Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0989

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/989 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jikkoreġi u jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

C/2017/3833

ĠU L 149, 13.6.2017, p. 19–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/989/oj

13.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/989

tat-8 ta' Ġunju 2017

li jikkoreġi u jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1) (il-Kodiċi) u b'mod partikolari l-Artikoli 8, 11, 17, 25, 58, 63, 66, 76, 100, 132, 152, 157, 161, 165, 169, 181, 232, 236, 266, 268, 273 u 276 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (2), ġew identifikati żbalji ta' natura differenti u jeħtieġ li jiġu kkoreġuti. Il-korrezzjoni ta' xi wħud minn dawk l-iżbalji tirrikjedi li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet oħra relatati ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

(2)

Il-Premessa 61 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li tirrifletti b'mod korrett ir-riżultat tal-vot dwar dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, li ma ta ebda opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu.

(3)

Il-kliem tad-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi kkoreġut sabiex id-dispożizzjonijiet jiġu kkjarifikati aktar, iżda mingħajr ma jiġi introdott ebda element ġdid: L-Artikoli 67(4), 87 (titolu), 102, 137 u 138, 143(2), 214, 220 u 230(2), u l-Anness 21-01.

(4)

F'għadd ta' dispożizzjonijiet u Annessi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, ir-referenzi għal dispożizzjonijiet legali oħra, inkluża r-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi li qed jiġu implimentati, jenħtieġ li jiġu kkoreġuti jew li jsiru iktar preċiżi.

(5)

L-Artikolu 67(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi kkoreġut sabiex jinkludi r-rikonsenjaturi bħala operaturi ekonomiċi li jistgħu jiksbu l-istatus ta' esportaturi approvati, skont l-Artikolu 69 ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, li jippermetti lir-rikunsinnanti jissostitwixxu d-dikjarazzjonijiet tal-oriġini magħmula minn esportaturi approvati b'sostituzzjoni tal-provi tal-oriġini.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Artikolu 55(4) u (6) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (3), it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jitħassar.

(7)

Fl-Artikolu 110(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, dwar il-verifiki sussegwenti tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini u tad-dikjarazzjonijiet tal-fatturi, it-Turkija hija msemmija, flimkien man-Norveġja u mal-Iżvizzera, bħala wieħed mill-pajjiżi li tista' tintbagħtilhom talba għal verifika sussegwenti. Madankollu, peress li l-użu ta' provi ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini mhuwiex previst bejn l-Unjoni u t-Turkija, mhi se tintbagħat l-ebda talba għal verifika sussegwenti ta' provi ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini maħruġa jew magħmula fit-Turkija għal dak il-pajjiż. Għalhekk, ir-referenza għat-Turkija jenħtieġ li titħassar.

(8)

L-Artikolu 199(1)(g) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi kkoreġut sabiex tiġi kkompletata l-lista ta' mezzi ammissibbli li jagħtu prova tal-istatus tal-Unjoni ta' merkanzija soġġetta għas-sisa li tiċċirkola taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju skont id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (4), billi tiġi introdotta referenza għad-dokument amministrattiv elettroniku u għall-proċedura tal-kontinwità tal-operat msemmijin, rispettivament, fl-Artikoli 21 u 26 ta' dik id-Direttiva. Dawk ir-referenzi tħallew barra bi żball.

(9)

L-Artikolu 306(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi kkoreġut. Id-dispożizzjoni jenħtieġ li tistipula li n-Numru ta' Referenza Prinċipali (MRN) tad-dikjarazzjoni ta' tranżitu għandu jiġi ppreżentat fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, u mhux f'kull uffiċċju doganali ta' tranżitu, kif iddikjarat b'mod żbaljat mill-kliem attwali tal-Artikolu. Ir-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jenħtieġ ukoll li tiġi kkoreġuta. Jenħtieġ li tirreferi għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 184 ta' dak ir-Regolament Delegat minflok għall-Artikolu 184(2).

(10)

L-iżbalji u l-omissjonijiet misjuba wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 fl-Annessi A u B ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu kkoreġuti.

(11)

L-Anness 12-01 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi kkoreġut sabiex ikun żgurat format armonizzat tal-istess element ta' dejta fl-Anness kollu.

(12)

L-Anness 12-03, li jiddetermina d-disinn tat-tikketti li għandhom jitwaħħlu fuq il-bagalji tal-istiva li jiġu ċċekkjati fl-ajruporti tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun inkluż fost l-Annessi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, minħabba li jissemma fl-Artikolu 44 ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni iżda tħalla barra bi żball.

(13)

Fl-Anness 22-13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, l-iżball grammatikali fil-verżjoni Ungeriża tad-dikjarazzjoni tal-fattura jenħtieġ li jiġi kkoreġut.

(14)

Minbarra l-korrezzjonijiet, ċerti dispożizzjonijiet għandhom jiġu emendati filwaqt li jitqiesu l-bidliet tal-qafas legali relatat li seħħew wara l-adozzjoni ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni. Għalhekk, l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi allinjat mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 kif emendat mir-Regolament Delegat (UE) 2016/341 (5).

(15)

Il-proċedura attwali stabbilita fl-Artikoli 57, 58 u 59 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 oriġinarjament inħolqot fl-1989 sabiex tippermetti l-implimentazzjoni armonizzata u bla xkiel ta' kwota tariffarja mhux preferenzjali allokata lil pajjiż. Dawk l-Artikoli jikkorrispondu, essenzjalment, għall-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (6), applikabbli sat-30 ta' April 2016. Diversi Regolamenti tal-Unjoni li jiftħu kwoti tariffarji mhux preferenzjali jirreferu għall-Artikoli 56 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Għalhekk, fl-Artikolu 57 għandha tiġi introdotta regola ta' korrelazzjoni fir-rigward tar-referenzi għaċ-ċertifikati tal-oriġini maħruġin skont l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 f'Regolamenti oħrajn, sabiex jiġi evitat li kull wieħed minn dawk ir-Regolamenti jkollu jiġi emendat separatament.

(16)

It-test tal-Artikolu 62 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 attwalment jippermetti biss li d-dikjarazzjonijiet ta' fornitur għal perjodu fit-tul ikopru jew perjodu fil-passat jew perjodu fil-futur. Id-dispożizzjoni jenħtieġ li tiġi emendata sabiex tiġi introdotta l-possibbiltà li dikjarazzjoni tal-fornitur fit-tul unika tkopri kemm il-merkanzija li diġà ġiet fornuta sad-data tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni kif ukoll il-merkanzija li se tiġi fornuta wara. Sabiex ir-regola tiġi ċċarata aktar u l-applikazzjoni tagħha ssir aktar faċli, jenħtieġ li l-ewwel u l-aħħar data tal-bidu tal-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni tal-fornitur fit-tul jiġu stabbiliti b'referenza għad-data tal-ħruġ ta' dik id-dikjarazzjoni. B'hekk, għalkemm il-perjodu massimu kopert minn dikjarazzjoni jenħtieġ li jkun stabbilit għal 24 xhur, dan il-perjodu jenħtieġ li ma jibdiex 12-il xhur qabel jew sitt xhur wara d-data tal-ħruġ.

(17)

L-Artikolu 68 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi emendat biex jiċċara li, fil-kuntest ta' arranġamenti preferenzjali ma' pajjiż terz fejn tiġi applikata s-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati (REX), l-esportaturi li jimlew id-dokumenti dwar l-oriġini ta' kunsinni ta' iktar minn EUR 6 000 jenħtieġ li jkunu esportaturi rreġistrati, diment li l-arranġamenti preferenzjali rilevanti jipprovdu limitu tal-valur differenti. Madankollu, sakemm l-esportatur ikun irreġistrat fis-sistema REX u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, l-esportatur jista' jkompli juża n-numru ta' esportatur approvat tiegħu fuq id-dokumenti dwar l-oriġini, mingħajr il-bżonn ta' firma, għal ftehimiet ta' kummerċ ħieles ma' pajjiżi terzi fejn is-soltu l-esportatur ikun meħtieġ li jkun irreġistrat.

(18)

Skont it-test attwali tal-Artikolu 69 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, esportatur irreġistrat mhuwiex intitolat li jissostitwixxi l-provi tal-oriġini barra li mhumiex dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini b'dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini. Madankollu, peress li l-objettiv fit-tul huwa li tiġi sostitwita s-Sistema tal-Esportatur Approvat bis-sistema REX, l-esportaturi rreġistrati jenħtieġ li jitħallew jissostitwixxu b'dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini l-istess tip ta' provi ta' oriġini bħala esportaturi approvati skont l-Artikolu 69(2) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

(19)

Fl-Artikolu 73 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi miżjud il-paragrafu 3, li jirrikjedi li l-Kummissjoni tibgħat lill-pajjiżi benefiċjarji, fuq talba tagħhom, kampjun tal-marka tat-timbri użati fl-Istati Membri. Dak l-obbligu huwa meħtieġ għal funzjonament bla xkiel tar-regoli dwar il-kumulazzjoni reġjonali.

(20)

L-Artikolu 80(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jimponi fuq l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-obbligu li jinfurmaw lill-esportatur irreġistrat dwar il-modifiki fid-dejta tar-reġistrazzjoni tiegħu skont ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta.

(21)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn ir-regoli li japplikaw fl-Unjoni matul il-perjodu tranżitorju sal-applikazzjoni tas-sistema REX, l-Artikolu 85 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jipprevedi sa meta l-esportaturi approvati li jkunu għadhom ma ġewx irreġistrati fis-sistema REX jistgħu jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' fattura għall-finijiet tal-kumulazzjoni bilaterali. Dik id-data jenħtieġ li tkun il-31 ta' Diċembru 2017, li hija l-aħħar data li fiha l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu joħorġu ċertifikati ta' moviment EUR 1 u għaldaqstant l-aħħar data ta' dak il-perijodu tranżitorju.

(22)

Għall-kuntrarju tan-Norveġja u tal-Iżvizzera, it-Turkija mhijiex se tapplika s-sistema REX mill-1 ta' Jannar 2017. Għalhekk, l-Artikolu 86(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi emendat biex jistipula li r-reġistrazzjoni għall-esportaturi f'pajjiżi benefiċjarji se tkun valida biss għall-iskema SĠP tat-Turkija meta dak il-pajjiż jibda japplika s-sistema REX. Sabiex il-pubbliku jkun jaf bid-data tal-applikazzjoni tas-sistema REX mit-Turkija, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika d-data fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(23)

L-Artikolu 158 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, li jistabbilixxi l-livell ta' garanzija komprensiva, jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jipprovdi iktar ċarezza fir-rigward tal-bażi għall-applikazzjoni tat-tnaqqis tal-garanziji komprensivi li jkopru d-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u l-ħlasijiet l-oħra. L-Artikolu 158 jenħtieġ li jiddistingwi b'mod ċar bejn it-tnaqqis previst fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 95 tal-Kodiċi għall-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati kollha fir-rigward tad-dazji u tal-ħlasijiet li jkunu ġew imġarrba, u bejn it-tnaqqis previst fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 95 tal-Kodiċi. Dawn tal-aħħar huma applikabbli fir-rigward tad-dazji u tal-ħlasijiet li jistgħu jiġu mġarrba, skont il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

(24)

Sabiex jiġi evitat li jintuża vawċer ta' garanzija individwali wara r-revoka jew il-kanċellazzjoni ta' impenn li jiġi pprovdut għal dak il-vawċer, fl-Artikolu 161 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 għandha tiddaħħal dispożizzjoni li tiddikjara li l-vawċers maħruġa qabel il-jum tar-revoka jew tal-kanċellazzjoni ta' dak l-impenn ma jistgħux jibqgħu jintużaw għat-tqegħid ta' merkanzija skont il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni.

(25)

Kif meħtieġ mill-Artikolu 8(3) tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (7), inkluż kwalunkwe emenda sussegwenti tiegħu (il-Konvenzjoni TIR), l-Artikolu 163 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jiddetermina l-limitu sa fejn kwalunkwe assoċjazzjoni ta'garanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni tista' ssir responsabbli rigward operazzjoni TIR partikolari. L-Artikolu 163 jenħtieġ li jiġi emendat minħabba d-dikjarazzjoni mill-Unjoni Internazzjonali tat-Trasport bit-Triq (IRU) li l-assiguratur globali tagħha żdied l-ammont tal-garanzija koperta, għall-Partijiet Kontraenti kollha tal-Konvenzjoni TIR, minn EUR 60 000 għal EUR 100 000 għal kull carnet TIR.

(26)

L-Artikolu 231(11) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġi ċċarat li l-iskambji ta' informazzjoni speċifiċi dwar il-kontrolli stipulati fil-paragrafi 5 u 6 ta' dak l-Artikolu biss huma sospiżi sakemm is-sistemi elettroniċi rilevanti jkunu disponibbli. Sakemm is-sistemi elettroniċi rilevanti jibqgħu mhux disponibbli, l-obbligu stipulat fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 179 tal-Kodiċi li jitwettqu l-kontrolli u li tiġi skambjata l-informazzjoni dwarhom jenħtieġ li jiġi ssodisfat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341.

(27)

L-Artikolu 329(8) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jitħassar. Huwa jipprovdi għal ċerti eċċezzjonijiet mir-regola ġenerali li tiddetermina l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għall-esportazzjoni tal-merkanzija li sussegwentement tiġi mqiegħda taħt proċedura ta' tranżitu. Minħabba żball ta' rinumerazzjoni, l-Artikolu 329(8) jirreferi, b'mod żbaljat, għall-paragrafu 4 ta' dak l-istess Artikolu, iżda l-intenzjoni qatt ma kienet li tiġi prevista eċċezzjoni għall-merkanzija li titgħabba fuq bastiment li ma jkunx assenjat lil servizz regolari tat-trasport marittimu. Sa fejn id-Direttiva 2008/118/KE tapplika fil-każ ta' merkanzija soġġetta għas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa li tkun se tinħareġ 'il barra mit-territorju tal-Unjoni, l-Artikolu 329(8) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 m'għandux jirreferi għal dik il-merkanzija wkoll. Fl-aħħar nett, l-ebda regola speċifika mhi meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat l-uffiċċju doganali tal-ħruġ li fih il-merkanzija soġġetta għal formalitajiet ta' esportazzjoni bil-ħsieb li jingħataw rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni taħt il-politika agrikola komuni tiġi rrilaxxata għall-esportazzjoni u mbagħad imqiegħda taħt proċedura ta' tranżitu. Ir-raġuni hija li, skont l-Artikolu 189 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, dik il-merkanzija tista' titqiegħed biss taħt proċedura ta' tranżitu estern, li jfisser li din titlef l-istatus doganali tagħha bħala merkanzija tal-Unjoni u ssir soġġetta għal superviżjoni doganali stretta.

(28)

Attwalment, hemm xi differenzi fil-mod ta' kif l-Istati Membri individwali jittrattaw l-esportazzjoniet segwiti minn tranżitu. F'ċerti Stati Membri l-konferma ta' ħruġ hija prevista immedjatament mat-tqegħid tal-merkanzija fil-proċedura ta' tranżitu filwaqt li fi Stati Membri oħra dan isir biss wara li l-proċedura ta' tranżitu tiġi rilaxxata. Id-differenza sseħħ kemm fit-tranżitu estern kif ukoll f'każijiet oħra li ma jinvolvux it-tranżitu estern. Skont l-Artikolu 333(7) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 matul il-perjodu tranżitorju sal-implimentazzjoni tas-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni (AES) tal-KDU, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jista' jinforma lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni dwar il-ħruġ tal-merkanzija meta dik il-merkanzija titqiegħed taħt proċedura ta' tranżitu li ma tkunx proċedura ta' tranżitu estern sal-jum ta' wara l-jum li fih il-proċedura ta' tranżitu tiġi rilaxxata. Din il-possibbiltà għandha tiġi estiża wkoll għall-merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta' tranżitu estern b'tali mod li, matul il-perijodu tranżitorju, l-Istati Membri li fihom ġew awtomatizzati l-proċessi jitħallew ikomplu l-prattika tagħhom billi joħorġu konferma ta' ħruġ, jew fil-mument tat-tqegħid taħt proċedura ta' tranżitu, jew meta l-proċedura ta' tranżitu tiġi rilaxxata.

(29)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni fis-sistemi elettroniċi rispettivi tal-formati u tal-kodiċijiet ta' ċerti rekwiżiti tad-dejta użati fil-kuntest ta' dikjarazzjonijiet u ta' notifiki tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, l-Anness B ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jenħtieġ li jiġi emendat.

(30)

L-istruzzjonijiet għall-istampar fl-Anness 22-02 u n-noti introduttorji fl-Anness 22-14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jiġi ċċarat sa meta l-verżjonijiet qodma tal-formoli jistgħu jintużaw ukoll. Dawn il-verżjonijiet, fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li jieqfu jintużaw wara l-1 ta' Mejju 2019.

(31)

Fl-Anness 22–06 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, id-dettalji ta' kuntatt addizzjonali li għandhom jiġu pprovduti mill-operaturi ekonomiċi li japplikaw biex isiru esportaturi rreġistrati fil-Kaxxa 2 tal-formola tal-applikazzjoni jenħtieġ li jsiru fakultattivi għaliex il-Kaxxa 1 tal-applikazzjoni diġà titlob dettalji bażiċi ta' kuntatt. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li wieħed ma jiffirmax jew ma jittimbrax il-formola tal-applikazzjoni jekk l-esportatur u l-awtoritajiet doganali jiġu awtentiċizzati b'mod elettroniku.

(32)

Fl-Annessi 32-01, 32-02 u 32-03 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, it-test tal-impenn tal-garanti jenħtieġ li jqis l-adeżjoni tas-Serbja għall-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu (8) fl-1 ta' Frar 2016. Jenħtieġ ukoll li s-Serbja tiġi miżjuda mal-lista tal-pajjiżi kkonċernati fil-kaxxi rispettivi taċ-ċertifikat ta' garanzija komprensiva u taċ-ċertifikat tat-tneħħija (tal-obbligu) ta' garanzija fl-Anness 72-04 ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

(33)

Fl-Anness 72-04 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju fl-operat tal-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu introdotti diversi dispożizzjonijiet relatati mal-validità tal-garanziji: dispożizzjoni dwar il-validità taċ-ċertifikat ta' garanzija komprensiva u taċ-ċertifikat tat-tneħħija (tal-obbligu) ta' garanzija; dispożizzjoni li tipprojbixxi l-użu ta' ċertifikati jekk l-awtorizzazzjoni sabiex tintuża garanzija komprensiva tkun ġiet revokata jew jekk impenn meħud f'każ ta' garanzija komprensiva jkun ġie revokata u kkanċellat; u dispożizzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-Istati Membri tal-mezzi ta' identifikazzjoni ta' ċertifikati validi.

(34)

Il-korrezzjonijiet u l-emendi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ kemm jista' jkun malajr sabiex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza legali dwar il-verżjoni korretta tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ.

(35)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Korrezzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jiġi kkoreġut kif ġej:

(1)

Il-premessa 61 tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(61)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu.”.

(2)

Fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 7(4), il-kliem “Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 li jistabbilixxi regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni meta s-sistemi elettroniċi rilevanti ma jkunux għadhom operazzjonali” jiġu sostitwit bil-kliem “Regolament Delegat (UE) 2016/341”.

(3)

Fl-Artikolu 12(1), il-kliem “l-Artikolu 22” jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 22(2)”.

(4)

L-Artikolu 67 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “l-esportaturi stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni” jiġi sostitwit bil-kliem “l-esportaturi u r-rikonsenjaturi stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni”;

(b)

fil-paragrafu 4, il-kliem “jkun ippreċedut mill-” jiġi sostitwit bil-kliem “jibda bil-”:

(c)

fil-paragrafu 6, il-kliem “fl-Anness 22-09” jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Anness 22-13”.

(5)

L-Artikolu 70 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (c) u l-punt (d) jsiru l-punt (a) u l-punt (b), rispettivament;

(b)

il-paragrafu 4 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Meta pajjiż jew territorju jkun tneħħa mill-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 72, 80 u 108 ta' dan ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw għal dak il-pajjiż jew għal dak it-territorju għal perjodu ta' 3 snin mid-data tat-tneħħija tiegħu minn dak l-Anness.

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).”."

(6)

Fl-Artikolu 75(1), il-kliem “fl-Artikolu 67(2) ta' dan ir-Regolament” jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 71(2)”.

(7)

Fl-Artikolu 77(1), il-kliem “tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446” jitħassar.

(8)

L-Artikolu 87 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 87

Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati: Rekwiżit tal-pubblikazzjoni

(L-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha d-data li fiha l-pajjiżi benefiċjarji jibdew japplikaw is-sistema REX. Il-Kummissjoni se żżomm l-informazzjoni aġġornata.”.

(9)

Fl-Artikolu 89, it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Revoka tar-reġistrazzjoni”.

(10)

Fl-Artikolu 90, it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Revoka awtomatika tar-reġistrazzjonijiet meta pajjiż jitneħħa mil-lista tal-pajjiżi benefiċjarji”.

(11)

Fl-Artikolu 92(1), it-tielet sottoparagrafu jitħassar.

(12)

L-Artikolu 102 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-kelma “inkompleta” tiġi sostitwita bil-kelma “ssimplifikata”.

(b)

fil-paragrafu 3(b), il-kliem “tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446” jitħassar.

(13)

L-Artikolu 110(3) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta tkun saret talba għal verifika sussegwenti, tali verifika għandha titwettaq u r-riżultati tagħha għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fi żmien massimu ta' 6 xhur jew, fil-każ ta' talbiet mibgħuta lin-Norveġja jew lill-Iżvizzera għall-fini ta' verifika tal-provi ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini maħruġa fit-territorji tagħhom abbażi tal-Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini jew dikjarazzjoni ta' fattura maħruġa f'pajjiż benefiċjarju, fi żmien massimu ta' 8 xhur mid-data li fiha tkun intbagħtet it-talba. Ir-riżultati għandhom ikunu tali li jistabbilixxu jekk il-prova tal-oriġini inkwistjoni tapplikax għall-prodotti effettivament esportati u jekk dawn il-prodotti jistgħux jitqiesu bħala li joriġinaw fil-pajjiż benefiċjarju.”.

(14)

Fl-Artikolu 119(4), il-kliem “tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446” jitħassar.

(15)

L-Artikolu 126 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “Din is-Sottotaqsima” jiġi sostitwit bil-kliem “Is-Sottotaqsimiet 10 u 11”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-kliem “din is-Sottotaqsima” jiġi sostitwit bil-kliem “tas-Sottotaqsimiet 10 u 11”.

(16)

Fl-Artikolu 137(4)(b), il-kliem “b'mezzi oħrajn ta' trasport” jiġi sostitwit bil-kliem “b'modi oħrajn ta' trasport”.

(17)

Fl-Artikolu 138(1), il-kliem “bl-istess mezz ta' trasport” jiġi sostitwit bil-kliem “bl-istess mod ta' trasport”.

(18)

Fl-Artikolu 143(2), il-kliem “l-spiża mqassma” jiġi sostitwit bil-kliem “il-valur imqassam”.

(19)

Fl-Artikolu 164, is-sottotitolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l-Artikoli 226(3)(b) u (c) u 227(2)(b) u (c) tal-Kodiċi)”.

(20)

Fl-Artikolu 186, is-sottotitolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l-Artikolu 128 tal-Kodiċi)”.

(21)

L-Artikolu 187 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

is-sottotitolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l-Artikolu 128 tal-Kodiċi)”;

(b)

fil-paragrafu 4, il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

għall-merkanzija kollha li tinġarr mill-bastiment jew mill-inġenju tal-ajru kkonċernat, għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fl-ewwel port jew ajruport tal-Unjoni. L-awtoritajiet doganali ta' dak il-port jew ajruport tad-dħul għandhom iwettqu l-analiżi tar-riskju għal raġunijiet ta' sigurtà u ta' sikurezza għall-merkanzija kollha ttrasportata mill-bastiment jew mill-inġenju tal-ajru kkonċernat. Jistgħu jsiru analiżijiet addizzjonali tar-riskju għal dik il-merkanzija fil-port jew fl-ajruport li fihom ikunu rilaxxati;”.

(22)

Fl-Artikolu 192, jiżdied is-sottotitolu li ġej:

“(l-Artikolu 145 tal-Kodiċi)”.

(23)

L-Artikolu 199(1)(g) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(g)

id-dejta tad-dikjarazzjoni tas-sisa msemmija fl-Artikoli 21, 26 u 34 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (*2);

(*2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).”."

(24)

L-Artikolu 214 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 214

Prodotti tas-sajd fil-baħar u merkanzija miksuba minn prodotti bħal dawn trażbordati u trasportati minn pajjiż jew territorju li ma jkunx parti mit-territorju doganali tal-Unjoni

(L-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

1.   Meta, qabel jaslu fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-prodotti jew il-merkanzija msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 119(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 ġew trażbordati u trasportati minn pajjiż jew territorju li ma jkunx parti mit-territorju doganali tal-Unjoni, għandha tiġi ppreżentata ċertifikazzjoni mill-awtorità doganali ta' dak il-pajjiż jew territorju li l-prodotti jew merkanzija kienu taħt sorveljanza doganali waqt li kienu f'dak il-pajjiż jew territorju u li ma sar ebda maniġġjar tagħhom apparti dak meħtieġ għall-preżervazzjoni tagħhom għal dawk il-prodotti u l-merkanzija mad-dħul tagħhom fit-territorju doganali tal-Unjoni.

2.   Iċ-ċertifikazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandha ssir fuq kopja stampata tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 133 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, akkumpanjata minn kopja stampata tad-dikjarazzjoni tal-iżbark, kif xieraq.”.

(25)

It-titolu tal-Artikolu 220 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Oġġetti ta' korrispondenza u merkanzija f'kunsinni postali”.

(26)

Fl-Artikolu 229(1), il-kliem “fl-Artikolu 15” jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 14”.

(27)

L-Artikolu 230(2) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tagħha lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-oħra dwar l-attivitajiet relatati mad-dwana tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-ikklerjar ċentralizzat.”.

(28)

Fl-Artikolu 251(3), il-kliem “fl-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013” jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 166 tal-Kodiċi”.

(29)

Fl-Artikolu 277(1)(a), il-kliem “l-Artikolu 268” jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 275”.

(30)

Fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 280(6), il-kliem “l-Artikolu 267” jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 274”.

(31)

Fl-Artikolu 291, is-sottotitolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l-Artikoli 6(3)(b), 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)”.

(32)

Fl-Artikolu 294, is-sottotitolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)”.

(33)

Fl-Artikolu 295, is-sottotitolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l-Artikolu 226(3)(a) tal-Kodiċi)”.

(34)

L-Artikolu 306(2) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-MRN tad-dikjarazzjoni ta' tranżitu fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, għandu japplika t-tieni paragrafu tal-Artikolu 184 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.”.

(35)

Fl-Artikolu 308(2), il-kliem “fl-Artikolu 305” jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 312”.

(36)

Fl-Artikolu 312(3), il-kliem “fl-Artikolu 300” jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 307”.

(37)

Fl-Artikolu 313, is-sottotitolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l-Artikolu 233(4)(a), (b), (c) u (e) tal-Kodiċi)”.

(38)

Fl-Artikolu 314(2)(a), il-kliem “l-Artikolu 291” jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 298”.

(39)

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 319, il-kliem “fl-Artikolu 15” jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 14”.

(40)

Fl-Artikolu 331, il-paragrafu 3 jsir il-paragrafu 2.

(41)

L-Artikolu 345(4) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Permezz ta' deroga mill-ewwel paragrafu, Awtorizzazzjonijiet Uniċi għal Proċeduri Simplifikati (SASP) maħruġa skont ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u li jkunu għadhom validi fl-1 ta' Mejju 2016 għandhom jibqgħu validi sad-dati rispettivi tal-implimentazzjoni tas-CCI u tal-AES msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2016/578/UE.”

(42)

Fl-Anness A, it-Titolu I “Il-formati u l-kodiċijiet tar-rekwiżiti komuni tad-dejta tal-applikazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet” jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “2/4 Dokumenti mehmużin”, il-kliem fil-kolonni “Il-format tal-E.D. (It-tip/It-tul)” u “Il-kardinalità” jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

Għadd totali ta' dokumenti: n..3 +

1x

It-tip ta' dokument: an..70 +

L-identifikatur tad-dokument: an..35 +

Id-data tad-dokument: n8 (ssssxxjj)

999x”;

(b)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “5/3 Il-kwantità tal-merkanzija”, il-kliem fil-kolonna “Il-kardinalità” jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“999x

Dwar id-deċiżjonijiet marbuta mal-informazzjoni vinkolanti: 1x”;

(c)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “7/2 It-tip ta' proċeduri doganali”, fil-kolonna “In-noti”, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“Meta l-awtorizzazzjoni tkun maħsuba biex tintuża għall-operat ta' mħażen doganali, għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin:

il-kodiċi “XR” għal maħżen doganali pubbliku tat-tip I,

il-kodiċi “XS” għal maħżen doganali pubbliku tat-tip II,

il-kodiċi “XU” għal maħżen doganali privat.”.

(43)

Fl-Anness B, it-Titolu 1 “Il-formati u l-kardinalità tar-rekwiżiti komuni tad-dejta tad-dikjarazzjonijiet u tan-notifiki” jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element tad-dejta “5/30 Il-post tal-aċċettazzjoni”, it-test fil-kolonna “In-noti” jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Meta l-post tal-aċċettazzjoni huwa kkowdjat skont il-kodiċi LOCODE tan-NU, it-tagħrif għandu jkun il-kodiċi LOCODE tan-NU kif definit fit-Titolu II għall-E.D. 5/6 L-uffiċċju tad-destinazzjoni (u l-pajjiż). Meta l-post tal-aċċettazzjoni mhuwiex ikkowdjat skont il-kodiċi LOCODE tan-NU, il-pajjiż fejn jinsab il-post tal-aċċettazzjoni jkun identifikat mill-kodiċi kif definit fit-Titolu II għall-E.D. 3/1 L-esportatur.”;

(b)

fir-ringieli li jikkorrispondu għall-elementi ta' dejta “7/9 L-identità tal-mezzi tat-trasport mal-wasla”, “7/14 L-Identità tal-mezzi attivi tat-trasport li se jaqsmu l-fruntiera” u “7/16 L-identità tal-mezzi passivi tat-trasport li se jaqsmu l-fruntiera”, it-test fil-kolonna “In-noti” jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-kodiċijiet definiti fit-Titolu II għall-E.D. 7/7 L-identità tal-mezzi tat-trasport fit-tluq għandha tintuża għat-tip ta' identifikazzjoni.”;

(c)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “8/3 Ir-referenza tal-garanzija”, it-test fil-kolonna “Il-format tal-E.D. (It-tip/It-tul)” jiġi sostitwit b'dan li ġej:

GRN: an..24 +

Il-kodiċi tal-aċċess: an..4 +

Il-kodiċi tal-munita: a3 +

L-ammont ta' dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni u, fejn japplika l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 89(2) tal-Kodiċi, tariffi oħra: n..16,2 +

L-uffiċċju doganali tal-garanzija: an8

JEW

Referenza oħra tal-garanzija: an..35 +

Il-kodiċi tal-aċċess: an..4 +

Il-kodiċi tal-munita: a3 +

L-ammont ta' dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni u, fejn japplika l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 89(2) tal-Kodiċi, tariffi oħra: n..16,2 +

L-uffiċċju doganali tal-garanzija: an8”.

(44)

Fl-Anness B, it-Titolu II “Il-kodiċijiet b'rabta mar-rekwiżiti komuni tad-dejta tad-dikjarazzjonijiet u tan-notifiki” jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fl-element ta' dejta “1/1 It-tip ta' dikjarazzjoni”, il-kodiċi “EX” u “IM”, l-ewwel sentenza tad-deskrizzjoni tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Għall-kummerċ ma' pajjiżi u territorji li jinsabu 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.”

(b)

l-element ta' dejta “1/10. Il-proċedura” tiġi kkoreġuta kif ġej:

(i)

fid-deskrizzjoni tal-kodiċi “68”, jiżdied it-test li ġej:

“Spjegazzjoni:

Dan il-kodiċi għandu jintuża għall-merkanzija li tkun soġġetta kemm għall-VAT kif ukoll għad-dazji tas-sisa, u fejn titħallas waħda biss minn dawk il-kategoriji ta' taxxi meta l-merkanzija tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa.”;

(ii)

id-deskrizzjoni tal-kodiċi “78” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“It-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta' żona-ħielsa. (a)”;

(c)

l-element ta' dejta “1/11. Il-proċedura addizzjonali” tiġi kkoreġuta kif ġej:

(i)

fit-taqsima “L-ammissjoni temporanja”, id-deskrizzjoni tal-kodiċi “D18” fil-kolonna “Il-proċedura” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-merkanzija li tkun soġġetta għal testijiet, esperimenti jew dimostrazzjonijiet.”;

(ii)

fit-taqsima “L-ammissjoni temporanja”, id-deskrizzjoni tal-kodiċi “D20” fil-kolonna “Il-proċedura” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-merkanzija li tintuża sabiex jitwettqu t-testijiet, l-esperimenti jew id-dimostrazzjonijiet mingħajr qligħ finanzjarju (sitt xhur).”;

(iii)

fit-taqsima “Oħrajn”, il-kodiċi “F42” fil-kolonna “Il-kodiċi” jiġi sostitwit bil-kodiċi “F44”;

(iv)

fit-taqsima “Oħrajn”, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu wara r-ringiela li tikkonċerna l-kodiċi “F45”:

“L-użu tal-klassifikazzjoni oriġinali tat-tariffi tal-merkanzija fis-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 86(2) tal-Kodiċi

F46

Is-simplifikazzjoni tat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet doganali għall-merkanzija li taqa' taħt is-sottointestaturi differenti tat-tariffi previsti fl-Artikolu 177 tal-Kodiċi

F47”;

(v)

fit-taqsima “Oħrajn”, ir-ringiela li ġejja tiddaħħal wara r-ringiela li tikkonċerna l-kodiċi “F61”:

“Is-simplifikazzjoni tat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet doganali għall-merkanzija li taqa' taħt is-sottointestaturi differenti tat-tariffi previsti fl-Artikolu 177 tal-Kodiċi

F65”;

(d)

l-element ta' dejta “4/3. Il-kalkolu tat-taxxi” jiġi kkoreġut kif ġej:

(i)

l-isem tal-element ta' dejta jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4/3.

Il-kalkolu tat-taxxi — It-tip ta' taxxa”;

(ii)

id-deskrizzjoni tal-kodiċi “A00” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Dazju tal-importazzjoni”

(iii)

id-deskrizzjoni tal-kodiċi “C00” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Dazju tal-esportazzjoni”;

(iv)

ir-ringiela dwar il-kodiċi “C10” titħassar;

(e)

l-isem tal-element ta' dejta “4/8. Il-kalkolu tat-taxxi” jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4/8.

Il-kalkolu tat-taxxi — Metodu ta' ħlas”.

(45)

Fl-Anness 12-01, fit-Titolu I “Il-formati tar-rekwiżiti komuni tad-dejta għar-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u ta' persuni oħra”, fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “11 Id-data tal-istabbiliment”, fil-kolonna “Il-format tal-E.D. (It-tip/It-tul)”, jiżdied it-test “(ssssxxjj)”.

(46)

L-Anness 12-03 jiddaħħal kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(47)

L-Anness 21-01 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta 3/2, it-test fil-kolonna “Isem l-E.D.” jiġi sostitwit bit-test “In-numru tal-identifikazzjoni tal-esportatur”;

(b)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta 3/10, it-test fil-kolonna “Isem l-E.D.” jiġi sostitwit bit-test “In-numru tal-identifikazzjoni tad-destinatarju”;

(c)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta 3/16, it-test fil-kolonna “Isem l-E.D.” jiġi sostitwit bit-test “In-numru tal-identifikazzjoni tal-importatur”;

(d)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta 3/18, it-test fil-kolonna “Isem l-E.D.” jiġi sostitwit bit-test “In-numru tal-identifikazzjoni tad-dikjarant”;

(e)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta 3/39, it-test fil-kolonna “Isem l-E.D.” jiġi sostitwit bit-test “In-numru tal-identifikazzjoni tal-awtorizzazzjoni”;

(48)

L-Anness 22-02 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

Tiżdied l-istruzzjoni għall-istampar li ġejja:

“4.

Verżjonijiet qodma tal-formoli jistgħu jintużaw ukoll sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jew sal-1 ta' Mejju 2019, skont liema tiġi l-ewwel.”;

(b)

fl-ewwel sentenza tan-Nota 4, il-kelma “Komunità” tiġi sostitwita bil-kelma “Unjoni”.

(49)

L-Anness 22-06 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(50)

Fl-Anness 22-07, l-ewwel paragrafu taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni dwar l-oriġini” jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Trid timtela fuq kwalunkwe dokument kummerċjali li jkun juri l-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur u tad-destinatarju kif ukoll deskrizzjoni tal-prodotti u d-data tal-ħruġ (9).

(9)  Meta d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tissostitwixxi dikjarazzjoni oħra f'konformità mal-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 101 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, id-dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandha jkollha l-kliem “Replacement statement” jew “Attestation de remplacement” jew “Comunicación de sustitución”. Id-dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni għandha tindika wkoll id-data tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni inizjali kif ukoll kull dejta oħra neċessarja skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 101(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.”."

(51)

L-Anness 22-09 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

(52)

Fl-Anness 22-13, il-verżjoni Ungeriża tad-dikjarazzjoni ta' fattura tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő egyértelmű jelzés hiányában az áruk preferenciális … (2) származásúak.”.

(53)

Fl-Anness 23-02, it-titolu tat-tabella wara l-paragrafu 10 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“IL-LISTA TA' MERKANZIJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 142(6)”.

(54)

Fl-Anness 32–06, il-kelma “Quddiem” tiddaħħal bejn l-intestatura “It-tranżitu tal-Unjoni/komuni” u l-ewwel kaxxa.

(55)

Fl-Anness 61-03, l-ewwel paragrafu u s-sentenza introduttorja tat-tieni paragrafu jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Għall-finijiet tal-Artikolu 252, il-piż nett ta' kull kunsinna ta' banana friska għandu jkun ikkalkolat minn entitajiet awtorizzati li jiżnu fi kwalunkwe post tal-ħatt skont il-proċedura stabbilita hawn taħt.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness u tal-Artikolu 252, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:”.

(56)

Fl-Anness 62-02, l-ewwel paġna tal-oriġinal u l-kopja tal-“Formola INF 3 — Il-folja tat-tagħrif dwar il-merkanzija ritornata” tiġi sostitwita bil-formola stabbilita fl-Anness IV.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Formati u kodiċijiet għal rekwiżiti tad-dejta komuni

(L-Artikolu 6(2) tal-Kodiċi)

1.   Il-formati u l-kodiċijiet għar-rekwiżiti tad-dejta komuni msemmija fl-Artikolu 6(2) tal-Kodiċi u fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għall-iskambju u l-ħażna ta' informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet huma stabbiliti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-formati u l-kodiċijiet għar-rekwiżiti tad-dejta komuni msemmija fl-Artikolu 6(2) tal-Kodiċi u fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għall-iskambju u l-ħażna ta' informazzjoni meħtieġa għan-notifiki tad-dikjarazzjonijiet u l-prova tal-istatus doganali huma stabbiliti fl-Anness B ta' dan ir-Regolament.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sad-data tal-implimentazzjoni tal-ewwel fażi tal-aġġornament tas-sistema tal-Informazzjoni Vinkolanti dwar it-Tariffi (“BTI”) u tas-sistema Sorveljanza 2 msemmijin fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 (*3), il-formati u l-kodiċijiet previsti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-BTI ma għandhomx japplikaw u għandhom japplikaw il-formati u l-kodiċijiet stabbiliti fl-Annessi 2 sa 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 (*4).

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sad-data tal-aġġornament tas-sistema tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, il-formati u l-kodiċijiet previsti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet tal-AEO ma għandhomx japplikaw u għandhom japplikaw il-formati u l-kodiċijiet stabbiliti fl-Annessi 6 u 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341.

4.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341, sad-dati rispettivi tal-implimentazzjoni jew tal-aġġornament tas-sistemi rilevanti tat-teknoloġija tal-informatika msemmijin fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, il-formati u l-kodiċijiet tar-rekwiżiti tad-dejta komuni stabbiliti fl-Anness B ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.

Għas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341, sad-dati rispettivi tal-implimentazzjoni jew tal-aġġornament tas-sistemi rilevanti tat-teknoloġija tal-informatika msemmijin fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, l-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni meħtieġa għad-dikjarazzjonijiet, għan-notifiki u għall-prova tal-istatus doganali għandhom ikunu soġġetti għall-formati u għall-kodiċijiet stabbiliti fl-Anness 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341.

5.   Sad-data tal-implimentazzjoni tas-sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (EU) 2016/578, l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeċiedu li l-formati u l-kodiċijiet minbarra dawk stabbiliti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw fir-rigward tal-applikazzjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet relatati mas-simplifikazzjoni ta' kif jiġu stabbiliti l-ammonti li jkunu parti mill-valur doganali tal-merkanzija;

(b)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet relatati mal-garanziji komprensivi;

(c)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għal ħlas differit;

(d)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim ta' faċilitajiet ta' ħażna temporanja kif imsemmija fl-Artikolu 148 tal-Kodiċi;

(e)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi regolari tat-trasport marittimu;

(f)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għal emittent awtorizzat;

(g)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-istatus ta' min huwa awtorizzat għall-użin tal-banana;

(h)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-awtovalutazzjoni;

(i)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-istatus ta' destinatarju awtorizzat għall-operazzjonijiet TIR;

(j)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-istatus ta' konsenjatur awtorizzat għat-tranżitu fl-Unjoni;

(k)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-istatus ta' destinatarju awtorizzat għat-tranżitu fl-Unjoni;

(l)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' siġilli ta' tip speċjali;

(m)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' dikjarazzjoni ta' tranżitu b'sett imnaqqas ta' dejta;

(n)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' dokument elettroniku tat-trasport bħala dikjarazzjoni doganali.

6.   Sad-data tal-implimentazzjoni tas-sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li jiġu użati l-formati u l-kodiċijiet tar-rekwiżiti tad-dejta tal-applikazzjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet stabbiliti fl-Anness 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341 minflok ir-rekwiżiti tad-dejta stabbiliti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament għall-applikazzjonijiet u għall-awtorizzazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' dikjarazzjoni ssimplifikata;

(b)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-ikklerjar ċentralizzat;

(c)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għad-dħul ta' dejta fir-rekords tad-dikjarant;

(d)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-proċedura tal-ipproċessar attiv;

(e)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-proċedura tal-ipproċessar passiv;

(f)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu aħħari;

(g)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-ammissjoni temporanja;

(h)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim tal-faċilitajiet ta' ħżin għall-ħażna doganali;

7.   Minkejja l-paragrafu 6, sad-dati tal-implimentazzjoni tas-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni (AES) tal-KDU jew tal-aġġornament tas-Sistemi ta' Importazzjoni Nazzjonali msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, meta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq dikjarazzjoni doganali skont l-Artikolu 163(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, il-formati u l-kodiċijiet stabbiliti fl-Anness 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341 għandhom japplikaw fir-rigward ta' elementi tad-dejta addizzjonali meħtieġa għal dik l-applikazzjoni.

(*3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 tal-11 ta' April 2016 li tistabbilixxi Programm ta' Ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 99, 15.4.2016, p. 6)."

(*4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1).”"

(2)

Fl-Artikolu 57(1), jiżdied is-sottoparagrafu li ġej:

“Referenzi f'arranġamenti ta' importazzjoni speċjali mhux preferenzjali għal ċertifikati ta' oriġini maħruġa skont l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom jitqiesu bħala referenzi għaċ-ċertifikati ta' oriġini msemmija f'dan l-Artikolu.”.

(3)

L-Artikolu 62 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 62

Dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul

(L-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.   Meta fornitur jipprovdi regolarment lil esportatur jew kummerċjant b'konsenji ta' prodotti, u jkun mistenni li dawk il-prodotti kollha jkollhom l-istess status tal-oriġini, il-fornitur jista' jipprovdi dikjarazzjoni waħda li tkun tkopri diversi kunsinni ta' dawk il-prodotti (dikjarazzjoni tal-fornitur fit-tul).

2.   Dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu ta' żmien twil tista' tinħareġ għal kunsinni mibgħuta matul perjodu ta' żmien u għandha tiddikjara tliet dati:

(a)

id-data li fiha ssir id-dikjarazzjoni (data tal-ħruġ);

(b)

id-data tal-bidu tal-perjodu (data tal-bidu), li ma tistax tkun iktar minn 12-il xahar qabel jew iktar minn 6 xhur wara d-data tal-ħruġ;

(c)

id-data tat-tmiem tal-perjodu (data tat-tmiem), li ma tistax tkun iktar minn 24 xahar wara d-data tal-bidu.

3.   Il-fornitur għandu jgħarraf lill-esportatur jew lill-kummerċjant ikkonċernat minnufih meta d-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu ta' żmien twil ma tkunx valida fir-rigward ta' wħud mill-kunsinni jew tal-kunsinni kollha tal-prodotti fornuti u li jridu jiġu fornuti.”

(4)

L-Artikolu 68 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 68

Reġistrazzjoni tal-esportaturi barra mill-qafas tal-iskema SĠP tal-Unjoni

(L-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.   Meta l-Unjoni jkollha arranġament preferenzjali li jeħtieġ li esportatur jimla dokument dwar l-oriġini skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, tali dokument jista' jimtela biss minn esportatur li jkun irreġistrat għal dak l-iskop mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru. L-identità ta' tali esportaturi għandha tiġi rreġistrata fis-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati (REX) imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578. Is-Sottotaqsimiet 2 sa 9 ta' din it-Taqsima għandhom japplikaw mutatis mutandis.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 11(1)(d), 16, 17 u 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta' applikazzjonijiet u s-sospensjoni ta' deċiżjonijiet u l-Artikoli 10 u 15 ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw. L-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati ma' dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu skambjati u maħżuna f'sistema elettronika ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-pajjiż terz li miegħu l-Unjoni jkollha arranġament preferenzjali bl-indirizzi tal-awtoritajiet doganali responsabbli għall-kontroll ta' dokument dwar l-oriġini komplut mill-esportatur irreġistrat fl-Unjoni skont dan l-Artikolu.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, meta l-arranġament preferenzjali applikabbli ma jispeċifikax il-limitu tal-valur sa fejn esportatur li mhuwiex esportatur irreġistrat jista' jimla dokument dwar l-oriġini, il-limitu tal-valur għandu jkun ta' EUR 6 000 għal kull kunsinna.

5.   Minkejja l-paragrafu 1, sal-31 ta' Diċembru 2017, dokument dwar l-oriġini jista' jimtela minn esportatur li ma jkunx ġie rreġistrat iżda huwa esportatur approvat fl-Unjoni. L-Artikolu 77(7) għandu japplika kif xieraq.”

(5)

L-Artikolu 69(2) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Meta l-prova tal-oriġini meħtieġa għall-finijiet tal-miżura tat-tariffa preferenzjali msemmija fil-paragrafu 1 tkun ċertifikat tal-moviment EUR.1, ċertifikat governattiv ieħor tal-oriġini, dikjarazzjoni ta' oriġini jew dikjarazzjoni ta' fattura, il-prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni għandha tinħareġ jew titfassal fil-forma ta' wieħed mid-dokumenti li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni tal-oriġini ta' sostituzzjoni jew dikjarazzjoni tal-fattura ta' sostituzzjoni maħruġa minn esportatur approvat li jikkonsenja l-prodotti mill-ġdid;

(b)

dikjarazzjoni tal-oriġini ta' sostituzzjoni jew dikjarazzjoni tal-fattura ta' sostituzzjoni jew dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini maħruġa minn kwalunkwe rikonsenjatur tal-prodotti meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji fil-kunsinna inizjali li trid tinqasam ma jaqbiżx il-limitu tal-valur applikabbli;

(c)

dikjarazzjoni tal-oriġini ta' sostituzzjoni jew dikjarazzjoni tal-fattura ta' sostituzzjoni jew dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini maħruġa minn kwalunkwe rikonsenjatur tal-prodotti meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji fil-kunsinna inizjali li trid tinqasam jaqbeż il-limitu tal-valur applikabbli, u r-rikonsenjatur jehmeż kopja tal-prova tal-oriġini inizjali mad-dikjarazzjoni tal-oriġini ta' sostituzzjoni jew mad-dikjarazzjoni tal-fattura ta' sostituzzjoni jew mad-dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini;

(d)

ċertifikat tal-moviment EUR.1 maħruġ mill-uffiċċju doganali li taħt il-kontroll tiegħu jitpoġġew il-prodotti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ir-rikonsenjatur ma jkunx esportatur approvat jew esportatur irreġistrat u ma jagħtix il-kunsens sabiex tiġi mehmuża kopja tal-prova tal-oriġini inizjali mal-prova ta' sostituzzjoni;

(ii)

il-valur totali tal-prodotti oriġinarji fil-kunsinna inizjali jaqbeż il-limitu tal-valur applikabbli li 'l fuq minnu l-esportatur għandu jkun esportatur approvat jew esportatur irreġistrat sabiex ikun jista' joħroġ prova ta' sostituzzjoni;

(e)

dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini magħmula minn esportatur irreġistrat li jikkonsenja l-prodotti mill-ġdid.”.

(6)

Fl-Artikolu 73, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Fuq talba ta' pajjiż benefiċjarju, Il-Kummissjoni għandha tibgħat lil dak il-pajjiż benefiċjarju l-kampjuni tal-marka tat-timbri użati mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-ħruġ taċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1.”.

(7)

Fl-Artikolu 80(4), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru għandhom jinfurmaw l-esportatur irreġistrat bil-modifiki tad-dejta tar-reġistrazzjoni tiegħu.”.

(8)

L-Artikolu 85 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Mill-1 ta' Jannar 2018, l-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri kollha għandhom jieqfu joħorġu ċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 u l-esportaturi approvati għandhom jieqfu joħorġu d-dikjarazzjonijiet tal-fatturi għall-fini ta' kumulazzjoni tal-Artikolu 53 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.”;

(b)

fil-paragrafu 3, jiżdied it-tieni sottoparagrafu li ġej:

“Sal-31 ta' Diċembru 2017, esportaturi approvati fi Stati Membri li jkunu għadhom ma ġewx irreġistrati jistgħu joħorġu dikjarazzjonijiet ta' fattura għall-fini ta' kumulazzjoni tal-Artikolu 53 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.”.

(9)

L-Artikolu 86(3) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Għall-finijiet tal-esportazzjonijiet taħt l-iskema SĠP tal-Unjoni, tan-Norveġja jew tal-Iżvizzera, l-esportaturi se jkunu meħtieġa li jiġu rreġistrati darba biss.

Għandu jiġi assenjat numru ta' esportatur irreġistrat lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju bil-għan li jkun jista' jesporta taħt l-iskemi SĠP tal-Unjoni, tan-Norveġja u tal-Iżvizzera, sakemm dawk il-pajjiżi jkunu rrikonoxxew il-pajjiż fejn saret ir-reġistrazzjoni bħala pajjiż benefiċjarju.

L-ewwel u t-tieni sottoparagrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-finijiet ta' esportazzjonijiet taħt l-iskema SĠP tat-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jibda japplika s-sistema REX. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) id-data li fiha t-Turkija tibda tapplika dik is-sistema.”.

(10)

L-Artikolu 158 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 158

Livell ta' garanzija komprensiva

(l-Artikolu 95(2) u (3) tal-Kodiċi)

1.   Taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, l-ammont tal-garanzija komprensiva msemmi fl-Artikolu 95(2) tal-Kodiċi għandu jitnaqqas għal 50 %, 30 % jew 0 % tal-parti tal-ammont ta' referenza determinat skont l-Artikolu 155(3)(b) ta' dan ir-Regolament.

2.   L-ammont tal-garanzija komprensiva msemmi fl-Artikolu 95(3) tal-Kodiċi għandu jitnaqqas għal 30 % tal-parti tal-ammont ta' referenza determinat skont l-Artikolu 155(2) u l-Artikolu 155(3)(a) ta' dan ir-Regolament.”.

(11)

Fl-Artikolu 161, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“Mid-data li fiha r-revoka jew il-kanċellazzjoni jsiru effettivi, ebda vawċer tal-garanzija individwali maħruġ iktar kmieni ma jista' jintuża biex titqiegħed il-merkanzija taħt il-proċedura ta' tranżitu tal-Komunità.”

(12)

L-Artikolu 163 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 163

Responsabbiltà tal-assoċjazzjonijiet ta' garanzija għal operazzjonijiet TIR

(l-Artikoli 226(3)(b) u 227(2)(b) tal-Kodiċi)

Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija taħt il-kopertura ta' carnets TIR, inklużi kwalunkwe emenda sussegwenti tagħha (il-Konvenzjoni TIR), fejn operazzjoni TIR tiġi mwettqa fit-territorju doganali tal-Unjoni, kwalunkwe assoċjazzjoni ta' garanzija stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni tista' ssir responsabbli għall-ħlas tal-ammont garantit relatat mal-merkanzija kkonċernata fl-operazzjoni TIR sa limitu, għal kull carnet TIR, ta' EUR 100 000 jew l-ekwivalenti tal-munita nazzjonali ta' dan l-ammont.”.

(13)

L-Artikolu 231(11) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“11.   Sad-dati rispettivi tal-implimentazzjoni tal-AES u tal-Iżdoganar Centralizzat għall-Importazzjoni (CCI) tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, il-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw.”.

(14)

Fl-Artikolu 329, il-paragrafu 8 jitħassar.

(15)

L-Artikolu 333(7) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Permezz ta' deroga mill-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, sad-dati tal-implimentazzjoni tal-AES imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 329, il-limitu ta' żmien għall-uffiċċju doganali tat-tluq li jgħarraf lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni dwar il-ħruġ tal-merkanzija għandu jkun l-ewwel jum ta' ħidma wara l-jum li fih il-merkanzija titqiegħed skont il-proċedura ta' tranżitu jew il-merkanzija tiġi ttrasportata 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew tiġi rilaxxata l-proċedura ta' tranżitu.”

(16)

Fl-Anness B, it-Titolu 1 “Il-formati u l-kardinalità tar-rekwiżiti komuni tad-dejta tad-dikjarazzjonijiet u tan-notifiki” jiġi emendat kif ġej:

(a)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “2/1 Id-dikjarazzjoni simplifikata/Id-dokumenti preċedenti”, fil-kolonna “Il-format tal-E.D. (It-tip/It-tul)” it-test “Il-kategorija tad-dokument: a1+” jitħassar;

(b)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “4/4 Il-kalkolu tat-taxxi — Il-bażi tat-taxxa”, fil-kolonna “Il-format tal-E.D. (It-tip/It-tul)”, jiżdied it-test li ġej:

“JEW

L-ammont: n..16,2”;

(c)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “5/8 Il-kodiċi tal-pajjiż tad-destinazzjoni”, fil-kolonna “In-noti”, jiżdied it-test li ġej:

“Fil-kuntest ta' operazzjonijiet ta' tranżitu, il-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166 alpha-2 għandu jintuża.”;

(17)

Fl-Anness B, it-Titolu II “Il-kodiċijiet b'rabta mar-rekwiżiti komuni tad-dejta tad-dikjarazzjonijiet u tan-notifiki” jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-element ta' dejta “2/1. Id-dikjarazzjoni simplifikata/Id-dokumenti preċedenti” jiġi emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Dan l-element ta' dejta fih kodiċijiet alfanumeriċi.

Kull kodiċi għandu tliet komponenti. L-ewwel komponent (an..3), li fih ġabra ta' ċifri u/jew ittri, jintuża sabiex jiġi identifikat it-tip ta' dokument. It-tieni komponent (an..35) jirrappreżenta d-dejta meħtieġa sabiex dak id-dokument jiġi rikonoxxut, jew in-numru tal-identifikazzjoni tiegħu jew inkella xi referenza rikonoxxibbli oħra. It-tielet komponent (an..5) jintuża sabiex jiġi identifikat liema oġġett tad-dokument preċedenti tkun qiegħda ssir referenza għalih.

Meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali fuq il-karta, it-tliet komponenti jiġu sseparati b'singijiet (–).”;

(ii)

it-taqsima li tibda bil-kliem “1. L-ewwel komponent (a1):” titħassar;

(iii)

l-intestatura “2. It-tieni komponent (an..3):” tiġi sostitwita bil-kliem “1. L-ewwel komponent (an..3)”:

(iv)

l-intestatura “3. It-tielet komponent (an..35):” tiġi sostitwita bil-kliem “2. It-tieni komponent (an..35)”:

(v)

l-intestatura “4. Ir-raba' komponent (an 5):” tiġi sostitwita bil-kliem “3. It-tielet komponent (n..5)”;

(vi)

iż-żewġ inċiżi fit-taqsima “Eżempji” taħt l-intestatura “4. Ir-raba' komponent (an..5)” jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“—

L-oġġett tad-dikjarazzjoni kkonċernat kien il-ħames oġġett fuq id-dokument tat-tranżitu T1 (id-dokument preċedenti), liema oġġett ġie assenjat in-numru “238 544” mill-uffiċċju tad-destinazzjoni. Għalhekk, il-kodiċi se jkun “821-238544-5”. (“821” għall-proċedura tat-tranżitu, “238544” għan-numru tar-reġistrazzjoni tad-dokument (jew l-MRN għall-operazzjonijiet tal-NCTS (is-sistema kompjuterizzata l-ġdida tat-tranżitu)) u “5” għan-numru tal-oġġett).

Il-merkanzija ġiet iddikjarata permezz ta' dikjarazzjoni simplifikata. Ġie allokat l-MRN “16DE9876AB889012R1”. Għalhekk, fid-dikjarazzjoni supplimentari, il-kodiċi se jkun “SDE-16DE9876AB889012R1”. (“SDE” għad-dikjarazzjoni simplifikata, “16DE9876AB889012R1” għall-MRN tad-dokument).”;

(b)

l-element ta' dejta “2/2. Tagħrif addizzjonali” jiġi emendat kif ġej:

(i)

fit-tabella tat-taqsima “Il-kategorija ġenerali — Il-kodiċi 0xxxx”, l-aħħar ringiela titħassar;

(ii)

fit-tabella tat-taqsima “Mal-importazzjoni: Il-kodiċi 1xxxx”, l-aħħar ringiela titħassar;

(iii)

fit-tabella tat-taqsima “Mal-esportazzjoni: Il-kodiċi 3xxxx”, fit-tielet ringiela, il-bażi legali relatata mal-kodiċi “30 500” tiġi sostitwita bl-“Artikolu 329(7)”;

(18)

Fl-Anness 22-14, tiżdied in-nota introduttorja li ġejja:

“7.

Ċertifikati li jkollhom fil-kaxxa tan-naħa ta' fuq tal-lemin it-test tal-verżjoni l-qadima “ĊERTIFIKAT TAL-ORIĠINI għall-importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea” u fil-kaxxa “In-noti” it-test tal-verżjoni l-qadima, jistgħu jintużaw ukoll sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jew sal-1 ta' Mejju 2019, skont liema tiġi l-ewwel.”.

(19)

L-Anness 22-16 jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 7 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(7)

Indika d-dati tal-bidu u tat-tmiem. Il-perjodu ma għandux jaqbeż l-24 xahar.”.

(b)

it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 8 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(8)

Il-post u d-data tal-ħruġ.”.

(20)

L-Anness 22-18 jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 8 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(8)

Indika d-dati tal-bidu u tat-tmiem. Il-perjodu ma għandux jaqbeż l-24 xahar.”;

(b)

it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 9 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(9)

Il-post u d-data tal-ħruġ.”.

(21)

L-Anness 32-01 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

(22)

L-Anness 32-02 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.

(23)

L-Anness 32-03 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament.

(24)

L-Anness 72-04 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti I tiġi emendata kif ġej:

(i)

fil-punti 2.1. u 2.2. tal-Kapitolu I “Dispożizzjonijiet Ġenerali”, il-kliem “L-Anness B-01” jiġi sostitwit bil-kliem “L-Anness B-01 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446”;

(ii)

fil-punt 3.1. tal-Kapitolu II “Ir-regoli ta' Implimentazzjoni”, il-kliem “L-Anness B-01” jiġi sostitwit bil-kliem “l-Anness B-01 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446”;

(iii)

fil-punt 9 tal-Kapitolu III “L-operat tal-proċedura”, il-kliem “l-Artikolu 300” jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 302”;

(iv)

fil-Kapitolu III “L-operat tal-proċedura”, il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 19.2.:

“19.3.

Il-perjodu tal-validità ta' ċertifikat ta' garanzija komprensiva jew ta' ċertifikat tat-tneħħija (tal-obbligu) ta' garanzija ma għandux jaqbeż is-sentejn. Madankollu, dan il-perjodu jista' jiġi estiż mill-uffiċċju doganali tal-garanzija għal perjodu ulterjuri li ma jaqbiżx is-sentejn.

19.4.

Mid-data tar-revoka ta' awtorizzazzjoni għall-użu ta' garanzija komprensiva jew ir-revoka u l-kanċellazzjoni ta' impenn previst f'każ ta garanzija komprensiva, kwalunkwe ċertifikat maħruġ ma jistax jintuża sabiex titqiegħed merkanzija taħt il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni u għandu jintbagħat lura mid-detentur tal-proċedura lill-uffiċċju doganali tal-garanzija mingħajr dewmien.

Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-mezzi li permezz tagħhom jistgħu jiġu identifikati ċ-ċertifikati li għadhom validi u li għadhom ma ġewx irritornati, jew li ġew iddikjarati misruqa, mitlufa jew falsifikati. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif meħtieġ.”;

(b)

Il-Parti II tiġi emendata kif ġej:

(i)

fil-Kapitolu VI “Iċ-ċertifikat ta' garanzija komprensiva”, il-formola TC 31 — IĊ-ĊERTIFIKAT TA' GARANZIJA KOMPRENSIVA tiġi sostitwita bil-formola stabbilita fl-Anness V ta' dan ir-Regolament;

(ii)

fil-Kapitolu VII “Iċ-ċertifikat tat-tneħħija (tal-obbligu) ta' garanzija”, il-formola TC 33 — IĊ-ĊERTIFIKAT TAT-TNEĦĦIJA (TAL-OBBLIGU TA' GARANZIJA) tiġi sostitwita bil-formola stabbilita fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament;

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, (ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju(ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(7)  ĠU L 252, 14.9.1978, p. 2.

(8)  Il-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni (ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2)


ANNESS I

ANNESS 12-03

IT-TIKKETTA LI GĦANDHA TIĠI MWAĦĦLA FUQ IL-BAGALJI TAL-ISTIVA F'AJRUPORT TAL-UNJONI (Artikolu 44)

1.   KARATTERISTIĊI

It-tikketta msemmija fl-Artikolu 44 għandha tkun iddisinjata b'tali mod li ma tkunx tista' tintuża mill-ġdid.

(a)

It-tikketta għandu jkollha strixxa ħadra wiesa' mill-anqas 5 mm mat-tul kollu taż-żewġt itruf tas-sezzjonijiet relatati mal-vjaġġ u mal-identifikazzjoni. Barra minn hekk, dawk l-istrixxi l-ħodor jistgħu jiġu estiżi wkoll għal partijiet oħra tat-tikketta tal-bagalja, bl-eċċezzjoni tal-partijiet kollha li juru n-numru tat-tikketta bil-barcode li jridu jiġu stampati fuq sfond kompletament abjad. (Ara l-kampjuni f'2(a))

(b)

Għal “valiġġa mgħaġġla”, it-tikketta għandu jkollha strixxi ħodor minflok strixxi ħomor tul it-truf tagħha. (Ara l-kampjuni f'2(b))

2.   MUDELLI

(a)

Image

(b)

Image


ANNESS II

ANNESS 22-06

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(1)

Din il-formola tal-applikazzjoni hija komuni għall-iskemi SĠP ta' erba' entitajiet: l-Unjoni (UE), in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija (“l-entitajiet”). Madankollu, jekk jogħġbok innota li l-iskemi SĠP rispettivi ta' dawn l-entitajiet jistgħu jvarjaw f'termini ta' kopertura tal-pajjiżi u tal-prodotti. B'konsegwenza ta' dan, reġistrazzjoni partikolari tkun effettiva biss għall-fini ta' esportazzjonijiet skont l-iskema(i) SĠP li tikkunsidra/jikkunsidraw lill-pajjiżek bħala pajjiż benefiċjarju.

(2)

L-indikazzjoni tan-numru EORI hija obbligatorja għall-esportaturi u għar-rikonsenjaturi tal-UE. L-indikazzjoni tan-numru NIT hija obbligatorja għall-esportaturi fil-pajjiżi benefiċjarji, fin-Norveġja, fl-Iżvizzera u fit-Turkija.

(3)

Meta l-applikazzjonijiet biex issir esportatur irreġistrat jew skambji oħra ta' informazzjoni bejn l-esportaturi rreġistrati u l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi benefiċjarji jew l-awtoritajiet doganali fi Stati Membri jsiru bl-użu ta' tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta, il-firma u t-timbru msemmija fil-kaxxi 5, 6 u 7 għandhom jiġu sostitwiti minn awtentikazzjoni elettronika.


ANNESS III

ANNESS 22-09

Id-dikjarazzjoni fuq fattura

Id-dikjarazzjoni fuq fattura, li t-test tagħha jinsab hawn taħt, jeħtieġ li ssir skont in-noti f'qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti f'qiegħ il-paġna ma għandhomx jiġu riprodotti.

Il-verżjoni bil-Franċiż

L'exportateur des produits couverts par le présent document [autorisation douanière no (1) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (2) au sens des règles d'origine du Système des préférences tarifaires généralisées de l'Union européenne… (3) et (4).

Il-verżjoni bl-Ingliż

The exporter of the products covered by this document (customs authorisation No … (1) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … preferential origin (2) according to rules of origin of the Generalised System of Preferences of the European Union (3) and (4).

Il-verżjoni bl-Ispanjol

El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera no (1) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2) en el sentido de las normas de origen del Sistema de preferencias generalizado de la Unión europea (3) y (4).

(il-post u d-data) (5)

(Il-firma tal-esportatur; kif ukoll l-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni trid tiġi indikata b'kitba ċara) (6)


(1)  Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura timtela minn esportatur approvat mill-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 77(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jiddaħħal f'dan l-ispazju. Meta (kif dejjem ikun il-każ bid-dikjarazzjonijiet fuq fattura li jimtlew fil-pajjiżi benefiċjarji) id-dikjarazzjoni fuq fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi għandu jitħalla barra jew l-ispazju għandu jitħalla vojt.

(2)  Irid jiġi indikat il-pajjiż ta' oriġini tal-prodotti. Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura jkollha rabta totali jew parzjali mal-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla skont it-tifsira tal-Artikolu 112 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fuqu timtela d-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’.

(3)  Fejn ikun xieraq, daħħal waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin: “EU cumulation”, “Norway cumulation”, “Switzerland cumulation”, “Turkey cumulation”, “regional cumulation”, “extended cumulation with country x”, jew “Cumul UE”, “Cumul Norvège”, “Cumul Suisse”, “Cumul Turquie”, “cumul regional”, “cumul étendu avec le pays x” jew “Acumulación UE”,“Acumulación Noruega”, “Acumulación Suiza”, “Acumulación Turquía”, “Acumulación regional”, “Acumulación ampliada con en país x”.

(4)  Jekk id-dikjarazzjoni fuq fattura timtela fil-kuntest ta' ftehim kummerċjali preferenzjali ieħor, ir-referenza għas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi għandha tiġi sostitwita bir-referenza għal dan il-ftehim kummerċjali preferenzjali.

(5)  Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tkun tinsab fid-dokument innifsu.

(6)  Ara l-Artikolu 77(7) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 (li jikkonċerna biss l-esportaturi approvati tal-Unjoni Ewropea). F'każijiet fejn l-esportatur ma għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju.


ANNESS IV

“INF 3 — Il-folja tat-tagħrif dwar il-merkanzija ritornata

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS V

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS VI

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS VII

ANNESS 32-01

L-IMPENN TAL-GARANTI — IL-GARANZIJA INDIVIDWALI

I.   Impenn mill-garanti

1.

Min iffirma hawn taħt (1)

Residenti (2)

bil-preżenti jiggarantixxi b'mod konġunt u in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta' …

sa ammont massimu ta' …

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq), u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija (3), il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (4), kwalunkwe ammont li għalih il-persuna li qiegħda tipprovdi din il-garanzija (5): …

tista' tkun jew tista' ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta' dazju u imposti oħra (1) fir-rigward tal-merkanzija deskritta hawn isfel u li hija koperta mill-operat doganali li ġej (6): …

Deskrizzjoni tal-merkanzija: …

2.

Min iffirma hawn taħt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jagħmel differiment tas-somom mitluba lil hinn minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li l-proċedura speċjali ħlief il-proċedura tal-użu aħħari twettqet, is-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja ġiet rilaxxata b'mod korrett jew, fil-każ tal-operat għajr il-proċeduri speċjali u l-ħżin temporanju, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija ġiet regolarizzata.

Fuq talba ta' min iffirma hawn taħt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat li jħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta' dan il-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b'tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost taħt kundizzjonijiet simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Min iffirma hawn taħt għandu jibqa' responsabbli għall-pagament ta' kwalunkwe dejn li jiġġarrab matul l-l-operat tat-tranżitu tal-Unjoni jew komuni kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.

Għall-fini ta' dan l-impenn, min iffirma hawn taħt jagħti l-indirizz tiegħu tas-servizz f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn imsemmija fil-punt 1 bħala (7)

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew l-isem tal-impriża, u l-indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Min iffirma hawn taħt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Min iffirma hawn taħt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz tas-servizz.

Min iffirma hawn taħt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz tiegħu tas-servizz jew, jekk ikollu jibdel indirizz wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, li jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Fi …

nhar …

(Il-firma) (8)

II.   L-approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija …

L-impenn tal-garanti approvat nhar …sabiex ikopri l-operat doganali mwettaq skont id-dikjarazzjoni doganali/id-dikjarazzjoni tal-ħażna temporanja Nru …ta' … (9)

(Timbru u Firma)


(1)  Il-kunjom u l-isem jew l-isem tal-impriża.

(2)  L-indirizz sħiħ.

(3)  Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-Istat(i) li fuq it-territorju tiegħu/tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(4)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operat tat-tranżitu tal-Unjoni.

(5)  Il-kunjom u l-isem, jew l-isem tal-impriża u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qiegħda tipprovdi l-garanzija.

(1)  

5a

Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/komuni jew tista' tintuża f'iktar minn Stat Membru wieħed.

(6)  Daħħal wieħed minn dan l-operat doganali:

(a)

il-ħażna temporanja,

(b)

il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura ta' tranżitu komuni,

(c)

il-proċedura tal-ħażna doganali,

(d)

il-proċedura tal-ammissjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazju tal-importazzjoni,

(e)

il-proċedura ta' pproċessar attiv,

(f)

il-proċedura ta' użu aħħari,

(g)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali normali mingħajr ħlas differit,

(h)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali normali bi ħlas differit,

(i)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

(j)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

(k)

il-proċedura ta' ammissjoni temporanja b'eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni,

(l)

jekk oħrajn — indika t-tip l-ieħor ta' operat.

(7)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni sottoparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' sottoparagrafu tal-punt 4 jridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet li fihom jinsabu l-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandhom jkollhom il-ġuriżdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(8)  Qabel ma jiffirma l-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta'…” (l-ammont jinkiteb bil-kliem).

(9)  Għandha timtela mill-uffiċċju fejn tqiegħdet il-merkanzija skont il-proċedura jew fejn il-merkanzija kienet f'ħażna temporanja.


ANNESS VIII

ANNESS 32-02

L-impenn tal-garanti — il-garanzija individwali fil-forma ta' vawċers

IL-PROĊEDURA TAT-TRANŻITU KOMUNI/TAL-UNJONI

I.   Impenn mill-garanti

1.

Min iffirma hawn taħt (1)

Residenti (2)

bil-preżenti jiggarantixxi b'mod konġunt u in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta' …

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq), u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (3), kwalunkwe ammont li għalih id-detentur tal-proċedura jista' jkun jew jista' jsir responsabbli lejn il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta' dazju u imposti oħra li jkunu dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija mqiegħda skont il-proċedura tat-tranżitu tal-Unjoni jew komuni, li fir-rigward tagħhom min iffirma hawn taħt impenja ruħu li joħroġ vawċers ta' garanzija individwali sa massimu ta' EUR 10 000 għal kull vawċer.

2.

Min iffirma hawn taħt, jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jagħmel differiment tas-somom mitluba lil hinn minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sa EUR 10 000 għal kull vawċer ta' garanzija individwali, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura ġiet rilaxxata.

Fuq talba ta' min iffirma hawn taħt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat li jħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta' dan il-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b'tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost taħt kundizzjonijiet simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Min iffirma hawn taħt għandu jibqa' responsabbli għall-pagament ta' kwalunkwe dejn li jiġġarrab matul l-l-operat tat-tranżitu tal-Unjoni jew komuni kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.

Għall-fini ta' dan l-impenn, min iffirma hawn taħt jagħti l-indirizz tiegħu tas-servizz (4) f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn imsemmija fil-punt 1 bħala

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew l-isem tal-impriża, u l-indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Min iffirma hawn taħt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Min iffirma hawn taħt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz tas-servizz.

Min iffirma hawn taħt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz tiegħu tas-servizz jew, jekk ikollu jibdel indirizz wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, li jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Fi …

nhar …

(Il-firma) (5)

II.   L-approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija …

L-impenn tal-garanti approvat nhar …

(Timbru u Firma)


(1)  Il-kunjom u l-isem jew l-isem tal-impriża.

(2)  L-indirizz sħiħ.

(3)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operat tat-tranżitu tal-Unjoni.

(4)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni sottoparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet li fihom jinsabu l-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(5)  Qabel jiffirma, il-firmatarju jrid iniżżel bil-miktub dan li ġej: “Validu bħala vawċer ta' garanzija”.


ANNESS IX

ANNESS 32-03

L-impenn tal-garanti — il-garanzija komprensiva

I.   Impenn mill-garanti

1.

Min iffirma hawn taħt (1)

Residenti (2)

bil-preżenti jiggarantixxi b'mod konġunt u in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta' …

sa ammont massimu ta' …

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq), u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija (3), il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (4),

kwalunkwe ammont li għalih il-persuna li qiegħda tipprovdi din il-garanzija (5): …tista' tkun jew tista' ssir responsabbli lejn il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta' dazju u imposti oħra (6) li jista' jkun jew seta' kien imġarrab fir-rigward tal-merkanzija koperta mill-operat doganali indikat fil-punt 1a u/jew fil-punt 1b.

L-ammont massimu tal-garanzija jikkonsisti f'ammont ta':

(a)

li jkun 100/50/30 % (7) tal-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu, li jkun ekwivalenti għas-somma tal-ammonti msemmija fil-punt 1a,

kif ukoll

(b)

li jkun 100/30 % (8) tal-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u imposti oħrajn li ġġarrbu, li jkun ekwivalenti għas-somma tal-ammonti msemmija fil-punt 1b,

1a.

L-ammonti li jifformaw il-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u, fejn japplikaw, imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull għan imsemmi hawn isfel (9):

(a)

il-ħażna temporanja — ….,

(b)

il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura ta' tranżitu komuni — …,

(c)

il-proċedura tal-ħażna doganali — …,

(d)

il-proċedura tal-ammissjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazju tal-importazzjoni — …,

(e)

il-proċedura tal-ipproċessar attiv — …,

(f)

il-proċedura tal-użu aħħari — …

(g)

jekk oħrajn — indika t-tip l-ieħor ta' operat — ….

1b.

L-ammonti li jifformaw il-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u, fejn japplikaw, imposti oħrajn li ġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull għan imsemmi hawn isfel (10):

(a)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali normali mingħajr ħlas differit — …,

(b)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali normali bi ħlas differit — …,

(c)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni — …,

(d)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni — …,

(e)

il-proċedura ta' aċċettazzjoni temporanja b'eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni — …,

(f)

il-proċedura tal-użu aħħari — … (11)

(g)

jekk oħrajn — indika t-tip l-ieħor ta' operat — ….

2.

Min iffirma hawn taħt, jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jagħmel differiment tas-somom mitluba lil hinn minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li l-proċedura speċjali ħlief il-proċedura tal-użu aħħari ġiet rilaxxata, is-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja ntemmet b'mod korrett jew, fil-każ tal-operat għajr il-proċeduri speċjali, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija ġiet regolarizzata.

Fuq talba ta' min iffirma hawn taħt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat li jħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta' dan il-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b'tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost taħt kundizzjonijiet simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

Dan l-ammont ma jistax jitnaqqas bi kwalunkwe somma li diġà tkun tħallset skont it-termini ta' dan l-impenn, sakemm min iffirma hawn taħt ma jintalabx iħallas għal dejn imġarrab matul operat doganali li beda qabel ma waslet id-domanda preċedenti għal ħlas jew waqt it-30 jum ta' wara.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Min iffirma hawn taħt għandu jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' kwalunkwe dejn imġarrab matul l-operat doganali kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk id-domanda għall-ħlas issir wara dik id-data.

4.

Għall-fini ta' dan l-impenn, min iffirma hawn taħt jagħti l-indirizz tiegħu tas-servizz (12) f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn imsemmija fil-punt 1 bħala

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew l-isem tal-impriża, u l-indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Min iffirma hawn taħt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Min iffirma hawn taħt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz tas-servizz.

Min iffirma hawn taħt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz tiegħu tas-servizz jew, jekk ikollu jibdel indirizz wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, li jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Fi …

nhar …

(Il-firma) (13)

II.   L-approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija …

L-impenn tal-garanti aċċettat nhar …

(Timbru u Firma)


(1)  Il-kunjom u l-isem jew l-isem tal-impriża.

(2)  L-indirizz sħiħ.

(3)  Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-pajjiż(i) li fit-territorju tiegħu/tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(4)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operat tat-tranżitu tal-Unjoni.

(5)  Il-kunjom u l-isem, jew l-isem tal-impriża, u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qiegħda tipprovdi l-garanzija.

(6)  Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/komuni jew tista' tintuża f'iktar minn Stat Membru wieħed jew f'iktar minn Parti Kontraenti waħda.

(7)  Ħassar dak li ma japplikax.

(8)  Ħassar dak li ma japplikax.

(9)  Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fl-Unjoni Ewropea.

(10)  Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fl-Unjoni Ewropea.

(11)  Għal ammonti ddikjarati f'dikjarazzjoni doganali għall-proċedura tal-użu aħħari.

(12)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni sottoparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' sottoparagrafu tal-paragrafu 4 jridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiż tal-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandhom ikollhom il-ġuriżdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(13)  Qabel ma jiffirma l-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta'…” (l-ammont jinkiteb bil-kliem).


Top