Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1898

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1898 tat-18 ta' Ottubru 2017 li jdaħħal ċerti ismijiet fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Półtorak staropolski tradycyjny (STG), Dwójniak staropolski tradycyjny (STG), Trójniak staropolski tradycyjny (STG), Czwórniak staropolski tradycyjny (STG), Kiełbasa jałowcowa staropolska (STG), Kiełbasa myśliwska staropolska (STG) u Olej rydzowy tradycyjny (STG)]

C/2017/6890

ĠU L 269, 19.10.2017, pp. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1898/oj

19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1898

tat-18 ta' Ottubru 2017

li jdaħħal ċerti ismijiet fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Półtorak staropolski tradycyjny (STG), Dwójniak staropolski tradycyjny (STG), Trójniak staropolski tradycyjny (STG), Czwórniak staropolski tradycyjny (STG), Kiełbasa jałowcowa staropolska (STG), Kiełbasa myśliwska staropolska (STG) u Olej rydzowy tradycyjny (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità applikabbli għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 26 u l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Polonja ressqet l-ismijiet “Półtorak staropolski tradycyjny”, “Dwójniak staropolski tradycyjny”, “Trójniak staropolski tradycyjny”, “Czwórniak staropolski tradycyjny”, “Kiełbasa jałowcowa staropolska”, “Kiełbasa myśliwska staropolska”, “Olej rydzowy tradycyjny” u “Kabanosy staropolskie” bil-għan li jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, bir-riżervar tal-ismijiet.

(2)

L-ismijiet “Półtorak”, “Dwójniak”, “Trójniak”, “Czwórniak”, “Kiełbasa jałowcowa”, “Kiełbasa myśliwska”, “Olej rydzowy” u “Kabanosy” kien diġà ġew irreġistrati (2) bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti mingħajr ir-riżervar tal-ismijiet, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (3).

(3)

Wara l-proċedura ta' oppożizzjoni nazzjonali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-ismijiet “Półtorak”, “Dwójniak”, “Trójniak” u “Czwórniak” ġew ikkomplementati bit-terminu “staropolski tradycyjny”, l-ismijiet “Kiełbasa jałowcowa” u “Kiełbasa myśliwska” ġew ikkomplementati bit-terminu “staropolska”, l-isem “Olej rydzowy” ġie kkomplementat bit-terminu “tradycyjny”, u l-isem “Kabanosy” ġie kkomplementat bit-terminu “staropolskie”. Dawn it-termini komplementari jidentifikaw il-karattru tradizzjonali tal-isem, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)

L-ismijiet imressqa “Półtorak staropolski tradycyjny”, “Dwójniak staropolski tradycyjny”, “Trójniak staropolski tradycyjny”, “Czwórniak staropolski tradycyjny”, “Kiełbasa jałowcowa staropolska”, “Kiełbasa myśliwska staropolska”, “Olej rydzowy tradycyjny” u “Kabanosy staropolskie” ġew eżaminati mill-Kummissjoni, u wara ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4).

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta' “Kabanosy staropolskie”. Għaldaqstant, ir-reġistrazzjoni ta' dan l-isem hija soġġetta għall-eżitu tal-proċedura ta' oppożizzjoni li ssir b'mod separat.

(6)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 fir-rigward tal-ismijiet għajr “Kabanosy staropolskie”, jenħtieġ li l-ismijiet “Półtorak staropolski tradycyjny”, “Dwójniak staropolski tradycyjny”, “Trójniak staropolski tradycyjny”, “Czwórniak staropolski tradycyjny”, “Kiełbasa jałowcowa staropolska”, “Kiełbasa myśliwska staropolska” u “Olej rydzowy tradycyjny” jiddaħħlu fir-reġistru bir-riżervar tal-ismijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan l-ismijiet “Półtorak staropolski tradycyjny” (STG), “Dwójniak staropolski tradycyjny” (STG), “Trójniak staropolski tradycyjny” (STG), “Czwórniak staropolski tradycyjny” (STG), “Kiełbasa jałowcowa staropolska” (STG), “Kiełbasa myśliwska staropolska” (STG), “Olej rydzowy tradycyjny” (STG) jiddaħħlu fir-reġistru bir-riżervar tal-ismijiet.

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-STG “Półtorak”, tal-STG “Dwójniak”, tal-STG “Trójniak”, tal-STG “Czwórniak”, tal-STG “Kiełbasa jałowcowa”, tal-STG “Kiełbasa myśliwska” u tal-STG “Olej rydzowy” għandha titqies bħala l-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-STG “Półtorak staropolski tradycyjny”, għall-STG “Dwójniak staropolski tradycyjny”, għall-STG “Trójniak staropolski tradycyjny”, għall-STG “Czwórniak staropolski tradycyjny”, għall-STG “Kiełbasa jałowcowa staropolska”, għall-STG “Kiełbasa myśliwska staropolska” u għall-STG “Olej rydzowy tradycyjny” bir-riżervar tal-ismijiet, rispettivament.

L-ismijiet “Półtorak staropolski tradycyjny” (STG), “Dwójniak staropolski tradycyjny” (STG), “Trójniak staropolski tradycyjny” (STG) u “Czwórniak staropolski tradycyjny” (STG) jindikaw prodotti fil-Klassi 1.8 “Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.)”, kif elenkati fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (5); L-ismijiet “Kiełbasa jałowcowa staropolska” (STG) u “Kiełbasa myśliwska staropolska” (STG) jindikaw prodotti fil-Klassi 1.2 “Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)”, kif elenkati f'dak l-Anness; L-isem “Olej rydzowy tradycyjny” (STG) jindika prodott fil-Klassi 1.5. “Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)”, kif elenkat fl-istess Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2008 tat-28 ta' Lulju 2008 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Czwórniak (STG), Dwójniak (STG), Półtorak (STG), Trójniak (STG)) (ĠU L 200, 29.7.2008, p. 6).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2011 tat-18 ta' April 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Kiełbasa jałowcowa (STG)) (ĠU L 103, 19.4.2011, p. 2).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2011 tat-18 ta' April 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Kiełbasa myśliwska (STG)) (ĠU L 103, 19.4.2011, p. 6).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 506/2009 tal-15 ta' Ġunju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Olej rydzowy (STG)) (ĠU L 151, 16.6.2009, p. 26).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1044/2011 tad-19 ta' Ottubru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Kabanosy (STG)) (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 16).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1). Ir-Regolament tħassar u ġie ssostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)   ĠU C 188, 27.5.2016, p. 6.

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


Top