This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1488
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1488 of 18 August 2017 amending for the 274th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the ISIL (Da'esh) and Al-Qaida organisations
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1488 tal-18 ta' Awwissu 2017 li jemenda għall-274 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1488 tal-18 ta' Awwissu 2017 li jemenda għall-274 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
C/2017/5823
ĠU L 215, 19.8.2017, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
19.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 215/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1488
tal-18 ta' Awwissu 2017
li jemenda għall-274 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fis-9 ta' Awwissu 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-18 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”, id-dejta tal-identifikazzjoni tal-entrata:
“Rustam Magomedovich Aselderov (skript oriġinali: Рустам Магомедович Асельдеров) (alias (a) Abu Muhammad (skript oriġinali: Абу Мухаммад), (b) Abu Muhammad Al-Kadari (skript oriġinali: Абу Мухаммад Аль-Кадари), (c) Muhamadmuhtar (skript oriġinali: Мухамадмухтар). Data tat-twelid: 9.3.1981. Post tat-twelid: Iki-Burul Village, Iki-Burulskiy District, Republic of Kalmykia, Russian Federation. Nazzjonalità: Il-Federazzjoni Russa. Nru tal-passaport: Passaport Russu Nru 8208 Nru 555627, maħruġ minn Leninskiy Office, id-Direttorat tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni tal-Federazzjoni Russa għar-Repubblika ta' Dagestan. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.12.2016.”
tinbidel b'dan li ġej:
“Rustam Magomedovich Aselderov (skript oriġinali: Рустам Магомедович Асельдеров) (alias (a) Abu Muhammad (skript oriġinali: Абу Мухаммад), (b) Abu Muhammad Al-Kadari (skript oriġinali: Абу Мухаммад Аль-Кадари), (c) Muhamadmuhtar (skript oriġinali: Мухамадмухтар). Data tat-twelid: 9.3.1981. Post tat-twelid: Iki-Burul Village, Iki-Burulskiy District, Republic of Kalmykia, Russian Federation. Nazzjonalità: Il-Federazzjoni Russa. Nru tal-passaport: Passaport Russu Nru 8208 Nru 555627, maħruġ minn Leninskiy Office, id-Direttorat tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni tal-Federazzjoni Russa għar-Repubblika ta' Dagestan. Informazzjoni oħra: Maqtul fit-3 ta' Diċembru 2016 f'Makhachkala, ir-Repubblika ta' Dagestan, il-Federazzjoni Russa. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.12.2016 ”