Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1516

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1516 tal-31 ta' Awwissu 2017 li jemenda għall-276 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    C/2017/6049

    ĠU L 226, 1.9.2017, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1516/oj

    1.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 226/24


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1516

    tal-31 ta' Awwissu 2017

    li jemenda għall-276 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fis-27 ta' Awwissu 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Awwissu 2017.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”, id-dejta tal-identifikazzjoni tal-entrata:

    “Kevin Guiavarch. Data tat-twelid: 12.3.1993. Post tat-twelid: Pariġi, Franza. Ċittadinanza: Franċiża. Tagħrif ieħor: Jinsab fis-Sirja sa mill-2012. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014.”

    tinbidel b'dan li ġej:

    “Kevin Jordan Axel Guiavarch. Data tat-twelid: 12.3.1993. Post tat-twelid: Pariġi, Franza. Ċittadinanza: Franċiża. Nru tal-passaport Franċiż 12CP63882.3FRA, maħruġ fil-31.7.2012 (validu sat-30.7.2022). Nru tal-identità nazzjonali: Numru tal-karta tal-identità Franċiża 070275Q007873, maħruġa fis-16.2.2007 (valida sal-15.2.2017). Indirizz: a) Grenoble, Franza (domiċilju mill-1993 sal-2012), b) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm bejn l-2012 u l-2016), c) it-Turkija (minn Ġunju 2016 sa Jannar 2017) d) Franza (detenzjoni minn Jannar 2017). Informazzjoni oħra: Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014.”


    Top