EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1411

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1411 tat-2 ta' Awwissu 2017 li jemenda għall-273 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

C/2017/5564

ĠU L 202, 3.8.2017, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1411/oj

3.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1411

tat-2 ta' Awwissu 2017

li jemenda għall-273 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-28 ta' Lulju 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” titħassar:

“Adil Muhammad Mahmud Abd Al-Khaliq (magħruf ukoll bħala (a) Adel Mohamed Mahmoud Abdul Khaliq; (b) Adel Mohamed Mahmood Abdul Khaled). Data tat-twelid: 2.3.1984. Post tat-twelid: Il-Bahrain. Nazzjonalità: Bahraini. Numru tal-Passaport: 1632207 (Bahraini). Informazzjoni oħra: (a) Aġixxa f'isem, u pprovda appoġġ finanzjarju, materjali u loġistiku, lil Al-Qaida u lil-Libyan Islamic Fighting Group (LIFG); (b) Arrestat fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE) f'Jannar tal-2007 fuq akkużi li huwa membru ta' Al-Qaida u ta' LIFG; (c) Wara li nstab ħati fl-Emirati Għarab Magħquda lejn tmiem l-2007 ġie trasferit lejn il-Bahrain kmieni fl-2008 biex hemm jiskonta l-bqija tas-sentenza tiegħu; (d) Wara li nħeles fl-2008, reġa' beda l-attivitajiet ta' ġbir ta' flus tiegħu għal Al-Qaida, tal-inqas sal-2012; (e) Huwa ġabar ukoll flus għat-Taliban. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.10.2008.”


Top