Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1467

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1467 tal-11 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1255/2010 fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni għall-prodotti tal-“baby beef” li joriġinaw fil-Kosovo (Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo. )

    C/2017/5501

    ĠU L 209, 12.8.2017, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1467/oj

    12.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 209/13


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1467

    tal-11 ta' Awwissu 2017

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1255/2010 fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni għall-prodotti tal-“baby beef” li joriġinaw fil-Kosovo (*1)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 187 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2010 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef”.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 (3) jipprevedi kwota tariffarja annwali tal-importazzjoni ta' 475 tunnellata ta' prodotti tal-“baby beef” li joriġinaw fit-territorju doganali tal-Kosovo (*1).

    (3)

    Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 374/2012 (4) li emenda r-Regolament (UE) Nru 1255/2010 bl-għan li tiftaħ u tipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja annwali tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw mill-Kosovo (*1).

    (4)

    Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*1), min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie konkluż f'isem l-Unjoni mill-Kunsill permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/342 (5) u huwa l-istrument il-ġdid li jirregola r-relazzjonijiet kummerċjali mal-Kosovo (*1). L-Artikolu 28(3) tal-Ftehim jipprevedi kwota tariffarja ta' 475 tunnellata għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fit-territorju doganali tal-Kosovo (*1). Għaldaqstant, il-kwota tariffarja għall-prodotti tal-“baby beef” prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ġiet stabbilita għal żero tunnellati bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1464 (6).

    (5)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1255/2010 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    (6)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness VIIa tar-Regolament (UE) Nru 1255/2010, il-kaxxa 8 tinbidel b'dan li ġej:

    “8.

    Jiena, hawn taħt iffirmat …, li qed naġixxi f'isem il-korp ta' ħruġ awtorizzat (il-kaxxa 9) niċċertifika li l-oġġetti deskritti hawn fuq ġew suġġetti għal spezzjoni tas-saħħa f'…, skont iċ-ċertifikat veterinarju mehmuż ta'…, li joriġinaw u ġejjin mill-Kosovo (*2) u jikkorispondu eżatt mad-definizzjoni li hemm fl-Anness II tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*2), min-naħa l-oħra (ĠU L 71, 16.3.2016, p. 3).”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Awwissu 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2010 tat-22 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-Kroazja, f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fil-Montenegro, fis-Serbja u fil-Kosovo * (ĠU L 342, 28.12.2010, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 374/2012 tas-26 ta' April 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1255/2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-Kroazja, f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fil-Montenegro u fis-Serbja (ĠU L 118, 3.5.2012, p. 1).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/342 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo *, min-naħa l-oħra (ĠU L 71, 16.3.2016, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1464 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 fir-rigward tal-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija lill-Kosovo * wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (*2)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


    Top