Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1423

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1423 tal-4 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    C/2017/5624

    ĠU L 204, 5.8.2017, p. 80–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1423/oj

    5.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 204/80


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1423

    tal-4 ta' Awwissu 2017

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jelenka l-bastimenti magħżulin mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f'konformità mal-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2146 (2014). Dawk il-bastimenti huma soġġetti għal għadd ta' projbizzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż il-projbizzjoni li jgħabbu, jittrasportaw jew jiskarikaw żejt mhux raffinat mil-Libja u li jkollhom aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni.

    (2)

    Fil-21 ta' Lulju 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żied il-bastiment Capricorn mal-lista ta' bastimenti li huma soġġetti għal miżuri restrittivi. Għaldaqstant, l-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 għandu jiġi emendat skont dan.

    (3)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2017.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

    (2)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


    ANNESS

    L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jinbidel b'dan li ġej:

    L-ANNESS V

    LISTA TA' BASTIMENTI MSEMMIJA FIL-PUNT (H) TAL-ARTIKOLU 1 U L-ARTIKOLU 15 U MIŻURI APPLIKABBLI KIF SPEĊIFIKAT MILL-KUMITAT TAS-SANZJONIJIET

    Isem: CAPRICORN

    Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din l-inklużjoni hija valida mil-21 ta' Lulju sal-21 ta' Ottubru 2017, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: Tanżanija.

    Informazzjoni addizzjonali

    Mis-16 ta' Lulju 2017, il-bastiment kien jinsab 'il barra mix-xatt ta' Ċipru.


    Top