EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1456

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1456 tal-10 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

C/2017/5703

ĠU L 208, 11.8.2017, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1456/oj

11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1456

tal-10 ta' Awwissu 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jelenka l-bastimenti magħżulin mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f'konformità mal-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2146 (2014). Dawk il-bastimenti huma soġġetti għal għadd ta' projbizzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż il-projbizzjoni li jgħabbu, jittrasportaw jew jiskarikaw żejt mhux raffinat mil-Libja u li jkollhom aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni.

(2)

Fit-2 ta' Awwissu 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żied il-bastiment Lynn S mal-lista ta' bastimenti li huma soġġetti għal miżuri restrittivi. Għalhekk l-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(3)

Peress li l-bastiment Lynn S huwa t-tieni bastiment elenkat fl-Anness V, il-lista ta' bastimenti jenħtieġ li tiġi numerata.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


ANNESS

L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif ġej:

1.

L-entrata:

Isem: CAPRICORN

Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din l-inklużjoni hija valida mil-21 ta' Lulju sal-21 ta' Ottubru 2017, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: it-Tanzanija.

Informazzjoni addizzjonali

Mis-16 ta' Lulju 2017, il-bastiment kien jinsab 'il barra mix-xatt ta' Ċipru.”

tinbidel b'dan li ġej:

“1.   Isem: CAPRICORN

Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2146, din l-inklużjoni hija valida mill-21 ta' Lulju 2017 sal-21 ta' Ottubru 2017, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: it-Tanzanija.

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8900878. Mis-16 ta' Lulju 2017, il-bastiment kien jinsab 'il barra mix-xatt ta' Ċipru.”

2.

Tiżdied l-entrata li ġejja:

“2.   Isem: Lynn S

Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din l-inklużjoni hija valida mit-2 ta' Awwissu 2017 sat-2 ta' Novembru 2017, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: Saint Vincent u l-Grenadini.

Informazzjoni Addizzjonali

OMI: 8706349. Mis-26 ta' Lulju 2017, il-bastiment kien jinsab f'ibħra internazzjonali madwar 50 mil nawtiku għax-Xlokk ta' Ċipru.”


Top