This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1547
Council Regulation (EU) 2017/1547 of 14 September 2017 amending Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1547 tal-14 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1547 tal-14 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ĠU L 237, 15.9.2017, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/37 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1547
tal-14 ta' Settembru 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas- 17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tatl-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jdaħħal fis-seħħ il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(2) |
Fl-14 ta' Settembru 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1549 (3) li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 li żied “Portijiet tal-Baħar tal-Krimea” fil-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati. |
(3) |
Fl-14 ta' Settembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1561 (4) li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, fejn inkluda deroga għall-pagamenti lill-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea għal servizzi pprovduti fil-portijiet: il-Port tas-Sajd ta' Kerch, il-Port Kummerċjali ta' Yalta u l-Port Kummerċjali ta' Evpatoria, u servizzi pprovduti minn Gosgidrografiya u minn fergħat tal-Port-Terminal tal-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea. |
(4) |
Hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1549 u d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1561, partikolarment bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(5) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif ġej:
1. |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a B'deroga mill-Artikolu 2(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw pagamenti lill-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea għal servizzi pprovduti fil-portijiet: il-Port tas-Sajd ta' Kerch, il-Port Kummerċjali ta' Yalta u l-Port Kummerċjali ta' Evpatoria, u għal servizzi pprovduti minn Gosgidrografiya u minn fergħat tal-Port-Terminal tal-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea.” |
2. |
fl-Artikolu 12(1), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANVELT
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is- sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1549 tal-14 ta' Settembru 2017 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ara paġna 44 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1561 tal-14 ta' Settembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ara paġna 72 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).