-żona kkalkolata.

    Il-kapaċità teknika tal-kumplament tal-infrastruttura tal-gass kollha disponibbli f'każ ta' interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass trid għandha tal-inqas daqs it-total tad-domanda ta' gass ta' kuljum taż-żona kkalkolata waqt ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li għandha probabbiltà statistika li sseħħ darba kull 20 sena.

    Ir-riżultati tal-formula N – 1, kif ikkalkolati hawn taħt, għandhom tal-inqas ikunu ugwali għal 100 %.

    2.   Metodu ta' kalkolu tal-formula N – 1

    Formula, N – 1 ≥ 100 %

    Il-parametri użati għall-kalkolu għandhom ikunu deskritti u ġustifikati b'mod ċar.

    Għall-kalkolu tal-EPm, għandha tiġi pprovduta lista dettaljata tal-punti ta' dħul u l-kapaċità individwali tagħhom.

    3.   Definizzjonijiet tal-parametri tal-formula N – 1

    “Żona kkalkolata” tfisser żona ġeografika li għaliha hija kkalkolata l-formula N – 1, kif iddeterminat mill-awtorità kompetenti.

    Definizzjoni fin-naħa tad-domanda

    “Dmax” tfisser it-total tad-domanda ta' gass ta' kuljum (f'mcm/d) taż-żona kkalkolata waqt ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li għandha probabbiltà statistika li sseħħ darba kull 20 sena.

    Definizzjonijiet tan-naħa tal-provvista

     

    “EPm”: kapaċità teknika ta' punti ta' dħul (f'mcm/d), minbarra l-faċilitajiet ta' produzzjoni, LNG u ħżin koperti b'Pm, LNGm u Sm, tfisser it-total tal-kapaċità teknika tal-punti kollha ta' dħul tal-fruntiera li huma kapaċi jipprovdu gass liż-żona kkalkolata.

     

    “Pm”: kapaċità massimali tal-produzzjoni teknika (f'mcm/d) tfisser it-total tal-kapaċità massimali tal-produzzjoni teknika ta' kuljum tal-faċilitajiet kollha tal-produzzjoni tal-gass li jista' jitwassal sal-punti ta' dħul fiż-żona kkalkolata.

     

    “Sm”: kapaċità teknika massimali ta' twassil ta' ħżin (f'mcm/d) tfisser it-total tal-kapaċità massimali tal-irtirar tekniku ta' kuljum tal-faċilitajiet kollha ta' ħżin li tista' titwassal lejn il-punti ta' dħul taż-żona kkalkolata, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi fiżiċi rispettivi tagħhom.

     

    “LNGm”: kapaċità massimali tal-faċilità teknika tal-LNG (f'mcm/d) tfisser it-total tal-kapaċitajiet tekniċi massimali tal-bgħit ta' kuljum mill-faċilitajiet kollha tal-LNG fiż-żona kkalkolata, filwaqt li jitqiesu l-elementi kritiċi bħall-ħatt, is-servizzi anċillari, il-ħżin temporanju u r-rigassifikazzjoni tal-LNG kif ukoll kapaċità ta' bgħit teknika lejn is-sistema.

     

    “Im” tfisser il-kapaċità teknika tal-akbar infrastruttura unika tal-gass (f'mcm/d) bl-ogħla kapaċità li tipprovdi liż-żona kkalkolata. Meta diversi infrastrutturi tal-gass ikunu konnessi ma' infrastruttura tal-gass komuni upstream jew downstream u ma jistgħux jitħaddmu separatament, dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala infrastruttura unika tal-gass.

    4.   Kalkolu tal-formula N – 1 bl-użu tal-miżuri fin-naħa tad-domanda

    Formula, N – 1 ≥ 100 %

    Definizzjoni fin-naħa tad-domanda

    “Deff” tfisser il-parti (f'mcm/d) ta' Dmax li f'każ ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass tista' tiġi koperta biżżejjed u fil-ħin b'miżuri fin-naħa tad-domanda u bbażati fuq is-suq f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 5(2).

    5.   Kalkolu tal-formula N – 1 f'livell reġjonali

    Iż-żona kkalkolata msemmija fil-punt 3 għandha tiġi estiża għal-livell reġjonali adatt, fejn ikun applikabbli, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. Il-kalkolu jista' jiġi estiż ukoll għal-livell reġjonali tal-grupp ta' riskju, jekk dan jintlaħaq qbil dwaru mal-awtoritajiet kompetenti tal-grupp ta' riskju. Għall-kalkolu tal-formula N – 1 f'livell reġjonali, għandha tintuża l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni. L-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għal reġjun għandha tkun l-ikbar infrastruttura tal-gass fir-reġjun li direttament jew indirettament tikkontribwixxi għall-provvista tal-gass tal-Istati Membri ta' dak ir-reġjun u għandha tiġi ddefinita fil-valutazzjoni tar-riskju.

    Il-kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell reġjonali jista' jissostitwixxi l-kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell nazzjonali biss fejn l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni hija ta' importanza kbira għall-provvista tal-gass għall-Istati Membri kollha kkonċernati skont il-valutazzjoni tar-riskju komuni.

    Fil-livell tal-grupp ta' riskju, għall-kalkoli msemmija fl-Artikolu 7(4), għandha tintuża l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għall-gruppi ta' riskju kif elenkata fl-Anness I.


    ANNESS III

    Kapaċità bidirezzjonali permanenti

    1.

    Għall-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Anness, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista' taġixxi bħala l-awtorità kompetenti jekk l-Istat Membru jiddeċiedi hekk.

    2.

    Sabiex issir operattiva jew tittejjeb il-kapaċità bidirezzjonali fuq interkonnessjoni jew sabiex tinkiseb jew tiġi estiża eżenzjoni minn dak l-obbligu, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni fuq iż-żewġ naħat tal-interkonnessjoni għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom (“l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati”) u lill-awtoritajiet regolatorji tagħhom (“l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati”) wara konsultazzjoni mal-operaturi kollha tas-sistema ta' trasmissjoni potenzjalment ikkonċernati:

    (a)

    proposta sabiex issir operattiva kapaċità fiżika permanenti biex jiġi ttrasportat il-gass fiż-żewġ direzzjonijiet għal kapaċità bidirezzjonali permanenti li tikkonċerna d-direzzjoni opposta (“kapaċità fiżika ta' fluss fid-direzzjoni opposta”); jew

    (b)

    talba għal eżenzjoni mill-obbligu li ssir operattiva kapaċità bidirezzjonali.

    L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jagħmlu ħilithom biex jippreżentaw proposta konġunta jew talba għal eżenzjoni. Fil-każ ta' proposta biex ssir operattiva kapaċità bidirezzjonali, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni jistgħu jagħmlu proposta motivata għal allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż. Tali preżentazzjoni għandha ssir sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru 2018 għall-interkonnessjonijiet kollha li jkunu jeżistu fl-1 ta' Novembru 2017, u wara li titlesta l-fażi tal-istudju tal-fattibbiltà iżda qabel il-bidu tal-fażi tad-disinn tekniku dettaljat għal interkonnessjonijiet ġodda.

    3.

    Malli jirċievu l-proposta jew it-talba għal eżenzjoni, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkonsultaw mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti u, fejn dawn ma jkunux l-awtoritajiet kompetenti, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tal-Istat Membru li jista', skont il-valutazzjoni tar-riskju, jibbenefika mill-kapaċità ta' fluss fid-direzzjoni opposta, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar il-proposta jew it-talba għal eżenzjoni. L-awtoritajiet ikkonsultati jistgħu jagħtu opinjoni fi żmien erba' xhur minn meta jirċievu t-talba għall-konsultazzjoni.

    4.

    Fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu l-proposta konġunta, skont l-Artikolu 5(6) u (7), l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom jieħdu deċiżjonijiet koordinati, wara li jikkonsultaw l-promoturi tal-proġetti kkonċernati, dwar l-allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż ta' investiment li għandhom jiġġarrbu minn kull operatur tas-sistema ta' trasmissjoni tal-proġett. Fejn l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati ma jkunux laħqu ftehim sa dik l-iskadenza, huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati mingħajr dewmien.

    5.

    L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju, l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 5(5) ta' dan ir-Regolament, l-opinjonijiet li jirċievu wara l-konsultazzjoni skont il-punt 3 ta' dan l-Anness u b'kunsiderazzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u l-kontribut għas-suq intern tal-gass, jieħdu deċiżjoni koordinata. Dik id-deċiżjoni koordinata għandha tittieħed fi żmien xahrejn. Il-perijodu ta' xahrejn għandu jibda jgħodd wara l-perijodu ta' erba' xhur allokat għall-opinjonijiet imsemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness, sakemm l-opinjonijiet kollha ma jkunux ġew riċevuti qabel, jew wara l-perijodu ta' sitt xhur imsemmi fil-punt 4 ta' dan l-Anness għall-awtoritajiet regolatorji kkonċernati biex jadottaw deċiżjoni koordinata. Id-deċiżjoni koordinata għandha:

    (a)

    taċċetta l-proposta għal kapaċità bidirezzjonali. Tali deċiżjoni għandu jkun fiha analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti għall-użu sussegwenti tagħha u għandha tkun akkumpanjata mid-deċiżjoni koordinata dwar l-allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż imsemmija fil-punt 4 u għandha titħejja mill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati;

    (b)

    tagħti jew testendi eżenzjoni temporanja għal perijodu massimu ta' erba' snin jekk l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji inkluża fid-deċiżjoni turi li l-kapaċità ta' fluss fid-direzzjoni opposta ma żżid is-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-ebda Stat Membru rilevanti jew jekk l-ispejjeż ta' investiment jaqbżu b'mod sinifikanti l-benefiċċji prospettivi għas-sigurtà tal-provvista tal-gass; jew

    (c)

    tirrikjedi lill-operaturi ta' sistemi ta' trasmissjoni jemendaw u jippreżentaw mill-ġdid il-proposta jew it-talba għal eżenzjoni tagħhom f'perijodu massimu ta' erba' xhur.

    6.

    L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jippreżentaw mingħajr dewmien id-deċiżjoni koordinata lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu taw opinjoni f'konformità mal-punt 3, lill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni u jinkludu l-opinjonijiet li jkunu rċevew wara l-konsultazzjoni skont il-punt 3.

    7.

    Fi żmien xahrejn minn meta jirċievu d-deċiżjoni koordinata, l-awtoritajiet kompetenti msemmijin fil-punt 6 jistgħu jippreżentaw l-oġġezzjonijiet tagħhom għad-deċiżjoni koordinata u jippreżentawhom lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati li jadottawhom, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni. L-oġġezzjonijiet għandhom ikunu limitati għal fatti u valutazzjoni, b'mod partikolari allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż li ma kinitx soġġetta għal konsultazzjoni skont il-punt 3.

    8.

    Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi d-deċiżjoni koordinata skont il-punt 6, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni dwar l-elementi tad-deċiżjoni koordinata filwaqt li tieħu inkonsiderazzjoni kwalunkwe oġġezzjoni possibbli u tippreżenta l-opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha u lill-awtoritajiet kompetenti msemmijin fil-punt 6 u lill-Kummissjoni.

    9.

    Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija skont il-punt 8, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni li titlob modifiki għad-deċiżjoni koordinata. Kwalunkwe tali deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tittieħed abbażi tal-kriterji stipulati fil-punt 5, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-awtoritajiet ikkonċernati u l-opinjoni tal-Aġenzija. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkonformaw mat-talba tal-Kummissjoni billi jemendaw id-deċiżjoni tagħhom fi żmien erba' ġimgħat.

    Fil-każ li l-Kummissjoni ma taġixxix fil-perijodu ta' erba' xhur imsemmi hawn fuq, għandu jitqies li hija ma qajmet l-ebda oġġezzjoni għad-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

    10.

    Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkunx jistgħu jadottaw deċiżjoni koordinata sal-iskadenza stabbilita fil-punt 5 jew jekk l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati ma jkunux jistgħu jilħqu qbil dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż sal-iskadenza stabbilita fil-punt 4, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-jum ta' wara l-iskadenza. Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni possibbli mal-Aġenzija, għandha tadotta deċiżjoni li tkopri l-elementi kollha ta' deċiżjoni koordinata elenkati fil-punt 5 bl-eċċezzjoni ta' allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż u għandha tippreżenta dik id-deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u lill-Aġenzija.

    11.

    Jekk id-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont il-punt 10 ta' dan l-Anness tirrikjedi kapaċità bidirezzjonali, l-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni li tkopri l-allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż f'konformità mal-Artikolu 5(7) ta' dan ir-Regolament fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Qabel tieħu tali deċiżjoni, l-Aġenzija għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet regolatorji kkonċernati u mal-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni. Il-perijodu ta' tliet xhur jista' jiġi estiż b'perijodu addizzjonali ta' xahrejn fejn l-Aġenzija jkollha titlob informazzjoni addizzjonali. Il-perijodu addizzjonali għandu jibda fil-jum wara r-riċezzjoni tal-informazzjoni kompluta.

    12.

    Il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

    13.

    L-eżenzjonijiet mill-obbligu li ssir operattiva kapaċità bidirezzjonali mogħtija taħt ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 għandhom jibqgħu validi sakemm il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat l-ieħor ma jitlobx reviżjoni jew sakemm ma jiskadix il-perijodu ta' żmien tagħhom.


    ANNESS IV

    Mudell għall-valutazzjoni tar-riskju komuni

    Il-mudell li ġej għandu jimtela b'lingwa miftiehma fil-grupp ta' riskju.

    Informazzjoni ġenerali

    L-Istati Membri fil-grupp ta' riskju

    L-isem tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju (1)

    1.   Deskrizzjoni tas-sistema

    Agħti deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-gass tal-grupp ta' riskju, li tkopri:

    (a)

    iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass (2): il-konsum finali annwali tal-gass (bcm) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti (3), l-ogħla domanda (total u tqassim skont il-kategorija ta' klijenti f'mcm/d);

    (b)

    deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-gass fil-grupp ta' riskju: il-flussi ewlenin (dħul/ħruġ/transitu), il-kapaċità tal-punti ta' dħul/ħruġ tal-infrastruttura lejn u barra mir-reġjun u għal kull Stat Membru, inkluż ir-rata ta' użu, il-faċilitajiet tal-LNG (il-kapaċità massimali ta' kuljum, ir-rata ta' użu u r-reġim ta' aċċess), eċċ.;

    (c)

    tqassim, sa fejn possibbli, tas-sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini (4);

    (d)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-faċilitajiet ta' ħżin rilevanti għall-grupp ta' riskju, inkluż aċċess transkonfinali:

    (i)

    il-kapaċità ta' ħżin (gass totali u gass attiv) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;

    (ii)

    il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment fil-livell ta' ħażniet sħaħ u l-livell tal-aħħar tal-istaġun);

    (e)

    deskrizzjoni tar-rwol ta' produzzjoni domestika fil-grupp ta' riskju:

    (i)

    il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;

    (ii)

    il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum;

    (f)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali).

    2.   Standard tal-infrastruttura (Artikolu 5)

    Iddeskrivi l-kalkoli tal-formula jew formuli N – 1 f'livell reġjonali għall-grupp ta' riskju, jekk ikun hemm qbil dwar dan mal-awtoritajiet kompetenti tal-grupp ta' riskju, u l-kapaċitajiet bidirezzjonali eżistenti, kif ġej:

    (a)

    Formula N – 1

    (i)

    l-identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għall-grupp ta' riskju;

    (ii)

    il-kalkolu tal-formula N – 1 f'livell reġjonali;

    (iii)

    deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);

    (iv)

    indikazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);

    (b)

    kapaċità bidirezzjonali

    (i)

    indika l-punti ta' interkonnessjoni mgħammra bil-kapaċità bidirezzjonali u l-kapaċità massimali ta' flussi bidirezzjonali;

    (ii)

    indika l-arranġamenti li jirregolaw l-użu tal-kapaċità ta' fluss fid-direzzjoni opposta (eż. kapaċità interrompibbli);

    (iii)

    indika l-punti ta' interkonnessjoni fejn tkun ingħatat eżenzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(4), it-tul tal-eżenzjoni u r-raġunijiet li għaliha ngħatat.

    3.   Identifikazzjoni tar-riskji

    Iddeskrivi l-akbar riskju transnazzjonali li għalih inħoloq il-grupp kif ukoll il-fatturi ta' riskju f'diversi okkażjonijiet li jistgħu jwasslu sabiex jimmaterjalizza ruħu dak ir-riskju, il-probabbiltà li jseħħu l-konsegwenzi tagħhom.

    Lista mhux eżawrjenti tal-fatturi ta' riskju li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni jekk applikabbli biss skont l-awtorità kompetenti rilevanti:

    (a)

    politiku

    interruzzjoni tal-provvista tal-gass minn pajjiżi terzi minħabba raġunijiet differenti,

    inkwiet politiku (jew fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż ta' transitu),

    gwerra/gwerra ċivili (jew fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż ta' transitu),

    terroriżmu;

    (b)

    teknoloġiku

    splużjoni/nirien,

    nirien (interni f'faċilità partikolari),

    tnixxijiet,

    nuqqas ta' manutenzjoni adegwata,

    ħsara fit-tagħmir (ma jistax jinxtegħel, ħsara meta jkun qiegħed jitħaddem, eċċ.),

    nuqqas ta' elettriku (jew sors ta' enerġija ieħor),

    ħsara fl-ICT (ħsara fil-hardware jew fis-software, l-Internet, problemi SCADA, eċċ.),

    attakk ċibernetiku,

    impatt minħabba xogħol tal-iskavar (tħaffir, ġbir f'munzell), xogħlijiet tal-art, eċċ..;

    (c)

    kummerċjali/suq/finanzjarju

    ftehimiet ma' fornituri minn pajjiżi terzi,

    tilwim kummerċjali,

    kontroll ta' infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass minn entitajiet ta' pajjiżi terzi, li jista' jimplika, fost l-oħrajn, riskji ta' nuqqas ta' investiment, theddida għad-diversifikazzjoni jew nuqqas ta' ħarsien tad-dritt tal-Unjoni,

    volatilità tal-prezzijiet,

    sottoinvestiment,

    domanda għolja f'daqqa mhux mistennija,

    riskji oħrajn li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' riżultati strutturali;

    (d)

    soċjali

    strajks (f'setturi relatati differenti, bħas-settur tal-gass, tal-portijiet, tat-trasport, eċċ.);

    sabotaġġ,

    vandaliżmu,

    serq,

    (e)

    naturali

    terremoti,

    uqigħ tal-art,

    għargħar (xita qawwija, xmara),

    maltempati (baħar),

    valangi,

    kundizzjonijiet ta' temp estremi,

    nirien (esterni għall-faċilità, bħal foresti fil-qrib, mergħat, eċċ.).

    Analiżi

    (a)

    iddeskrivi l-akbar riskju transnazzjonali u kwalunkwe fattur ta' riskju rilevanti ieħor għall-grupp ta' riskju, inklużi l-probabbiltà u l-impatt tagħhom kif ukoll l-interazzjoni u l-korrelazzjoni tar-riskji fost l-Istati Membri, kif adatt;

    (b)

    iddeskrivi l-kriterji użati biex tiddetermina jekk sistema hijiex esposta għal riskji kbar/inaċċettabbli;

    (c)

    stabbilixxi lista ta' xenarji ta' riskji rilevanti skont is-sorsi ta' riskji u iddeskrivi kif saret l-għażla;

    (d)

    indika l-limitu sa fejn ix-xenarji mħejjija mill-ENTSOG ġew ikkunsidrati.

    4.   Analiżi u valutazzjoni tar-riskju

    Analizza s-sett ta' xenarji ta' riskju rilevanti identifikati fil-punt 3. Fis-simulazzjoni tax-xenarji ta' riskju inkludi l-miżuri eżistenti għas-sigurtà tal-provvista, bħal, l-istandard tal-infrastruttura kkalkukat bl-użu tal-formula N – 1 kif stabbilita fil-punt 2 tal-Anness II, jekk ikun il-każ, u l-istandard tal-provvista tal-gass. Skont ix-xenarju ta' riskju:

    (a)

    iddeskrivi fid-dettall ix-xenarju ta' riskju, inklużi s-suppożizzjonijiet kollha u, jekk applikabbli, il-metodoloġiji sottostanti għall-kalkolu tagħhom;

    (b)

    iddeskrivi fid-dettall ir-riżultati tas-simulazzjoni li tkun saret, inkluża kwantifikazzjoni tal-impatt (eż. volumi ta' gass li ma tqassamx, l-impatt soċjoekonomiku, l-impatt fuq it-tisħin distrettwali, l-impatt fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku).

    5.   Konklużjonijiet

    Iddeskrivi r-riżultati ewlenin tal-valutazzjoni tar-riskju komuni, inkluża l-identifikazzjoni tax-xenarji tar-riskju li jeħtieġu iktar azzjoni.


    (1)  Fejn dan il-kompitu jkun ġie ddelegat minn xi awtorità kompetenti, indika l-isem tal-korp jew korpi responsabbli mit-tħejjija ta' din il-valutazzjoni tar-riskju għan-nom tagħha.

    (2)  Għall-ewwel valutazzjoni, inkludi data mill-aħħar sentejn. Għall-aġġornamenti, inkludi data mill-aħħar erba' snin.

    (3)  Inklużi klijenti industrijali, ġenerazzjoni tal-elettriku, tisħin distrettwali, residenzjali u servizzi u oħrajn (jekk jogħġbok speċifika t-tip ta' klijenti inklużi hawn). Indika wkoll il-volum tal-konsum tal-klijenti protetti.

    (4)  Iddeskrivi l-metodoloġija applikata.


    ANNESS V

    Mudell għall-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali

    Informazzjoni ġenerali

    Isem tal-awtorità kompetenti responsabbli mit-tħejjija ta' din il-valutazzjoni tar-riskju (1).

    1.   Deskrizzjoni tas-sistema

    1.1.   Agħti deskrizzjoni konsolidata li tiddeskrivi fil-qosor is-sistema tal-gass reġjonali għal kull grupp ta' riskju (2) li fih jipparteċipa Stat Membru, li tkopri:

    (a)

    iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass (3): il-konsum finali annwali tal-gass (bcm u MWh) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti (4), l-ogħla domanda (total u tqassim skont il-kategorija ta' klijenti f'mcm/d);

    (b)

    deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema jew sistemi tal-gass fil-grupp ta' riskju rilevanti: il-flussi ewlenin (dħul/ħruġ/transitu), il-kapaċità tal-punti ta' dħul/ħruġ tal-infrastruttura lejn u barra mir-reġjun jew reġjuni tal-gruppi ta' riskju u għal kull Stat Membru, inkluż ir-rata ta' użu, il-faċilitajiet tal-LNG (il-kapaċità massimali ta' kuljum, ir-rata ta' użu u r-reġim ta' aċċess), eċċ.

    (c)

    tqassim, sa fejn possibbli, tal-perċentwali ta' sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini (5);

    (d)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-faċilitajiet ta' ħżin rilevanti għall-grupp ta' riskju, inkluż aċċess transkonfinali:

    (i)

    il-kapaċità ta' ħżin (gass totali u gass attiv) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;

    (ii)

    il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment bil-ħażniet sħaħ u bil-livelli tal-aħħar tal-istaġun);

    (e)

    deskrizzjoni tar-rwol ta' produzzjoni domestika fil-grupp jew gruppi ta' riskju:

    (i)

    il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;

    (ii)

    il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum u deskrizzjoni ta' kif din tista' tkopri l-konsum massimu ta' kuljum;

    (f)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali).

    1.2.   Agħti deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-gass tal-Istat Membru, li tkopri:

    (a)

    iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass: il-konsum finali annwali tal-gass (bcm) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti, l-ogħla domanda (mcm/d);

    (b)

    deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-gass fil-livell nazzjonali, inkluż l-infrastruttura (sa fejn mhux kopert mill-punt 1.1.(b)). Jekk applikabbli, inkludi s-sistema L-gas;

    (c)

    identifikazzjoni tal-infrastruttura prinċipali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass;

    (d)

    tqassim, sa fejn possibbli, fil-livell nazzjonali ta' sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini;

    (e)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-ħżin u inkludi:

    (i)

    il-kapaċità ta' ħżin (totali u attiva) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;

    (ii)

    il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment fil-livell ta' ħażniet sħaħ u l-livell tal-aħħar tal-istaġun);

    (f)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-produzzjoni domestika u inkludi:

    (i)

    il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;

    (ii)

    il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum;

    (g)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali).

    2.   Standard tal-infrastruttura (Artikolu 5)

    Iddeskrivi kif jiġi osservat l-istandard tal-infrastruttura, inklużi l-valuri ewlenin użati fil-formula N – 1 u għażliet alternattivi għall-osservanza tiegħu (ma' Stati Membri konnessi direttament, miżuri fin-naħa tad-domanda) u kapaċitajiet bidirezzjonali eżistenti, kif ġej:

    (a)

    Formula N – 1

    (i)

    l-identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass;

    (ii)

    il-kalkolu tal-formula N – 1 f'livell nazzjonali;

    (iii)

    deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi l-valuri intermedji użati għall-kalkolu tagħhom (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);

    (iv)

    indikazzjoni tal-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);

    (v)

    spjegazzjoni tar-riżultati tal-kalkolu tal-formula N – 1 filwaqt li tqis il-livelli tal-ħażniet fi 30 % u 100 % tal-volum ta' ħidma massimu;

    (vi)

    spjegazzjoni tar-riżultati ewlenin tas-simulazzjoni tal-formula N – 1 bl-użu ta' mudell idrawliku;

    (vii)

    jekk l-Istat Membru jiddeċiedi hekk, kalkolu tal-formula N – 1 li tuża miżuri fin-naħa tad-domanda:

    kalkolu tal-formula N – 1 skont il-punt 2 tal-Anness II,

    deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (jekk differenti miċ-ċifri deskritti fil-punt 2(a)(iii),

    indika l-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati,

    spjega l-miżuri bbażati fuq is-suq fin-naħa tad-domanda adottati/li ser jiġu adottati biex jikkumpensaw interruzzjoni tal-provvista tal-gass u l-impatt mistenni tagħha (Deff),

    (viii)

    jekk ikun hemm qbil dwar dan mal-awtoritajiet kompetenti tal-grupp jew gruppi ta' riskju rilevanti jew ma' Stati Membri konnessi direttament, il-kalkolu jew kalkoli konġunti tal-formula N – 1:

    kalkolu tal-formula N – 1 skont il-punt 5 tal-Anness II,

    deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (jekk differenti miċ-ċifri deskritti fil-punt 2(a)(iii),

    indika l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati),

    spjega l-arranġamenti miftiehma biex tiżgura osservanza tal-formula N – 1;

    (b)

    kapaċità bidirezzjonali:

    (i)

    indika l-punti ta' interkonnessjoni mgħammra bil-kapaċità bidirezzjonali u l-kapaċità massimali ta' flussi bidirezzjonali;

    (ii)

    indika l-arranġamenti li jirregolaw l-użu tal-kapaċità ta' fluss fid-direzzjoni opposta (eż. kapaċità interrompibbli);

    (iii)

    indika l-punti ta' interkonnessjoni fejn tkun ingħatat eżenzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(4), it-tul tal-eżenzjoni u r-raġunijiet li għaliha ngħatat.

    3.   Identifikazzjoni tar-riskji

    Iddeskrivi l-fatturi ta' riskju li jista' jkollhom impatt negattiv fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Istat Membru, il-probabbiltà u l-konsegwenzi tagħhom.

    Lista mhux eżawrjenti tat-tipi ta' fatturi ta' riskju li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni jekk applikabbli biss skont l-awtorità kompetenti:

    (a)

    politiku

    interruzzjoni tal-provvista tal-gass minn pajjiżi terzi minħabba raġunijiet differenti,

    inkwiet politiku (jew fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż ta' transitu),

    gwerra/gwerra ċivili (jew fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż ta' transitu),

    terroriżmu;

    (b)

    teknoloġiku:

    splużjoni/nirien,

    nirien (interni f'faċilità partikolari),

    tnixxijiet,

    nuqqas ta' manutenzjoni adegwata,

    ħsara fit-tagħmir (ma jistax jinxtegħel, ħsara meta jkun qiegħed jitħaddem, eċċ.),

    nuqqas ta' elettriku (jew sors ta' enerġija ieħor),

    ħsara fl-ICT (ħsara fil-hardware jew fis-software, l-Internet, problemi SCADA, eċċ.),

    attakk ċibernetiku,

    impatt minħabba xogħol tal-iskavar (tħaffir, ġbir f'munzell), xogħlijiet tal-art, eċċ.

    (c)

    kummerċjali/suq/finanzjarju:

    ftehimiet ma' fornituri minn pajjiżi terzi,

    tilwim kummerċjali,

    kontroll ta' infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass minn entitajiet ta' pajjiżi terzi, li jista' jimplika, fost l-oħrajn, riskji ta' nuqqas ta' investiment, theddida għad-diversifikazzjoni jew nuqqas ta' ħarsien tad-dritt tal-Unjoni,

    volatilità tal-prezzijiet,

    sottoinvestiment,

    domanda għolja f'daqqa mhux mistennija,

    riskji oħrajn li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' riżultati strutturali;

    (d)

    soċjali:

    strajks (f'setturi relatati differenti, bħas-settur tal-gass, tal-portijiet, tat-trasport, eċċ.),

    sabotaġġ,

    vandaliżmu,

    serq;

    (e)

    naturali:

    terremoti,

    uqigħ tal-art,

    għargħar (xita qawwija, xmara),

    maltempati (Baħar,;

    valangi,

    kundizzjonijiet ta' temp estremi,

    nirien (esterni għall-faċilità, bħal foresti fil-qrib, mergħat, eċċ.),

    Analiżi:

    (a)

    identifika l-fatturi ta' riskju rilevanti għall-Istat Membru, inklużi l-probabbiltà u l-impatt tagħhom;

    (b)

    iddeskrivi l-kriterji użati biex tiddetermina jekk sistema hijiex esposta għal riskji kbar/inaċċettabbli;

    (c)

    stabbilixxi lista ta' xenarji ta' riskju rilevanti skont il-fatturi ta' riskju u l-probabbiltà tagħhom u iddeskrivi kif saret l-għażla.

    4.   Analiżi u valutazzjoni tar-riskju:

    Analizza s-sett ta' xenarji ta' riskju rilevanti identifikati fil-punt 3. Fis-simulazzjoni tax-xenarji ta' riskju inkludi l-miżuri eżistenti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass, bħall-istandard tal-infrastruttura kkalkulat bl-użu tal-formula N – 1 kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness II, u l-istandard tal-provvista tal-gass. Skont ix-xenarju ta' riskju:

    (a)

    iddeskrivi fid-dettall ix-xenarju ta' riskju, inklużi s-suppożizzjonijiet kollha u, jekk applikabbli, il-metodoloġiji sottostanti għall-kalkolu tagħhom;

    (b)

    iddeskrivi fid-dettall ir-riżultati tas-simulazzjoni li twettqet, inkluża kwantifikazzjoni tal-impatt (eż. volumi ta' gass li ma tqassamx, l-impatt soċjoekonomiku, l-impatt fuq it-tisħin distrettwali, l-impatt fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku).

    5.   Konklużjonijiet

    Iddeskrivi r-riżultati ewlenin tal-valutazzjoni tar-riskju komuni li fiha l-Istati Membri kienu involuti, inkluża l-identifikazzjoni tax-xenarji ta' riskju li jeħtieġu iktar azzjoni.


    (1)  Fejn dan il-kompitu ġie ddelegat mill-awtorità kompetenti, indika l-isem tal-korp jew korpi responsabbli mit-tħejjija ta' din il-valutazzjoni tar-riskju għan-nom tagħha.

    (2)  Għall-finijiet tas-sempliċità, jekk ikun possibbli ippreżenta l-informazzjoni fl-ogħla livell tal-gruppi ta' riskju u għaqqad id-dettalji kif ikun meħtieġ.

    (3)  Għall-ewwel valutazzjoni, inkludi data mill-aħħar sentejn. Għall-aġġornamenti, inkludi data mill-aħħar erba' snin.

    (4)  Inklużi klijenti industrijali, ġenerazzjoni tal-elettriku, tisħin distrettwali, residenzjali u servizzi u oħrajn (speċifika t-tip ta' klijenti inklużi hawn). Indika wkoll il-volum tal-konsum tal-klijenti protetti.

    (5)  Iddeskrivi l-metodoloġija applikata.


    ANNESS VI

    Mudell għall-pjan ta' azzjoni preventiva

    Informazzjoni ġenerali

    L-Istati Membri fil-grupp ta' riskju

    L-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli mit-tħejjija tal-pjan (1)

    1.   Deskrizzjoni tas-sistema

    1.1.   Agħti deskrizzjoni konsolidata li tiddeskrivi fil-qosor is-sistema tal-gass reġjonali għal kull grupp (2) ta' riskju li fih jipparteċipaw l-Istat Membri, li tkopri:

    (a)

    iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass (3): il-konsum finali annwali tal-gass (bcm) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti (4), l-ogħla domanda (total u tqassim skont il-kategorija ta' klijenti f'mcm/d);

    (b)

    deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-gass fil-gruppi ta' riskju: il-flussi ewlenin (dħul/ħruġ/transitu), il-kapaċità tal-punti ta' dħul/ħruġ tal-infrastruttura lejn u barra mir-reġjun jew reġjuni tal-grupp ta' riskju u għal kull Stat Membru, inklużi r-rata ta' użu, il-faċilitajiet tal-LNG (il-kapaċità massimali ta' kuljum, ir-rata ta' użu u r-reġim ta' aċċess), eċċ.;

    (c)

    tqassim, sa fejn possibbli, tas-sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini (5);

    (d)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-faċilitajiet ta' ħżin rilevanti għar-reġjun, inkluż aċċess transkonfinali:

    (i)

    il-kapaċità ta' ħżin (gass totali u gass attiv) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;

    (ii)

    il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment fil-livell ta' ħażniet sħaħ u l-livell tal-aħħar tal-istaġun);

    (e)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-produzzjoni domestika fir-reġjun:

    (i)

    il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;

    (ii)

    il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum;

    (f)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali);

    (g)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-miżuri ta' effiċjenza enerġetika u l-effett tagħhom fuq il-konsum finali ta' gass annwali,

    1.2.   Agħti deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-gass għal kull Stat Membru, li tkopri:

    (a)

    iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass: il-konsum finali annwali tal-gass (bcm) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti, l-ogħla domanda (mcm/d);

    (b)

    deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-gass fil-livell nazzjonali, inkluż l-infrastruttura (sa fejn mhux kopert mill-punt 1.1.(b));

    (c)

    l-identifikazzjoni tal-infrastruttura prinċipali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista;

    (d)

    tqassim, sa fejn possibbli, fil-livell nazzjonali ta' sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini;

    (e)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-ħżin fl-Istat Membru u inkludi:

    (i)

    il-kapaċità ta' ħżin (totali u attiva) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;

    (ii)

    il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment fil-livell ta' ħażniet sħaħ u l-livell tal-aħħar tal-istaġun);

    (f)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-produzzjoni domestika u inkludi:

    (i)

    il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;

    (ii)

    il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum;

    (g)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali);

    (h)

    deskrizzjoni tar-rwol tal-miżuri ta' effiċjenza enerġetika u l-effett tagħhom fuq il-konsum finali ta' gass annwali.

    2.   Sommarju tal-valutazzjoni tar-riskju

    Iddeskrivi fil-qosor ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju komuni u nazzjonali rilevanti li twettqet f'konformità mal-Artikolu 7, inklużi:

    (a)

    lista tax-xenarji vvalutati u deskrizzjoni fil-qosor tas-suppożizzjonijiet applikati għal kull wieħed kif ukoll ir-riskji/in-nuqqasijiet identifikati;

    (b)

    il-konklużjonijiet ewlenin tal-valutazzjoni tar-riskju.

    3.   Standard tal-infrastruttura (Artikolu 5)

    Iddeskrivi kif jiġi osservat l-istandard tal-infrastruttura, inklużi l-valuri ewlenin użati fil-formula N – 1 u għażliet alternattivi għall-osservanza tiegħu (ma' Stati Membri ġirien, miżuri fin-naħa tad-domanda) u kapaċitajiet bidirezzjonali eżistenti, kif ġej:

    3.1.   Formula N – 1

    (i)

    identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għar-reġjun;

    (ii)

    kalkolu tal-formula N – 1 f'livell reġjonali;

    (iii)

    deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);

    (iv)

    indikazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati).

    3.2.   Livell nazzjonali

    (a)

    Formula N – 1

    (i)

    identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass;

    (ii)

    kalkolu tal-formula N – 1 f'livell nazzjonali;

    (iii)

    deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi l-valuri intermedji użati għall-kalkolu (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);

    (iv)

    indikazzjoni tal-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);

    (v)

    jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, kalkolu tal-formula N – 1 li tuża miżuri fin-naħa tad-domanda:

    il-kalkolu tal-formula N – 1 skont il-punt 2 tal-Anness II;

    deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (jekk differenti miċ-ċifri deskritti fil-punt 3(a)(iii) ta' dan l-Anness);

    indikazzjoni tal-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);

    spjegazzjoni tal-miżuri bbażati fuq is-suq fin-naħa tad-domanda adottati/li ser jiġu adottati biex jikkumpensaw interruzzjoni tal-provvista tal-gass u l-impatt mistenni tagħha (Deff);

    (vi)

    jekk ikun hemm qbil dwar dan mal-awtoritajiet kompetenti tal-grupp jew gruppi ta' riskju rilevanti jew ma' Stati Membri konnessi direttament, il-kalkolu jew kalkoli konġunti tal-formula N – 1:

    il-kalkolu tal-formula N – 1 skont il-punt 5 tal-Anness II;

    deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi valuri intermedji użati għall-kalkolu (jekk differenti miċ-ċifri deskritti fil-punt 3(a)(iii) ta' dan l-Anness);

    indikazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);

    spjegazzjoni tal-arranġamenti miftiehma biex tiżgura l-osservanza tal-formula N – 1.

    (b)

    kapaċità bidirezzjonali

    (i)

    indika l-punti ta' interkonnessjoni mgħammra bil-kapaċità bidirezzjonali u l-kapaċità massimali ta' flussi bidirezzjonali;

    (ii)

    indika l-arranġamenti li jirregolaw l-użu tal-kapaċità ta' fluss fid-direzzjoni opposta (eż. kapaċità interrompibbli);

    (iii)

    indika l-punti ta' interkonnessjoni fejn tkun ingħatat eżenzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(4), it-tul tal-eżenzjoni u r-raġunijiet li għaliha ngħatat.

    4.   Osservanza tal-istandard tal-provvista (l-Artikolu 6)

    Iddeskrivi l-miżuri adottati biex jiġi osservat l-istandard tal-provvista kif ukoll kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud jew obbligu ieħor impost għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista tal-gass:

    (a)

    definizzjoni ta' klijenti protetti applikata, inklużi kategoriji ta' klijenti koperti u l-konsum ta' gass annwali tagħhom (skont il-kategorija, valur nett u perċentwal tal-konsum annwali finali nazzjonali tal-gass);

    (b)

    volumi ta' gass meħtieġa biex jiġi osservat l-istandard tal-provvista skont ix-xenarji deskritti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1);

    (c)

    kapaċità meħtieġa biex jiġi osservat l-istandard tal-provvista skont ix-xenarji deskritti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1);

    (d)

    miżura jew miżuri fis-seħħ biex jiġi osservat l-istandard tal-provvista:

    (i)

    deskrizzjoni tal-miżura jew miżuri;

    (ii)

    destinatarji;

    (iii)

    fejn tkun teżisti, iddeskrivi kwalunkwe sistema ta' monitoraġġ ex ante għall-osservanza tal-istandard tal-provvista;

    (iv)

    Reġim ta' sanzjonijiet, jekk applikabbli;

    (v)

    iddeskrivi, għal kull miżura:

    l-impatt ekonomiku, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżura,

    l-impatt tal-miżura fuq l-ambjent,

    l-impatt tal-miżuri fuq il-klijent,

    (vi)

    fejn jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq (għal kull miżura):

    iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu),

    iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub),

    ipprovdi analiżi tal-impatti ta' tali miżura:

    (1)

    fuq sigurtà tal-provvista ta' Stati Membri oħra;

    (2)

    fuq is-suq nazzjonali;

    (3)

    fuq is-suq intern;

    (vii)

    fejn miżuri ġew introdotti fi jew wara l-1 ta' Novembru 2017, jekk jogħġbok agħti sommarju qasir tal-valutazzjoni tal-impatt jew link għall-valutazzjoni tal-impatt pubblika tal-miżura/i li twettqu f'konformità mal-Artikolu 9(4);

    (e)

    jekk applikabbli, iddeskrivi kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud jew obbligu ieħor impost għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista tal-gass:

    (i)

    deskrizzjoni tal-miżura jew miżuri;

    (ii)

    mekkaniżmi biex tnaqqasha għal valuri tas-soltu fi spirtu ta' solidarjetà u f'konformità mal-Artikolu 13;

    (iii)

    jekk applikabbli, iddeskrivi kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass ġdid miżjud jew obbligu ieħor impost għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista tal-gass adottat fi jew wara s-1 ta' Novembru 2017;

    (iv)

    destinatarji;

    (v)

    volumi u kapaċitajiet ta' gass affettwati;

    (vi)

    indika kif dik il-miżura tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2).

    5.   Miżuri preventivi

    Iddeskrivi l-miżuri preventivi fis-seħħ jew li ser jiġu adottati:

    (a)

    Iddeskrivi kull miżura preventiva adottata għal kull riskju identifikat skont il-valutazzjoni tar-riskju, inkluża deskrizzjoni ta':

    (i)

    id-dimensjoni nazzjonali jew reġjonali tagħhom;

    (ii)

    l-impatt ekonomiku, l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom;

    (iii)

    l-impatt tagħhom fuq il-klijenti.

    Fejn adatt, inkludi:

    miżuri biex ittejjeb l-interkonnessjonijiet bejn Stati Membri ġirien;

    miżuri biex tiddiversifika r-rotot tal-gass u s-sorsi ta' provvista;

    Miżuri biex tipproteġi l-infrastruttura prinċipali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista fir-rigward tal-kontroll minn entitajiet ta' pajjiżi terzi (inkluż, fejn rilevanti, liġijiet li janalizzaw l-investiment ġenerali jew speċifiku għas-settur, drittijiet speċjali għal ċerti azzjonisti, eċċ.);

    (b)

    Iddeskrivi miżuri oħrajn adottati għal raġunijiet oħra minbarra l-valutazzjoni tar-riskju iżda b'impatt pożittiv għas-sigurtà tal-provvista tal-Istat Membru fil-grupp jew gruppi ta' riskju rilevanti.

    (c)

    Fejn jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq (għal kull miżura):

    (i)

    iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu);

    (ii)

    iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub);

    (iii)

    ipprovdi analiżi tal-impatt ta' tali miżura:

    iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu);

    iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub);

    ipprovdi analiżi tal-impatt ta' tali miżura:

    (1)

    fuq sigurtà tal-provvista ta' Stati Membri oħra;

    (2)

    fuq is-suq nazzjonali;

    (3)

    fuq is-suq intern;

    (4)

    spjega sa fejn miżuri ta' effiċjenza, inkluż fin-naħa tad-domanda, ġew ikkunsidrati li jżidu s-sigurtà tal-provvista;

    (5)

    spjega sa fejn is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli ġew ikkunsidrati li jżidu s-sigurtà tal-provvista.

    6.   Miżuri u obbligi oħrajn (eż. tħaddim sigur tas-sistema)

    Iddeskrivi miżuri u obbligi oħrajn li ġew imposti fuq impriżi tal-gass naturali u korpi rilevanti oħrajn li x'aktarx jista' jkollhom impatt fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass, bħal obbligi għat-tħaddim sigur tas-sistema, inkluż min jiġi affettwat b'dak l-obbligu kif ukoll il-volumi ta' gass koperti. Spjega preċiżament meta u kif dawk il-miżuri japplikaw.

    7.   Proġetti infrastrutturali

    (a)

    iddeskrivi proġetti infrastrutturali futuri, li jinkludu Proġetti ta' Interessi Komuni, fil-gruppi ta' riskju rilevanti, inkluż il-ħin stmat għat-tħaddim tagħhom, il-kapaċitajiet u l-impatt stmat fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-grupp ta' riskju;

    (b)

    indika kif il-proġetti infrastrutturali jieħu inkonsiderazzjoni t-TYNDP fl-Unjoni kollha elaborat mill-ENTSOG skont l-Artikolu 8(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

    8.   Obbligi tas-servizz pubbliku relatati mas-sigurtà tal-provvista

    Indika l-obbligi tas-servizz pubbliku eżistenti relatati mas-sigurtà tal-provvista u ddeskrivihom fil-qosor (uża l-annessi għal informazzjoni iktar dettaljata). Spjega b'mod ċar min għandu josserva dawn l-obbligi u kif. Jekk applikabbli, iddeskrivi kif u meta jibdew japplikaw dawk l-obbligi tas-servizz pubbliku.

    9.   Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    F'konformità mal-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament, iddeskrivi l-mekkaniżmu użat għall-konsultazzjonijiet imwettqa u r-riżultati tagħhom, għall-iżvilupp ta' dan il-pjan kif ukoll għall-pjan ta' emerġenza, flimkien ma':

    (a)

    impriżi tal-gass;

    (b)

    organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-unitajiet domestiċi;

    (c)

    organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi ta' klijenti industrijali tal-gass, inklużi l-produtturi tal-elettriku;

    (d)

    awtorità regolatorja nazzjonali.

    10.   Dimensjoni reġjonali

    Indika kwalunkwe ċirkostanza u miżura nazzjonali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista u mhux koperta fit-taqsimiet preċedenti tal-pjan.

    Indika kif ġew ikkunsidrati l-kummenti possibbli riċevuti wara l-konsultazzjoni deskritta fl-Artikolu 8(2).

    11.1.   Kalkolu ta' N – 1 fil-livell tal-grupp ta' riskju jekk dan intlaħaq qbil dwaru mill-awtoritajiet kompetenti tal-grupp ta' riskju

    Formula N – 1

    (a)

    identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika ta' interess komuni għall-grupp ta' riskju;

    (b)

    kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell tal-grupp ta' riskju;

    (c)

    deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);

    (d)

    indikazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati).

    11.2.   Mekkaniżmi żviluppati għall-kooperazzjoni

    Iddeskrivi l-mekkaniżmi użati għall-kooperazzjoni fost l-Istati Membri fil-gruppi ta' riskju rilevanti, inkluż għall-iżvilupp ta' miżuri transkonfinali fil-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza.

    Iddeskrivi l-mekkaniżmi użati għall-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn fit-tfassil u l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13.

    11.3.   Miżuri preventivi

    Iddeskrivi l-miżuri preventivi fis-seħħ jew li ser jiġu adottati fil-grupp ta' riskju jew b'riżultat ta' ftehimiet reġjonali:

    (a)

    Iddeskrivi kull miżura preventiva adottata għal kull riskju identifikat skont il-valutazzjoni tar-riskju, inkluża deskrizzjoni ta':

    (i)

    l-impatt tagħhom fl-Istati Membri tal-grupp ta' riskju;

    (ii)

    l-impatt ekonomiku, l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom;

    (iii)

    l-impatt tagħhom fuq l-ambjent;

    (iv)

    l-impatt tagħhom fuq il-klijenti.

    Fejn adatt, inkludi:

    miżuri biex ittejjeb l-interkonnessjonijiet bejn Stati Membri ġirien,

    miżuri biex tiddiversifika r-rotot tal-gass u s-sorsi ta' provvista,

    miżuri biex tipproteġi l-infrastruttura prinċipali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista fir-rigward tal-kontroll minn entitajiet ta' pajjiżi terzi (inkluż, fejn rilevanti, liġijiet li janalizzaw l-investiment ġenerali jew speċifiku għas-settur, drittijiet speċjali għal ċerti azzjonisti, eċċ.);

    (b)

    iddeskrivi miżuri oħrajn adottati għal raġunijiet oħra minbarra l-valutazzjoni tar-riskju iżda b'impatt pożittiv għas-sigurtà tal-provvista tal-grupp ta' riskju.

    (c)

    fejn jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq (għal kull miżura):

    (i)

    iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu);

    (ii)

    iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub);

    (iii)

    ipprovdi analiżi tal-impatt ta' tali miżura:

    iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu);

    iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub),

    ipprovdi analiżi tal-impatt ta' tali miżura:

    (1)

    fuq sigurtà tal-provvista ta' Stati Membri oħra;

    (2)

    fuq is-suq nazzjonali;

    (3)

    fuq is-suq intern;

    (d)

    spjega sa fejn miżuri ta' effiċjenza, inkluż fin-naħa tad-domanda, ġew ikkunsidrati li jżidu s-sigurtà tal-provvista;

    (e)

    spjega sa fejn is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli ġew ikkunsidrati li jżidu s-sigurtà tal-provvista.


    (1)  Fejn dan il-kompitu jkun ġie ddelegat minn kwalunkwe awtorità kompetenti, indika l-isem tal-korp jew korpi responsabbli mit-tħejjija ta' dan il-pjan għan-nom tagħha.

    (2)  Għall-finijiet tas-sempliċità, jekk ikun possibbli ippreżenta l-informazzjoni fl-ogħla livell tal-gruppi ta' riskju u għaqqad id-dettalji kif ikun meħtieġ

    (3)  Għall-ewwel pjan, inkludi data mill-aħħar sentejn. Għall-aġġornamenti, inkludi data mill-aħħar erba' snin.

    (4)  Inklużi klijenti industrijali, ġenerazzjoni tal-elettriku, tisħin distrettwali, residenzjali u servizzi u oħrajn (jekk jogħġbok speċifika t-tip ta' klijenti inklużi hawn).

    (5)  Iddeskrivi l-metodoloġija applikata.


    ANNESS VII

    Mudell għall-pjan ta' emerġenza

    Informazzjoni ġenerali

    L-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-tħejjija ta' dan il-pjan (1)

    1.   Definizzjoni ta' livelli ta' kriżi

    (a)

    indika l-korp responsabbli għad-dikjarazzjoni ta' kull livell ta' kriżi u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f'kull każ għal tali dikjarazzjonijiet;

    (b)

    fejn ikunu jeżistu, inkludi hawn l-indikaturi jew il-parametri użati biex tikkunsidra jekk każ jistax jirrizulta f'deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista u biex tiddeċiedi dwar id-dikjarazzjoni ta' ċertu livell ta' kriżi.

    2.   Miżuri li għandhom jiġu adottati skont il-livell ta' kriżi  (2)

    2.1.   Twissija Bikrija

    Iddeskrivi l-miżuri li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

    (i)

    deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

    (ii)

    deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita, jekk applikabbli;

    (iii)

    indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tlaħħaq mal-impatt ta' kwalunkwe avveniment jew tipprepara bil-quddiem qabel ma jseħħ;

    (iv)

    deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti.

    2.2.   Livell ta' Allert

    (a)

    iddeskrivi l-miżuri li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

    (i)

    deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

    (ii)

    deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita, jekk applikabbli;

    (iii)

    indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tlaħħaq mas-sitwazzjoni tal-livell ta' allert;

    (iv)

    deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;

    (b)

    iddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali f'livell ta' allert.

    2.3.   Livell ta' emerġenza

    (a)

    stabbilixxi lista tal-azzjonijiet predefiniti fin-naħa tal-provvista u tad-domanda biex il-gass ikun disponibbli f'każ ta' emerġenza, inklużi l-ftehimiet kummerċjali bejn il-partijiet involuti f'azzjonijiet bħal dawn u l-mekkaniżmi ta' kumpens għall-impriżi tal-gass naturali fejn adatt;

    (b)

    iddeskrivi l-miżuri bbażati fuq is-suq li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

    (i)

    deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

    (ii)

    deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita;

    (iii)

    indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tittaffa s-sitwazzjoni fil-livell ta' emerġenza;

    (iv)

    deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;

    (c)

    iddeskrivi l-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal-livell ta' emerġenza, u indika, għal kull miżura:

    (i)

    deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

    (ii)

    valutazzjoni tal-ħtieġa ta' tali miżura biex tiffaċċa kriżi, inkluż il-livell tal-użu tagħha;

    (iii)

    deskrizzjoni fid-dettall il-proċedura ta' implimentazzjoni tal-miżura (eż. xi jwassal għall-introduzzjoni ta' din il-miżura, min jieħu d-deċiżjoni);

    (iv)

    indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tittaffa s-sitwazzjoni fil-livell ta' emerġenza bħala komplement għal miżuri bbażati fuq is-suq;

    (v)

    valutazzjoni ta' effetti oħra tal-miżura;

    (vi)

    ġustifikazzjoni tal-konformità tal-miżura mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(6);

    (vii)

    deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;

    (d)

    iddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali.

    3.   Miżuri speċifiċi għall-elettriku u t-tisħin distrettwali

    (a)

    tisħin distrettwali

    (i)

    indika fil-qosor l-impatt probabbli ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fis-settur tat-tisħin distrettwali;

    (ii)

    indika l-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jitnaqqas l-impatt potenzjali ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fuq it-tisħin distrettwali. Inkella, indika għaliex l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi mhijiex adatta;

    (b)

    provvista ta' elettriku ġġenerat mill-gass

    (i)

    indika fil-qosor l-impatt probabbli ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fis-settur tal-elettriku;

    (ii)

    indika l-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jitnaqqas l-impatt potenzjali ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fuq is-settur tal-elettriku. Alternattivament, indika għaliex l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi mhijiex adatta;

    (iii)

    indika l-mekkaniżmi/id-dispożizzjonijiet eżistenti biex tiġi żgurata koordinazzjoni adatta, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni, bejn l-atturi ewlenin fis-settur tal-gass u dak tal-elettriku, b'mod partikolari l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni, f'livelli differenti ta' kriżi.

    4.   Maniġer jew tim ta' kriżi

    Indika min huwa l-maniġer tal-kriżi u ddefinixxi r-rwol tiegħu.

    5.   Rwoli u responsabbiltajiet ta' atturi differenti

    (a)

    skont il-livell ta' kriżi, iddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet, inklużi l-interazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti u, fejn adatt, mal-awtorità regolatorja nazzjonali, ta':

    (i)

    impriżi tal-gass naturali;

    (ii)

    klijenti industrijali;

    (iii)

    produtturi tal-elettriku rilevanti;

    (b)

    għal kull livell ta' kriżi, iddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti u l-korpi li lilhom ġew iddelegati l-kompiti.

    6.   Miżuri rigward konsum żejjed minn klijenti li mhumiex klijenti protetti

    Iddeskrivi l-miżuri fis-seħħ għall-prevenzjoni sa fejn possibbli u mingħajr ma jiġi pperikolat it-tħaddim sikur u affidabbli tas-sistema tal-gass jew il-ħolqien ta' sitwazzjonijiet perikolużi, il-konsum minn klijenti li mhumiex klijenti protetti ta' provvista tal-gass maħsuba għal klijenti protetti matul emerġenza. Indika n-natura tal-miżura (amministrattiva, teknika, eċċ.), l-atturi ewlenin u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti.

    7.   Testijiet ta' emerġenza

    (a)

    indika l-kalendarju għas-simulazzjonijiet b'rispons f'ħin reali għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

    (b)

    indika l-atturi involuti, il-proċeduri u x-xenarji konkreti b'impatt qawwi u medju simulati.

    Għall-aġġornamenti tal-pjan ta' emerġenza: iddeskrivi fil-qosor it-testijiet imwettqa minn meta l-aħħar pjan ta' emerġenza kien ippreżentat u r-riżultati ewlenin. Indika liema miżuri ġew adottati b'riżultat ta' dawk it-testijiet.

    8.   Dimensjoni Reġjonali

    8.1.   Miżuri li għandhom jiġu adottati skont il-livell ta' kriżi:

    8.1.1.   Twissija Bikrija:

    iddeskrivi l-miżuri li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

    (i)

    deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

    (ii)

    deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita, jekk applikabbli;

    (iii)

    indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tlaħħaq mal-impatti ta' kwalunkwe avveniment jew tipprepara bil-quddiem qabel ma jseħħ;

    (iv)

    deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti.

    8.1.2.   Livell ta' Allert:

    (a)

    iddeskrivi l-miżuri li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

    (i)

    deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

    (ii)

    deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita, jekk applikabbli;

    (iii)

    indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tlaħħaq mal-impatti ta' kwalunkwe avveniment jew tipprepara bil-quddiem qabel ma jseħħ;

    (iv)

    deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;

    (b)

    iddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali f'livell ta' allert.

    8.1.3.   Livell ta' emerġenza:

    (a)

    stabbilixxi lista tal-azzjonijiet predefiniti fin-naħa tal-provvista u tad-domanda biex il-gass ikun disponibbli f'każ ta' emerġenza, inklużi l-ftehimiet kummerċjali bejn il-partijiet involuti f'tali azzjonijiet u l-mekkaniżmi ta' kumpens għall-impriżi tal-gass naturali fejn adatt;

    (b)

    iddeskrivi l-miżuri bbażati fuq is-suq li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

    (i)

    deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

    (ii)

    deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita;

    (iii)

    indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tittaffa s-sitwazzjoni fil-livell ta' emerġenza;

    (iv)

    deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;

    (c)

    iddeskrivi l-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal livell ta' emerġenza, u indika għal kull miżura:

    (i)

    deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

    (ii)

    valutazzjoni tal-ħtieġa ta' tali miżura biex tiffaċċa kriżi, inkluż il-livell tal-użu tagħha;

    (iii)

    deskrizzjoni fid-dettall tal-proċedura ta' implimentazzjoni tal-miżura (eż. xi jwassal għall-introduzzjoni tal-miżura, min jieħu d-deċiżjoni);

    (iv)

    indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tittaffa s-sitwazzjoni fil-livell ta' emerġenza bħala komplement għal miżuri bbażati fuq is-suq;

    (v)

    valutazzjoni ta' effetti oħra tal-miżura;

    (vi)

    ġustifikazzjoni tal-konformità tal-miżura mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(6);

    (vii)

    deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;

    (d)

    iddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali.

    8.2.   Mekkaniżmi ta' kooperazzjoni:

    (a)

    iddeskrivi l-mekkaniżmi fis-seħħ biex ikun hemm kooperazzjoni f'kull grupp ta riskju rilevanti u biex tiġi żgurata koordinazzjoni adatta għal kull livell ta' kriżi. Iddeskrivi, sa fejn jeżistu u jekk ma ġewx koperti fil-punt 2, il-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet għal reazzjoni adatta f'livell reġjonali f'kull livell ta' kriżi;

    (b)

    iddeskrivi l-mekkaniżmi fis-seħħ biex ikun hemm kooperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn barra mill-gruppi ta' riskju u biex jiġu kkoordinati l-azzjonijiet għal kull livell ta' kriżi.

    8.3.   Solidarjetà bejn l-Istati Membri:

    (a)

    iddeskrivi l-arranġamenti miftiehma bejn l-Istati Membri konnessi direttament biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-solidarjetà msemmi fl-Artikolu 13;

    (b)

    jekk applikabbli, iddeskrivi l-arranġamenti miftiehma bejn l-Istati Membri li huma konnessi direttament ma' xulxin permezz ta' pajjiż terz biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-solidarjetà msemmi fl-Artikolu 13.


    (1)  Fejn dan il-kompitu jkun ġie ddelegat minn kwalunkwe awtorità kompetenti, jekk jogħġbok indika l-isem tal-korp jew korpi responsabbli mit-tħejjija ta' dan il-pjan għan-nom tagħha.

    (2)  Inkludi miżuri reġjonali u nazzjonali.


    ANNESS VIII

    Lista ta' miżuri għas-sigurtà tal-provvista tal-gass mhux ibbażati fuq is-suq

    Fl-iżvilupp tal-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra il-kontribut tal-lista ta' miżuri indikattiva u mhux eżawrjenti li ġejjin f'każ ta' xi emerġenza biss:

    (a)

    miżuri fin-naħa tal-provvista:

    użu ta' ħżin strateġiku tal-gass,

    użu obbligatorju ta' ħażniet ta' karburanti alternattivi (eż. f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE (1)),

    użu obbligatorju ta' elettriku ġġenerat minn sorsi oħrajn minbarra gass,

    żieda obbligatorja ta' livelli ta' produzzjoni ta' gass,

    irtirar obbligatorju tal-ħażniet;

    (b)

    miżuri fin-naħa tad-domanda:

    diversi passi ta' tnaqqis obbligatorju fid-domanda li jinkludu:

    tibdil obbligatorju ta' karburant,

    użu obbligatorju ta' kuntratti interrompibbli, fejn ma jintużawx kompletament bħala parti minn miżuri bbażati fuq is-suq,

    tnaqqis kbir obbligatorju tat-tagħbija.


    (1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta' Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi (ĠU L 265, 9.10.2009, p. 9).


    ANNESS IX

    Tabella ta' korrelazzjoni

    Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 6

    Artikolu 5

    Artikolu 8

    Artikolu 6

    Artikolu 9

    Artikolu 7

    Artikolu 4

    Artikolu 8

    Artikolu 5

    Artikolu 9

    Artikolu 10

    Artikolu 10

    Artikolu 10

    Artikolu 11

    Artikolu 11

    Artikolu 12

    Artikolu 13

    Artikolu 13

    Artikolu 14

    Artikolu 12

    Artikolu 4

    Artikolu 15

    Artikolu 16

    Artikolu 14

    Artikolu 17

    Artikolu 18

    Artikolu 19

    Artikolu 16

    Artikolu 20

    Artikolu 15

    Artikolu 21

    Artikolu 17

    Artikolu 22

    Anness I

    Anness II

    Artikolu 7

    Anness III

    Anness IV

    Anness I

    Anness IV

    Anness V

    Anness VI

    Anness VII

    Anness II

    Anness III

    Anness VIII

    Anness IX


    Top