Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Council Implementing Regulation (EU) 2017/907 of 29 May 2017 implementing Regulation (EU) No 36/2012 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/907 tad-29 ta' Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/907 tad-29 ta' Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ĠU L 139, 30.5.2017, pp. 15–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/05/2017
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/907
tad-29 ta' Mejju 2017
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
(1)
Fit-18 ta' Jannar 2012 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.
(2)
L-entrati għal ċerti persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li jiġu aġġornati u emendati.
(3)
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:
1.
Fil-parti A (“Persuni”), l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt:
Isem
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
Raġunijiet
Data tal-elenkar
“13.
Munzir (
) (magħruf ukoll bħala Mundhir, Monzer) Jamil Al-Assad (
)
Data tat-twelid: 1 ta' Marzu 1961;
Post tat-twelid: Kerdaha, Provinċja ta' Latakia;
Passaporti Nru 86449 u 842781
Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha.
9.5.2011
37.
Brigadier Ġeneral Rafiq (
) (magħruf ukoll bħala Rafeeq) Shahadah (
) (magħruf ukoll bħala Shahada, Shahade, Shahadeh, Chahada, Chahade, Chahadeh, Chahada)
Post tat-twelid: Jablah, Provinċja ta' Latakia
Eks-Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) Fergħa 293 (Affarijiet Interni) f'Damasku. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Damasku. Konsulent għall-President Bashar Al-Assad għal kwistjonijiet strateġiċi u ta' intelligence militari.
23.8.2011
53.
Adib (
) Mayaleh (
) (magħruf ukoll bħala André Mayard)
Data tat-twelid: 15 ta' Mejju 1955;
Post tat-twelid: Bassir
Eks-Ministru għall-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani fil-poter wara Mejju 2011 (maħtur f'Lulju 2016). Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. Adib Mayaleh kien ukoll responsabbli għall-għoti ta' appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan permezz tal-funzjoni tiegħu li kellu bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.
15.5.2012
59.
Il-Ġenral Ghassan (
) Belal (
)
Ġeneral Kmandant tal-uffiċċju riżervat tar-Raba' Diviżjoni. Konsulent ta' Maher al-Assad u koordinatur tal-operazzjonijiet ta' sigurtà. Responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili madwar is-Sirja u involut f'bosta ksur tal-waqfien mill-ġlied f'Ghouta.
14.11.2011
66.
Kifah (
) Moulhem (
) (magħruf ukoll bħala Moulhim, Mulhem, Mulhim)
Kmandant ta' battaljun fir-Raba' diviżjoni. Nominat viċi kap tad-Diviżjoni tal-Intelligence Militari f'Lulju 2015. Responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili f'Deir ez-Zor.
14.11.2011
106.
Dr Wael (
) Nader (
) Al –Halqi (
) (magħruf ukoll bħala Al-Halki)
Data tat-twelid: fl-1964;
Post tat-twelid: Provinċja ta' Dara'a
Eks-Prim Ministru, fil-kariga sat-3 ta' Lulju 2016, u eks-Ministru għas-Saħħa. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
27.2.2012
109.
Imad (
) Mohammad (
) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Deeb Khamis (
) (magħruf ukoll bħala: Imad Mohammad Dib Khamees)
Data tat-twelid: 1 ta' Awwissu 1961;
Post tat-twelid: qrib Damasku
Prim Ministru u eks-Ministru għall-Elettriku. Bħala Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
23.3.2012
110.
Omar (
) Ibrahim (
) Ghalawanji (
)
Twieled: fl-1954;
Post tat-twelid: Tartous
Eks-Viċi Prim Ministru għall-Affarijiet tas-Servizzi, eks-Ministru għall-Amministrazzjoni Lokali, fil-kariga sat-3 ta' Lulju 2016. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
23.3.2012
117.
Adnan (
) Hassan (
) Mahmoud (
)
Twieled: fl-1966;
Post tat-twelid: Tartous
Ambaxxatur Sirjan għall-Iran. Eks-Ministru għall-Informazzjoni fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
23.9.2011
157.
Inġinier Bassam (
) Hanna (
)
Eks-Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
162.
Dr Mahmoud (
) Ibraheem (
) (magħruf ukoll bħala Ibrahim) Sa'iid (
) (magħruf ukoll bħala Said, Sa'eed, Saeed)
Eks-Ministru għat-Trasport fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
166.
Dr Lubana (
) (magħrufa wkoll bħala Lubanah) Mushaweh (
) (magħrufa wkoll bħala Mshaweh, Mshawweh, Mushawweh)
Twieldet fl-1955;
post tat-twelid: Damasku
Eks-Ministru għall-Kultura fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, taqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
168.
Omran (
) Ahed (
) Al Zu'bi (
) (magħruf ukoll bħala Al Zoubi, Al Zo'bi, Al Zou'bi)
Twieled fis-27 ta' Settembru 1959;
Post tat-twelid: Damasku
Eks-Ministru għall-Informazzjoni fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
170.
Najm (
) (magħruf ukoll bħala Nejm) Hamad (
) Al Ahmad (
) (magħruf ukoll bħala Al-Ahmed)
Eks-Ministru għall-Ġustizzja fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
171.
Dr Abdul- Salam (
) Al Nayef (
)
Eks-Ministru għas-Saħħa fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
173.
Dr Nazeera (
) (magħrufa wkoll bħala Nazira, Nadheera, Nadhira) Farah (
) Sarkees (
) (magħrufa wkoll bħala Sarkis)
Eks-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Ambjentali, fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, taqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
176.
Abdullah (
) (magħruf ukoll bħala Abdallah) Khaleel (
) (magħruf ukoll bħala Khalil) Hussein (
) (magħruf ukoll bħala Hussain)
Eks-Ministru tal-Istat fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
177.
Jamal (
) Sha'ban (
) (magħruf ukoll bħala Shaaban) Shaheen (
)
Eks-Ministru tal-Istat fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
181.
Suleiman Al Abbas
Eks-Ministru għaż-Żejt u r-Riżorsi Minerali fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti kontra l-poplu Sirjan.
24.6.2014
182.
Kamal Eddin Tu'ma
Data tat-twelid: 1959
Eks-Ministru għall-Industrija fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
24.6.2014
183.
Kinda al-Shammat (magħrufa wkoll bħala Shmat)
Data tat-twelid: 1973
Eks-Ministru għall-Affarijiet Soċjali fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, taqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
24.6.2014
184.
Hassan Hijazi
Data tat-twelid: 1964
Eks-Ministru għax-Xogħol fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
24.6.2014
185.
Ismael Ismael (magħruf ukoll bħala Ismail Ismail, jew Isma'Il Isma'il)
Twieled: 1955
Eks-Ministru għall-Finanzi fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
24.6.2014
186.
Dr Khodr Orfali (magħruf ukoll bħala Khud/Khudr Urfali/Orphaly)
Data tat-twelid: 1956
Eks-Ministru għall-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
24.6.2014
187.
Samir Izzat Qadi Amin
Data tat-twelid: 1966
Eks-Ministru għall-Kummerċ Intern u għall-Ħarsien tal-Konsumaturi fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
24.6.2014
189.
Dr Malek Ali (magħruf ukoll bħala Malik)
Data tat-twelid: 1956
Eks-Ministru għall-Edukazzjoni Għolja fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
24.6.2014
191.
Dr Hassib Elias Shammas (magħruf ukoll bħala Hasib)
Data tat-twelid: 1957
Eks-Ministru tal-Istat fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
24.6.2014
1.
Houmam Jaza'iri (magħruf ukoll bħala Humam al-Jazaeri, Hammam al-Jazairi)
Twieled: 1977
Eks-Ministru għall-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
21.10.2014
2.
Mohamad Amer Mardini (magħruf ukoll bħala Mohammad Amer Mardini)
Data tat-twelid: 1959;
Post tat-twelid: Damasku
Eks-Ministru għall-Edukazzjoni Għolja fil-poter wara Mejju 2011 (maħtur fis-27.8.2014). Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
21.10.2014
3.
Mohamad Ghazi Jalali (magħruf ukoll bħala Mohammad Ghazi al-Jalali)
Data tat-twelid: 1969;
Post tat-twelid: Damasku
Eks-Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija fil-poter wara Mejju 2011 (maħtur fis-27.8.2014). Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
21.10.2014
4.
Kamal Cheikha (magħruf ukoll bħala Kamal al-Sheikha)
Data tat-twelid: 1961;
Post tat-twelid: Damasku
Eks-Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma fil-poter wara Mejju 2011 (maħtur fis-27.8.2014). Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
21.10.2014
5
Hassan Nouri (magħruf ukoll bħala Hassan al-Nouri)
Data tat-twelid: 9.2.1960
Eks-Ministru għall-Iżvilupp Amministrattiv fil-poter wara Mejju 2011 (maħtur fis-27.8.2014). Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
21.10.2014
7.
Khalaf Souleymane Abdallah (magħruf ukoll bħala Khalaf Sleiman al-Abdullah)
Data tat-twelid: 1960;
Post tat-twelid: Deir ez-Zor
Eks-Ministru għax-Xogħol fil-poter wara Mejju 2011 (maħtur fis-27.8.2014). Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
21.10.2014
9.
Hassan Safiyeh (magħruf ukoll bħala Hassan Safiye)
Data tat-twelid: 1949;
Post tat-twelid: Latakia
Eks-Ministru għall-Kummerċ Intern u l-Ħarsien tal-Konsumaturi fil-poter wara Mejju 2011 (maħtur fis-27.8.2014). Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
21.10.2014
10.
Issam Khalil
Data tat-twelid: 1965;
Post tat-twelid: Banias
Eks-Ministru għall-Kultura fil-poter wara Mejju 2011 (maħtur fis-27.8.2014). Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
21.10.2014
11.
Mohammad Mouti' Mouayyad (magħruf ukoll bħala Mohammad Muti'a Moayyad)
Data tat-twelid: 1968;
Post tat-twelid: Ariha (Idlib)
Eks-Ministru tal-Istat fil-poter wara Mejju 2011 (maħtur fis-27.8.2014). Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
21.10.2014
12.
Ghazwan Kheir Bek (magħruf ukoll bħala Ghazqan Kheir Bek)
Data tat-twelid: 1961;
Post tat-twelid: Latakia
Eks-Ministru għat-Trasport fil-poter wara Mejju 2011 (maħtur fis-27.8.2014). Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
21.10.2014
217.
Atef Naddaf
Data tat-twelid: 1956;
Post tat-twelid: Fil-kampanja ta' Damasku
Ministru għall-Edukazzjoni Għolja.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
218.
Hussein Makhlouf (magħruf ukoll bħala Makhluf)
Data tat-twelid: 1964;
Post tat-twelid: Lattakia;
Eks-Gvernatur tal-Governorat ta' Damasku
Ministru għall-Amministrazzjoni Lokali.
Maħtur f'Lulju 2016.
Kuġin ta' Rami Makhlouf.
14.11.2016
219.
Ali Al-Zafir (magħruf ukoll bħala al-Dafeer)
Data tat-twelid: 1962;
Post tat-twelid: Tartous
Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
220.
Ali Ghanem
Data tat-twelid: 1963;
Post tat-twelid: Damasku
Ministru għaż-Żejt u r-Riżorsi Minerali.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
221.
Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) Ramez Tourjman (magħruf ukoll bħala Tourjuman) (
)
Data tat-twelid: 1966;
Post tat-twelid: Damasku
Ministru għall-Informazzjoni.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
222.
Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) al-Ahmed (magħruf ukoll bħala al-Ahmad)
Data tat-twelid: 1961;
Post tat-twelid: Lattakia
Ministru għall-Kultura.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
223.
Ali Hamoud (magħruf ukoll bħala Hammoud)
Data tat-twelid: 1964;
Post tat-twelid: Tartous
Ministru għat-Trasport.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
224.
Mohammed Zuhair (magħruf ukoll bħala Zahir) Kharboutli
Post tat-twelid: Damasku
Ministru għall-Elettriku.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
225.
Maamoun (magħruf ukoll bħala Ma'moun) Hamdan
Data tat-twelid: 1958;
Post tat-twelid: Damasku
Ministru għall-Finanzi.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
226.
Nabil al-Hasan (magħruf ukoll bħala al-Hassan)
Data tat-twelid: 1963;
Post tat-twelid: Aleppo
Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
227.
Ahmad al-Hamu (magħruf ukoll bħala al-Hamo)
Data tat-twelid: 1947
Ministru għall-Industrija.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
228.
Abdullah al-Gharbi (magħruf ukoll bħala al-Qirbi)
Data tat-twelid: 1962;
Post tat-twelid: Damasku
Ministru għan-Negozju Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
229.
Abdullah Abdullah (
)
Data tat-twelid: 1956
Ministru tal-Istat.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
230.
Salwa Abdullah
Data tat-twelid: 1953;
Post tat-twelid: Quneitra
Ministru tal-Istat.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
231.
Rafe'a Abu Sa'ad (magħruf ukoll bħala Saad)
Data tat-twelid: 1954;
Post tat-twelid: ir-raħal ta' Habran (provinċja ta' Sweida)
Ministru tal-Istat.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
232.
Wafiqa Hosni
Data tat-twelid: 1952;
Post tat-twelid: Damasku
Ministru tal-Istat.
Maħtur f'Lulju 2016.
14.11.2016
233.
Rima Al-Qadiri (magħruf ukoll bħala Al-Kadiri)
Data tat-twelid: 1963;
Post tat-twelid: Damasku
Ministru għall-Affarijiet Soċjali (minn Awwissu 2015).
14.11.2016
236.
Saji' Darwish (magħruf ukoll bħala Saji Jamil Darwish; Sajee Darwish; Sjaa Darwis) (
Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u Kmandant tad-Diviżjoni 22 tal-Forzi Għarab Sirjani tal-Ajru, fil-kariga wara Mejju 2011.
Jaħdem fis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi u hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili: bħala uffiċjal bi grad għoli tal-Forzi Għarab Sirjani tal-Ajru u Kmandant tad-Diviżjoni 22 iġorr ir-responsabbiltà għall-użu ta' armi kimiċi minn inġenji tal-ajru li joperaw minn bażijiet tal-ajru taħt il-kontroll tad-Diviżjoni 22, inkluż l-attakk fuq Talmenes li l-Mekkaniżmu Investigattiv Konġunt irrapporta li twettaq minn ħelikopters tar-reġim ibbażati fil-mitjar ta' Ħama.
21.3.2017”
2.
Fil-Parti A (“Persuni”), jiddaħħlu l-entrati li ġejjin li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt:
Isem
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
Raġunijiet
Data tal- elenkar
“239.
Hisham Mohammad Mamdouh al-Sha'ar
Data tat-twelid: 1958;
Post tat-twelid: Damasku (Sirja)
Ministru għall-Ġustizzja. Inħatar f'Marzu 2017.
30.5.2017
240.
Mohammad Samer Abdelrahman al-Khalil
Ministru għall-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani. Inħatar f'Marzu 2017.
30.5.2017
241.
Salam Mohammad al-Saffaf
Data tat-twelid: 1979.
Ministru għall-Iżvilupp Amministrattiv. Inħatar f'Marzu 2017.
30.5.2017”
3.
Fil-Parti B (“Entitajiet”), l-entrata li ġejja tissostitwixxi l-entrata li tikkonċerna l-entità elenkata hawn taħt:
Isem
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
Raġunijiet
Data tal-elenkar
“36.
Ebla Petroleum Company magħrufa wkoll bħala Ebco
Head Office Mazzeh Villat Ghabia Dar Es Saada 16,
P.O. Box 9120,
Damasku, is-Sirja;
Tel: +963 116691100
Negozju bi sħab tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.