Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1133

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1133 tal-20 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    ĠU L 164, 27.6.2017, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2283

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1133/oj

    27.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 164/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1133

    tal-20 ta' Ġunju 2017

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Biex ikun żgurat il-forniment suffiċjenti u bla waqfien ta' ċerti prodotti li ma jiġux immanifatturati biżżejjed fl-Unjoni u biex jiġi evitat kull tfixkil fis-suq ta' ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 (1). Il-prodotti li ma jaqbżux dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b'rati ta' dazju mnaqqsa jew ta' dazju żero. Minħabba dawk ir-raġunijiet, hemm bżonn li b'effett mill-1 ta' Lulju 2017 jinfetħu kwoti tariffarji b'rati ta' dazju żero għal volum xieraq fir-rigward ta' seba' prodotti ġodda.

    (2)

    Fil-każ ta' ħames prodotti addizzjonali, il-volumi tal-kwoti tariffarji jenħtieġ li jiżdiedu billi din iż-żieda hija fl-interess tal-operaturi ekonomiċi u tal-Unjoni.

    (3)

    Barra minn hekk, għal prodott wieħed, iż-żieda fil-volum tal-kwota tariffarja jenħtieġ li tapplika biss għat-tieni nofs tas-sena 2017, filwaqt li l-kwota tariffarja eżistenti għal dak il-prodott tingħata d-data tat-tmiem tal-31 ta' Diċembru 2017.

    (4)

    Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Peress li l-bidliet li jirrigwardaw il-kwoti tariffarji għall-prodotti kkonċernati previsti f'dan ir-Regolament iridu japplikaw mill-1 ta' Lulju 2017, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2828, 09.2842, 09.2844, 09.2846, 09.2848, 09.2850, 09.2868 u 09.2870 stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament jiddaħħlu skont l-ordni tal-kodiċijiet tan- NM indikati fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013;

    (2)

    ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tas-serje 09.2629, 09.2658, 09.2668, 09.2669, 09.2687 u 09.2860 huma sostitwiti bir-ringieli stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. DALLI


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).


    ANNESS I

    Nru tal-Ordni

    Il-kodiċi tan-NM

    TARIC

    Deskrizzjoni

    Il-perijodu tal-kwota

    L-ammont tal-kwota

    Il-kwota tad-dazji (%)

    “09.2828

    2712 20 90

     

    Xema' bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt bil-piż

    1.7-31.12

    60 000 tunnellata

    0 %

    09.2842

    2932 12 00

     

    2-Furaldeide (furfuraldeide)

    1.7-31.12

    5 000 tunnellata

    0 %

    09.2844

    ex 3824 99 92

    71

    Taħlitiet li fihom f'piż:

    60 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 90 % ta' 2-kloropropen (CAS RN 557-98-2),

    8 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 14 % ta' (Z)-1-kloropropen (CAS RN 16136-84-8),

    5 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 23 % ta' 2-kloropropan (CAS RN 75-29-6),

    mhux aktar minn 6 % ta' 3-kloropropen (CAS RN 107-05-1), u

    mhux aktar minn 1 % tal-piż ta' klorur tal-etil (CAS RN 75-00-3)

    1.7-31.12

    3 000 tunnellata

    0 %

    09.2846

    ex 3907 40 00

    25

    Taħlita ta' polimeri ta' polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b'kontenut ta' polikarbonat ta' 98,5 % skont il-piż, f'forma ta' gerbub jew bċejjeċ żgħar, bi trażmittanza luminuża ta' mhux anqas minn 88,5 %, imkejla bl-użu ta' kampjun għall-ittestjar ta' ħxuna ta' 4 mm b'tul tal-mewġa ta' λ = 400 nm (skont ISO 13468-2)

    1.7-31.12

    800 tunnellata

    0 %

    09.2848

    ex 5505 10 10

    10

    Fdal ta' fibri sintetiċi (li jinkludi fibri li jibqgħu fil-moxt, fdal tal-ħjut u materjal “garnetted”) ta' najlon jew ta' poliammidi oħra (PA6 u PA66)

    1.7-31.12

    5 000 tunnellata

    0 %

    09.2870

    ex 7019 40 00

    60

    Drapp tal-fibra tal-ħġieġ E:

    li jiżen 20 g/m2 jew aktar, imma mhux aktar minn 209 g/m2,

    impregnat bis-silan,

    b'kontenut ta' umdità li jiżen 0,13 % jew anqas, u

    li minn kull 100 000 fibra ma jkollux aktar minn 3 fibri mtaqqba,

    li jintuża fil-manifatturar tal-pjastri, r-rollijiet u l-laminati prepreg biex jiġu prodotti ċ-ċirkwiti stampati li jintużaw fl-industrija tal-vetturi bil-mutur (2)

    1.7-31.12

    3 000  km

    0 %

    ex 7019 52 00

    20

    09.2850

    ex 8414 90 00

    70

    Rota tal-kompressur ta' liga tal-aluminju:

    b'dijametru ta' 20 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 130 mm, u

    b'piż ta' 5 g jew aktar, iżda mhux aktar minn 800 g

    għall-użu fil-manifattura ta' magni bil-kombustjoni (2)

    1.7-31.12

    2 950 000  biċċa

    0 %

    09.2868

    ex 8714 10 90

    60

    Pistuni għal sistemi ta' sospensjoni, b'dijametru ta' mhux aktar minn 55 mm, tal-azzar sinterizzat

    1.7-31.12

    1 000 000  biċċa

    0 %”


    ANNESS II

    Nru tal-Ordni

    Il-kodiċi tan-NM

    TARIC

    Deskrizzjoni

    Il-perijodu tal-kwota

    L-ammont tal-kwota

    Il-kwota tad-dazji (%)

    “09.2860

    ex 2933 69 80

    30

    1,3,5-Tris[3-(dimethylamino)propyl]hexahydro-1,3,5-triazine (CAS RN 15875-13-5)

    1.1-31.12

    600 tunnellata

    0 %

    09.2658

    ex 2933 99 80

    73

    5-(Acetoacetylamino)benzimidazolone (CAS RN 26576-46-5)

    1.1-31.12

    400 tunnellata

    0 %

    09.2687

    ex 3907 40 00

    25

    Taħlita ta' polimeri ta' polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b'kontenut ta' polikarbonat ta' 98,5 % skont il-piż, f'forma ta' gerbub jew bċejjeċ żgħar, bi trażmittanza luminuża ta' mhux anqas minn 88,5 %, imkejla bl-użu ta' kampjun għall-ittestjar ta' ħxuna ta' 4 mm b'tul tal-mewġa ta' λ = 400 nm (skont ISO 13468-2)

    1.1-31.12.2017

    400 tunnellata

    0 %

    09.2629

    ex 8302 49 00

    91

    Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (2)

    1.1-31.12

    1 500 000 biċċa

    0 %

    09.2668

    ex 8714 91 10

    21

    Qafas ta' biċikletta, mibni mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħ, mogħti l-verniċ u/jew illostrat, biex jintuża għall-manifattura tar-roti (2)

    1.1-31.12

    350 000 biċċa

    0 %

    ex 8714 91 10

    31

    09.2669

    ex 8714 91 30

    21

    Furketta ta' quddiem ta' biċikletta, magħmula mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħa, mogħtija l-verniċ u/jew illostrata, għall-użu fil-manifattura tal-biċikletti (2)

    1.1-31.12

    270 000 biċċa

    0 %”

    ex 8714 91 30

    31


    Top