Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1085

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1085 tad-19 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor

    C/2017/4118

    ĠU L 156, 20.6.2017, p. 19–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1085/oj

    20.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 156/19


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1085

    tad-19 ta' Ġunju 2017

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (2), (il-Ftehim) ġie ffirmat fil-25 ta' Novembru 2016. L-iffirmar f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ġie awtorizzat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1995 (3) u l-konklużjoni tiegħu permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/730 (4).

    (2)

    Skont it-termini tal-Ftehim, l-Unjoni Ewropea għandha talloka ammont addizzjonali ta' 78 000 tunnellata għal din l-allokazzjoni għall-Brażil skont il-kwota tariffarja tal-UE “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta' EUR 98 għal kull tunnellata, u għandha talloka ammont addizzjonali ta' 36 000 tunnellata lill-allokazzjoni attwali skont il-parti “Kwalunkwe pajjiż terz” tal-kwota tariffarja tal-UE “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta' EUR 98 għal kull tunnellata.

    (3)

    Fir-rigward tal-volum ta' 78 000 tunnellata allokati lill-Brażil skont il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE, il-Ftehim jipprevedi wkoll li l-Unjoni Ewropea għandha b'mod awtonomu tapplika rata fil-kwota ta' mhux aktar minn EUR 11 għal kull tunnellata matul l-ewwel sitt snin li matulhom dan il-volum ikun disponibbli u rata fil-kwota ta' mhux aktar minn EUR 54 għal kull tunnellata fis-seba' sena.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (5) jipprovdi għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur taz-zokkor, inklużi dawk li joriġinaw fil-Brażil u kwalunkwe pajjiż terz. Sabiex wieħed jimplimenta l-kwoti tariffarji taz-zokkor preskritti fil-Ftehim, jeħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jiġi emendat skont dan.

    (5)

    L-emendi proposti għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 108. 26.4.2017, p. 3.).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1995 tal-11 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 308, 16.11.2016, p. 1).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/730 tal-25 ta' April 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV: 6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 108, 26.4.2017, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, il-Parti I: Konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL jinbidel b'dan li ġej:

    “Parti I: Konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL

    Pajjiż terz

    Numru tal-ordni

    Kodiċi NM

    Kwantitajiet (tunnellati)

    Rata fil-kwota (EUR/tunnellata)

    L-Awstralja

    09.4317

    1701 13 10 u 1701 14 10

    9 925

    98

    Kuba

    09.4319

    1701 13 10 u 1701 14 10

    68 969

    98

    Kull pajjiż terz

    09.4320

    1701 13 10 u 1701 14 10

    289 977  (1)

    98

    L-Indja

    09.4321

    1701

    10 000

    0


    Pajjiż terz

    Numru tal-ordni

    Kodiċi NM

    Snin ta' kummerċjalizzazzjoni

    Kwantitajiet (tunnellati)

    Rata fil-kwota (EUR/tunnellata)

    Il-Brażil

    09.4318

    1701 13 10 u 1701 14 10

    2016/2017 sa 2023/2024

    334 054

    98

    09.4318

    1701 13 10 u 1701 14 10

    Minn

    2024/2025

    412 054

    98

    09.4329

    1701 13 10 u 1701 14 10

    2016/2017

    19 500

    11

    2017/2018

    78 000

    11

    2018/2019

    78 000

    11

    2019/2020

    78 000

    11

    2020/2021

    78 000

    11

    2021/2022

    78 000

    11

    2022/2023

    58 500

    11

    09.4330

    1701 13 10 u 1701 14 10

    2022/2023

    19 500

    54

    2023/2024

    58 500

    54”


    (1)  Għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2016/2017, il-kwantità għandha tkun 262 977 tunnellata.


    Top