Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1473

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1473 tal-14 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/5526

    ĠU L 210, 15.8.2017, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1473/oj

    15.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 210/4


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1473

    tal-14 ta' Awwissu 2017

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1),u b'mod partikolari l-Artikolu 33(3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati fil-pajjiżi terzi bl-għan tal-ekwivalenza.

    (2)

    L-IOAS, organizzazzjoni ta' akkreditazzjoni fil-qasam tal-agrikoltura organika, infurmat lill-Kummissjoni li ddeċidiet li tissospendi l-akkreditazzjoni tagħha ta' Bolicert Ltd.

    (3)

    Skont l-Artkolu 12(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, fi kwalunkwe waqt, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-entrata ta' korp ta' kontroll mil-lista tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament, kemm fid-dawl tal-informazzjoni riċevuta, kif ukoll meta l-korp ta' kontroll ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa.

    (4)

    Bolicert Ltd ġiet mistiedna mill-Kummissjoni biex tipprovdi ċertifikat ta' akkreditazzjoni validu u biex tieħu azzjoni ta' rimedju xierqa u fil-ħin skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, iżda ma weġbitx qabel l-iskadenza stabbilita. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-entrata għal Bolicert Ltd tiġi sospiża mill-Anness IV tar-Reglament (KE) Nru 1235/2008 sakemm tingħata informazzjoni sodisfaċenti.

    (5)

    Għalhekk, l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju għall-produzzjoni organika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-entrata marbuta ma' “Biocert Ltd” titħassar mill-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Awwissu 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).


    Top