EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0833

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/833 tas-16 ta' Mejju 2017 li jagħti l-protezzjoni għad-denominazzjoni msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 [Terrasses du Larzac (DOP)]

C/2017/3128

ĠU L 124, 17.5.2017, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/833/oj

17.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/833

tas-16 ta' Mejju 2017

li jagħti l-protezzjoni għad-denominazzjoni msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 [Terrasses du Larzac (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 97, il-paragrafi 2 u 3, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Terrasses du Larzac” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet eżaminata mill-Kummissjoni u sussegwentement ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li tiġi protetta d-denominazzjoni “Terrasses du Larzac” u li tiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta' dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Terrasses du Larzac” (DOP) hija protetta.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 386, 20.10.2016, p. 9.


Top