Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0979

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/979 tat-2 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/1324

ĠU L 148, 10.6.2017, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/979/oj

10.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/979

tat-2 ta' Marzu 2017

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-eżerċitar tar-responsabbiltajiet monetarji u l-ġestjoni tad-dejn sovran għandhom impatti konġunti fuq il-funzjonament tas-swieq tar-rati tal-imgħax u għandu jiġi kkoordinat biex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ funzjonijiet jitwettqu b'mod effiċjenti. Peress li r-Regolament (UE) Nru 648/2012 jeskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu l-banek ċentrali tal-Unjoni kif ukoll korpi pubbliċi oħra tal-Unjoni li jiġġestixxu d-dejn sabiex ma jtellfux mill-kapaċità tagħhom li jwettqu kompiti ta' interess komuni, l-applikar ta' reġoli differenti għal tali funzjonijiet meta jiġu eżerċitati minn entitajiet ta' pajjiżi terzi jkun ta' detriment għall-effettività tagħhom. Sabiex ikun żgurat li banek ċentrali ta' pajjiżi terzi u korpi pubbliċi oħra inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku, jew li jintervjenu fih, jibqgħu f'pożizzjoni li jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod adegwat, il-korpi pubbliċi ta' pajjiżi terzi inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku, jew li jintervjenu fih, għandhom ukoll jiġu eżenti mir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(2)

Il-Kummissjoni evalwat it-trattament ta' korpi pubbliċi inkarigati bil-ġestjoni tad-dejn pubbliku u l-banek ċentrali, jew li jintervjenu fih skont il-liġi nazzjonali ta' ċerti pajjiżi terzi u ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. B'mod partikolari, il-Kummissjoni wettqet analiżi komparattiva tat-trattament kif ukoll tal-istandards ta' ġestjoni tar-riskju applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta' derivati li jkunu saru minn dawk il-korpi u minn banek ċentrali f'dawk il-ġuriżdizzjonijiet.

(3)

L-analiżi tal-Kummissjoni kkonkluda li l-banek ċentrali u l-korpi pubbliċi inkarigati li jintervjenu jew inkarigati bl-immaniġġjar tad-dejn pubbliku fl-Awstralja, il-Kanada, Hong Kong, il-Messiku, Singapore u l-Iżvizzera għandhom jiġu eżentati mill-ikklerjar u r-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(4)

Il-banek ċentrali u l-korpi pubbliċi inkarigati li jintervjenu jew inkarigati bl-immaniġġjar tad-dejn pubbliku fl-Awstralja, il-Kanada, Hong Kong, il-Messiku, Singapore u l-Iżvizzera għandhom jiġu miżjuda mal-lista ta' entitajiet eżentati stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(5)

Il-Kummissjoni tkompli timmonitorja fuq bażi regolari it-trattament ta' dawk il-banek ċentrali u korpi pubbliċi eżentati mill-ikklerjar u r-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-lista tista' tiġi aġġornata fid-dawl tal-iżvilupp ta' arranġamenti regolatorji f'dawk il-pajjiżi terzi u b'kont meħud ta' kwalunkwe sorsi ġodda ta' informazzjoni. Tali valutazzjoni mill-ġdid tista' twassal għat-tneħħija ta' ċerti pajjiżi terzi mil-lista ta' entitajiet eżentati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jiżdiedu l-punti segwenti:

“(iii)

l-Awstralja;

(iv)

il-Kanada;

(v)

Hong Kong;

(vi)

il-Messiku;

(vii)

Singapore;

(viii)

l-Iżvizzera.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.


Top