EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1490
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1490 of 21 August 2017 concerning the authorisation of manganous chloride tetrahydrate, manganese (II) oxide, manganous sulphate monohydrate, manganese chelate of amino acids hydrate, manganese chelate of protein hydrolysates, manganese chelate of glycine hydrate and dimanganese chloride trihydroxide as feed additives for all animal species (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1490 tal-21 ta' Awwissu 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Klorur manganuż tetraidrat, l-Ossidu tal-manganiż (II), is-Sulfat manganuż monoidrat, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat tal-manganiż tal-idrolissati tal-proteina, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-gliċina u t-Triidrossiklorur tad-dimanganiż bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1490 tal-21 ta' Awwissu 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Klorur manganuż tetraidrat, l-Ossidu tal-manganiż (II), is-Sulfat manganuż monoidrat, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat tal-manganiż tal-idrolissati tal-proteina, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-gliċina u t-Triidrossiklorur tad-dimanganiż bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/5688
ĠU L 216, 22.8.2017, p. 1–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/09/2022
22.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 216/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1490
tal-21 ta' Awwissu 2017
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Klorur manganuż tetraidrat, l-Ossidu tal-manganiż (II), is-Sulfat manganuż monoidrat, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat tal-manganiż tal-idrolissati tal-proteina, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-gliċina u t-Triidrossiklorur tad-dimanganiż bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
Il-komposti tal-Klorur manganuż tetraidrat, l-Ossidu manganuż, is-Sulfat manganuż monoidrat, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-gliċina kienu awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 (3) u (KE) Nru 479/2006 (4) b'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE. Dawk is-sustanzi sussegwentement iddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-Klorur manganuż tetraidrat, l-Ossidu manganuż, is-Sulfat manganuż monoidrat, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-gliċina bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Barra minn hekk, b'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, ġiet sottomessa applikazzjoni għall-Klorur idrossilat tal-manganiż bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikanti talbu li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Mal-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tat-23 ta' Ottubru 2014 (5), it-23 ta' Ottubru 2014 (6), id-19 ta' Marzu 2015 (7), it-18 ta' Frar 2016 (8) u t-13 ta' Mejju 2016 (9) li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-Klorur manganuż tetraidrat, l-Ossidu tal-manganiż (II), is-Sulfat manganuż monoidrat, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat tal-manganiż tal-idrolissati tal-proteina, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-gliċina u t-Triidrossiklorur tad-dimanganiż ma għandhomx effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumaturi u l-ambjent. Għal raġunijiet xjentifiċi, l-Awtorità rrakkomandat li l-Ossidu Manganuż jinbidillu ismu għal Ossidu tal-manganiż (II) u li l-Klorur idrossilat tal-manganiż jinbidillu ismu għal Triidrossiklorur tad-dimanganiż, sabiex jiġu evitati l-ambigwitajiet potenzjali. L-Awtorità tirrakkomanda wkoll li taqsam l-aċidi amminiċi tal-kelat tal-manganiż fiż-żewġ gruppi li ġejjin, minħabba l-karatteristiċi kimiċi tagħhom; Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-aċidi amminiċi u Kelat tal-manganiż tal-idrolissati tal-proteina. |
(5) |
L-Awtorità nnutat li l-Ossidu tal-manganiż (II) huwa perikoluż għall-utent meta jiġi inalat. Fin-nuqqas ta' dejta adegwata, l-addittiv jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala irritant potenzjali tal-ġilda u l-għajnejn u bħala sensitizzatur dermali. L-awtorità nnutat ukoll li s-Sulfat manganuż monoidrat huwa perikoluż għall-utenti meta jkunu esposti għall-inalazzjoni u jirrita l-għajnejn. Ġie osservat ukoll li l-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-aċidi amminiċi huwa possibbilment perikoluż għas-sistema respiratorja u għas-saħħa tal-utenti. Fin-nuqqas ta' dejta adegwata fir-rigward tal-irritazzjoni għall-ġilda u l-għajnejn u s-sensitizzazzjoni dermali, dan l-addittiv tal-aħħar jenħtieġ li jiġi kkunsidrat ukoll bħala irritant potenzjali tal-ġilda u tal-għajnejn u bħala sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda. Fir-rigward tal-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-gliċina, l-Awtorità nnutat li dan l-addittiv jista' jirrita l-ġilda u l-għajnejn. Finalment, fin-nuqqas ta' dejta speċifika, l-Awtorità ma setgħatx tikkonkludi dwar is-sikurezza għall-utent fil-konfront tat-Triidrossiklorur tad-dimanganiż. Konsegwentement, jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi li jixirqu fir-rigward tal-addittivi konċernati, sabiex jiġi evitat li jinqala tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. |
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-Klorur manganuż tetraidrat, l-Ossidu tal-manganiż (II), is-Sulfat manganuż monoidrat, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat tal-manganiż tal-idrolissati tal-proteina, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-gliċina u t-Triidrossiklorur tad-dimanganiż huma sorsi effettivi tal-manganiż. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf sottomess mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(7) |
Il-valutazzjoni tal-Klorur manganuż tetraidrat, l-Ossidu tal-manganiż (II), is-Sulfat manganuż monoidrat, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat tal-manganiż tal-idrolissati tal-proteina, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-gliċina u t-Triidrossiklorur tad-dimanganiż turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati, ħlief għall-ilma tax-xorb. Għalhekk, l-użu ta' dawn is-sustanzi jenħtieġ li jkun awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament u jenħtieġ li jiġi pprojbit l-użu tagħhom permezz tal-ilma tax-xorb. |
(8) |
Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeżiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-Klorur manganuż tetraidrat, l-Ossidu manganuż, is-Sulfat manganuż monoidrat, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-gliċina kif awtorizzati permezz tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003, huwa xieraq li jkun permess perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati sabiex iħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' mikronutrijenti”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Ċaħda
L-awtorizzazzjoni tas-sustanzi speċifikati fl-Anness bħala addittivi li jappartjenu għall-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u għall-grupp funzjonali “komposti ta' mikronutrijenti” għall-użu fl-ilma tax-xorb, hija miċħuda.
Artikolu 3
Miżuri tranżitorji
1. Is-sustanzi Klorur manganuż tetraidrat, l-Ossidu manganuż, is-Sulfat manganuż monoidrat, il-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-gliċina kif awtorizzati permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003 u (KE) Nru 479/2006, u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawk is-sustanzi, li huma prodotti u tikkettati qabel il-11 ta' Marzu 2018 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel il-11 ta' Settembru 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u tikkettati qabel il-11 ta' Settembru 2018 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel il-11 ta' Settembru 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk huma maħsuba għal annimali li jipproduċu l-ikel.
3. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u tikkettati qabel il-11 ta' Settembru 2019 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel il-11 ta' Settembru 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk huma maħsuba għal annimali li ma jipproduċux ikel.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 tal-25 ta' Lulju 2003 li jemenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' numru ta' addittivi fi ħwejjeġ tal-ikel li jappartjenu għall-grupp ta' oligoelementi (ĠU L 187, 26.7.2003, p. 11).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2006 tat-23 ta' Marzu 2006 fir-rigward ta' ċerti addittivi li jagħmlu parti mill-grupp tal-komposti tal-oligoelementi (ĠU L 86, 24.3.2006, p. 4).
(5) EFSA Journal 2013;11(8):3324.
(6) EFSA Journal 2013;11(8):3325.
(7) EFSA Journal 2013;11(10):3435.
(8) EFSA Journal 2016;14(2):4395.
(9) EFSA Journal 2016;14(5):4474.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||
Kontenut tal-element (Mn) f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta' mikroelementi |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
3b501 |
— |
Klorur manganuż tetraidrat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Klorur manganuż tetraidrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' manganiż ta' 27 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Klorur manganuż tetraidrat Formula kimika: MnCl2 · 4H2O Numru CAS: 13446-34-9 Metodi analitiċi (1) Għar-reazzjonijiet ta' identifikazzjoni tal-klorur fl-addittiv tal-għalf:
Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' manganiż fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' manganiż fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Ħut: 100 (total) Speċijiet oħrajn: 150 (total) |
|
il-11 ta' Settembru 2027 |
||||||||||||||||||||||||||
3b502 |
— |
Ossidu tal-Manganiż (II) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ossidu tal-manganiż, fl-għamla ta' trab, b'kontenut minimu ta' 60 % manganiż. Kontenut minimu ta' 77,5 % MnO u kontenut massimu ta' 2 % MnO2 Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ossidu manganuż Formula kimika: MnO Numru CAS: 1344-43-0 Metodi analitiċi (1) Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' manganiż fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' manganiż fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Ħut: 100 (total) Speċijiet oħrajn: 150 (total) |
|
il-11 ta' Settembru 2027 |
||||||||||||||||||||||||||
3b503 |
— |
Sulfat manganuż monoidrat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Sulfat manganuż monoidrat, fl-għamla ta' trab, b'kontenut minimu ta' 95 % sulfat manganuż monoidrat u ta' 31 % manganiż. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Sulfat manganuż monoidrat Formula kimika: MnSO4 · H2O Numru CAS: 10034-96-5 Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tas-sulfat manganuż monoidrat fl-addittiv tal-għalf:
Għar-reazzjonijiet ta' identifikazzjoni tas-sulfati fl-addittiv tal-għalf:
Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' manganiż fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' manganiż fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Ħut: 100 (total) Speċijiet oħrajn: 150 (total) |
|
Il-11 ta' Settembru 2027 |
||||||||||||||||||||||||||
3b504 |
— |
Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-aċidi amminiċi |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kumpless tal-manganiż tal-aċidu amminiku li fih il-manganiż u l-aċidi amminiċi li huma derivati mill-proteina tas-sojja jiġu kelati permezz ta' rabtiet kovalenti koordinati, bħala trab b'kontenut minimu ta' manganiż ta' 8 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Mn(x)1–3 · nH2O, x = anjon ta' kwalunkwe aċidu amminiku derivat minn proteina tas-sojja idrolizzata bl-aċidu; Mhux aktar minn 10 % tal-molekuli li jaqbżu 1 500 Da. Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-aċidu amminiku fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' manganiż fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' manganiż fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Ħut: 100 (total) Speċijiet oħrajn: 150 (total) |
|
Il-11 ta' Settembru 2027 |
||||||||||||||||||||||||||
3b505 |
— |
Kelat tal-manganiż tal-idrolissati tal-proteina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kelat tal-manganiż tal-idrolissati tal-proteina fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' 10 % manganiż Minimu ta' 50 % kelat tal-manganiż. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Mn(x)1–3 · nH2O, x = anjon ta' idrolissati tal-proteina li fihom kwalunkwe aċidu amminiku mill-idrolissat tal-proteina tas-sojja. Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-idrolissati tal-proteina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-kelat tal-manganiż fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' manganiż fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' manganiż fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Ħut: 100 (total) Speċijiet oħrajn: 150 (total) |
|
Il-11 ta' Settembru 2027 |
||||||||||||||||||||||||||
3b506 |
— |
Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-gliċina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kelat tal-manganiż tal-idrat tal-gliċina fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' 15 % manganiż. Indewwa: massimu ta' 10 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Mn(x)1-3 · nH2O, x = anjon tal-gliċina. Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-gliċina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' manganiż fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' manganiż fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Ħut: 100 (total) Speċijiet oħrajn: 150 (total) |
|
Il-11 ta' Settembru 2027 |
||||||||||||||||||||||||||
3b507 |
— |
Triidrossiklorur tad-dimanganiż |
Kompożizzjoni tal-addittiv Trab granulat b'kontenut minimu ta' 44 % manganiż u kontenut massimu ta' 7 % ossidu tal-manganiż Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Triidrossiklorur tad-dimanganiż Formula kimika: Mn2(OH)3Cl Numru CAS: 39438-40-9 Metodi analitiċi (1) Għall-identifikazzjoni tal-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-kloru fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' manganiż fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' manganiż fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Ħut: 100 (total) Speċijiet oħrajn: 150 (total) |
|
Il-11 ta' Settembru 2027 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).