This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0830
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/830 of 15 May 2017 amending Regulation (EC) No 474/2006 as regards the list of air carriers which are banned from operating or are subject to operational restrictions within the Union (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/830 tal-15 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/830 tal-15 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/3351
ĠU L 124, 17.5.2017, p. 3–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/830
tal-15 ta' Mejju 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ċerti Stati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) għaddew l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-aġġornament ta' dik il-lista. L-informazzjoni rilevanti ġiet provduta wkoll minn pajjiżi terzi u minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata abbażi ta' dik l-informazzjoni. |
(3) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati b'mod dirett jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi ta' deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li temenda l-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru li tkun inkluża fil-listi fl-Anness A u B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(4) |
Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti pprovduti mill-Istati Membri, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni bil-fomm lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 (3) (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”). |
(5) |
Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u tar-Regolament (KE) Nru 473/2006 (4), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Benin, tal-Bolivja, tal-Indja, tal-Indoneżja, tal-Libja, tal-Mozambique, tan-Niġerja, tal-Pakistan, ta' Saint Vincent u tal-Grenadini, tat-Tajlandja, tal-Ukrajna u taż-Żimbabwe. Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll informazzjoni lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Afganistan, fl-Angola, fil-Guinea Ekwatorjali, fil-Georgia, fil-Każakistan, fil-Libanu u fin-Nepal u dwar il-konsultazzjonijiet tekniċi mal-Federazzjoni Russa. |
(6) |
L-EASA ppreżentat ir-riżultati tal-analiżi tar-rapporti tal-awditjar imwettqa mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, fil-qafas tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri ġew mistiedna biex jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa ta' kumpaniji tal-ajru li ngħataw liċenzja minn Stati li għalihom l-ICAO identifikat Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza jew li fir-rigward tagħhom l-EASA kkonkludiet li hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza. Minbarra l-konsultazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tipprovdi aktar informazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ngħataw il-liċenzja f'dawk il-pajjiżi terzi. |
(7) |
L-EASA infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu skont il-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”) f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5). |
(8) |
Barra minn hekk, l-EASA infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta' assistenza teknika li twettqu f'pajjiżi terzi milquta minn miżuri jew minn rekwiżiti ta' monitoraġġ stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. L-EASA pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex titjieb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili, bil-għan li jiġi solvut in-nuqqas ta' konformità mal-istandards applikabbli tal-avjazzjoni ċivili internazzjonali. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal talbiet bħal dawn fuq bażi bilaterali b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet dwar kemm huwa utli li tingħata informazzjoni lill-komunità tal-avjazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-bażi tad-dejta “Safety Collaborative Assistance Network” tal-ICAO, dwar l-assistenza teknika pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri biex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni madwar id-dinja. |
(9) |
Il-Eurocontrol aġġorna lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-qagħda tal-funzjoni ta' twissija tal-SAFA u dwar l-istatistika attwali għall-messaġġi ta' twissija għal kumpaniji tal-ajru pprojbiti. |
Il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni
(10) |
Wara l-analiżi mill-EASA tal-informazzjoni li ħarġet minn spezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq inġenji tal-ajru ta' kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni jew minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li twettqu mill-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u verifiki speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta' infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawk il-miżuri. Ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-azzjonijiet li kien ħa fir-rigward tal-kumpanija tal-ajru Blu Halkin Ltd. |
(11) |
L-Istati Membri tennew li kienu lesti jaġixxu kif meħtieġ jekk xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards xierqa tas-sikurezza. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Benin
(12) |
Mid-29 sal-31 ta' Marzu 2017, fil-Benin saret żjara tal-Unjoni fuq il-post biex titwettaq valutazzjoni tas-sikurezza. F'dik iż-żjara ħadu sehem esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u minn Stat Membru wieħed. Matul din iż-żjara, l-Agence Nationale de l'Aviation Civile tal-Benin (l-“ANAC Benin”) uriet li għamlet progress kbir f'dawn l-aħħar snin fl-implimentazzjoni tal-istandards tal-ICAO u l-prattiki rakkomandati. |
(13) |
L-ANAC Benin hija stabbilita bħala l-awtorità tal-avjazzjoni ċivili b'awtonomija finanzjarja u funzjonali mil-Liġi dwar l-avjazzjoni tal-Benin li kienet adottata fl-2013. L-evidenza tindika li l-ANAC Benin hija kapaċi żżomm u tinforza sistema regolatorja b'saħħitha u jidher li r-regolamenti nazzjonali jiġu kontinwament aġġornati meta jiġu adottati emendi ġodda tal-istandards tal-ICAO u l-prattiki rakkomandati jiġu adottati. Madankollu, matul din iż-żjara ġew identifikati ċerti oqsma fejn jista' jsir titjib, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħin meħtieġ għat-tlestija tal-proċess tal-emendar tar-regolamenti nazzjonali. L-ANAC Benin tat evidenza li ġie implimentat proċess sod għar-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal tagħha. Billi l-għadd ta' spetturi kwalifikati għalkollox jeċċedi r-rekwiżiti fid-dawl tal-livell attwali ta' attivitajiet tal-avjazzjoni fil-Benin, l-ANAC Benin ikkonkludiet programmi ta' skambju tal-ispetturi tagħha mal-pajjiżi ġirien tagħha. |
(14) |
Matul iż-żjara, l-ANAC Benin ipprovdiet evidenza li ċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru ssir f'konformità mal-proċess tal-ICAO u li l-attivitajiet kollha jiġu ddokumentati sew. Filwaqt li l-evidenza tindika li l-ANAC Benin għandha l-kapaċitajiet biex tissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni fil-Benin, l-effettività ta' dawk l-attivitajiet ta' sorveljanza tista' tkun saħansitra aħjar jekk dawn jibbażaw ruħhom aktar fuq ir-riżultati ta' valutazzjoni tar-riskju tas-sikurezza solida. |
(15) |
Fis-26 ta' April 2017, l-ANAC Benin ippreżentat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru l-azzjonijiet korrettivi meħuda biex jindirizzaw l-osservazzjonijiet li saru waqt iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni. L-ANAC Benin infurmathom ukoll dwar għadd ta' miżuri li ħadet biex tkompli ttejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Benin. Dawk il-miżuri jinkludu t-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-elementi kritiċi tas-sorveljanza tas-sikurezza, kif ukoll il-konklużjoni ta' għadd ta' arranġamenti ta' ħidma ma' awtoritajiet ta' pajjiżi oħra għall-provvista ta' aktar spetturi jekk il-livell tal-operazzjonijiet ikun jeħtieġ dan. |
(16) |
Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli bħalissa, inklużi r-riżultati taż-żjara li saret f'Marzu 2017, il-Kummissjoni tqis li l-ANAC Benin għamlet titjib dejjiem fuq perjodu ta' żmien kontinwu. Huwa rrikonoxxut ukoll li ma kienx hemm nuqqas ta' rieda min-naħa tal-ANAC Benin li tiddjaloga fuq bażi kontinwa mal-Kummissjoni. L-informazzjoni disponibbli twassal għall-konklużjoni li l-ANAC Benin għandha l-kapaċità li żżomm mar-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward tas-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Benin. |
(17) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jeħtieġ li tiġi emendata biex il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Benin jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(18) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Benin, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(19) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Bolivja
(20) |
Ma ġewx identifikati problemi kbar tas-sikurezza għat-trasportaturi tal-ajru rreġistrati fil-Bolivja f'dawn l-aħħar snin. Madankollu, l-inċident fatali tat-trasportatur bl-ajru LaMia, fid-29 ta' Novembru 2016, qajjem tħassib dwar il-mod li bih l-awtoritajiet tal-Bolivja qed iwettqu s-sorveljanza tas-sikurezza fuq il-kumpaniji tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. |
(21) |
Fit-23 ta' Marzu 2017, saret laqgħa ta' konsultazzjoni teknika bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-EASA, u ta' Stat Membru u r-rappreżentanti għolja mid-Direttorat Ġenerali tal-Bolivja għall-Avjazzjoni Ċivili (“DGAC”). Matul din il-laqgħa, id-DGAC spjega l-bidliet f'termini ta' riorganizzazzjoni u l-pjanijiet tiegħu biex jimplimenta kultura tas-sikurezza b'saħħitha, biex tiġi stabbilita sistema tas-sikurezza globali u transsettorjali, biex tinħoloq bażi tad-dejta komprensiva tas-sikurezza li tiffoka fuq ir-riskji u biex jittejbu l-proċeduri tas-sorveljanza u t-taħriġ tal-persunal tiegħu. |
(22) |
Id-DGAC spjega li, anki qabel ma seħħ l-inċident ta' LaMia, il-gvern Bolivjan kien adotta deċiżjonijiet biex itejjeb l-istruttura maniġerjali tad-DGAC sabiex jissaħħaħ il-karattru ċivili tad-DGAC vis-à-vis l-approċċ militari preċedenti. Barra minn hekk, il-gvern bħalissa qed jinvesti f'mekkaniżmi sabiex itejbu s-sorveljanza tas-sikurezza u jimmodifikaw il-qafas legali nazzjonali biex id-DGAC jkun jista' jieħu miżuri effikaċi ta' infurzar fejn ikun meħtieġ. Dawn il-miżuri juru r-rieda tal-awtoritajiet Bolivjani biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom tas-sorveljanza tas-sikurezza, għalkemm l-effikaċja tagħhom se tiddependi minn kif jiġu implimentati u għad hemm lok konsiderevoli għall-awtoritajiet Bolivjani biex ikomplu jsaħħu l-kapaċitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza tad-DGAC. |
(23) |
Fuq talba tal-Kummissjoni u wara l-laqgħa ta' konsultazzjoni teknika, id-DGAC ipprovda informazzjoni utli dwar il-liċenzjar, l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza u dwar il-kwalifiku u t-taħriġ tal-persunal responsabbli mis-sorveljanza tas-sikurezza. Id-DGAC ipprovda wkoll informazzjoni dwar l-aċċidenti u l-inċidenti serji li seħħew fl-2016 u l-2017. |
(24) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni attwalment disponibbli, inkluża l-informazzjoni pprovduta matul u wara l-laqgħa ta' konsultazzjoni teknika tat-23 ta' Marzu 2017, huwa vvalutat li bħalissa m'hemm l-ebda nuqqas ta' kapaċità jew rieda min-naħa tad-DGAC tal-Bolivja biex jindirizza kwalunkwe nuqqasijiet tas-sikurezza. |
(25) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan il-ħin m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Bolivja. |
(26) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Bolivja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(27) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indja
(28) |
Fit-28 ta' Marzu 2017, saret laqgħa ta' konsultazzjoni teknika bejn il-Kummissjoni, l-EASA, l-Istati Membri u r-rappreżentanti mid-Direttorat Ġenerali tal-Indja għall-Avjazzjoni Ċivili (“DGCA tal-Indja”). Dik il-laqgħa saret fil-kuntest ta' ftehim preċedenti mad-DGCA tal-Indja, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006, li jitwettqu konsultazzjonijiet tekniċi regolari mal-Kummissjoni sabiex jiġu diskussi l-obbligi tad-DGCA tal-Indja fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati minnu. |
(29) |
Matul dik il-laqgħa, id-DGCA tal-Indja pprovda informazzjoni dwar l-analiżi tiegħu dwar il-prestazzjoni skont il-Programm SAFA tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indja, inkluż tqabbil tad-dejta tal-prestazzjoni mill-2016 u mill-2017 u informazzjoni speċifika dwar is-sorveljanza tal-kumpanija tal-ajru Air India, iċċertifikata fl-Indja. Id-DGCA tal-Indja pprovda wkoll informazzjoni dwar l-iżviluppi rigward il-kapaċità tas-sorveljanza tiegħu, inkluż l-iżvilupp ta'“bażi tad-dejta tal-spezzjonijiet fir-rampa”. |
(30) |
Matul dik il-laqgħa, il-Kummissjoni tenniet lid-DGCA tal-Indja għadd ta' elementi fir-rigward tal-obbligi taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tiegħu. B'mod partikolari, filwaqt li semmiet il-mod trasparenti li bih id-DGCA tal-Indja pprovda informazzjoni marbuta mas-sikurezza lill-Kummissjoni, huwa enfasizza l-importanza tal-iżvilupp kontinwu tal-kapaċità taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tad-DGCA tal-Indja, inkluż ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal tekniku, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu żviluppati għodod li jippermettu t-traċċar u l-monitoraġġ sistematiku tas-sorveljanza tas-sikurezza. |
(31) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni attwalment disponibbli, inkluża l-informazzjoni pprovduta mid-DGCA tal-Indja fil-laqgħa ta' konsultazzjoni teknika tat-28 ta' Marzu 2017, huwa vvalutat li bħalissa m'hemm l-ebda nuqqas ta' kapaċità jew rieda min-naħa tad-DGAC tal-Indja biex jindirizza n-nuqqasijiet tas-sikurezza. |
(32) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex isiru emendi għal-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi kumpaniji tal-ajru mill-Indja. |
(33) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fl-Indja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(34) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja
(35) |
Il-konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u d-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Indoneżja (id-“DGCA tal-Indoneżja”) se jissoktaw bl-għan li jiġi ssorveljat il-progress tad-DGCA tal-Indoneżja biex ikun żgurat li s-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Indoneżja tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. F'dak il-kuntest, permezz tal-ittra tas-16 ta' Marzu 2017, id-DGCA tal-Indoneżja pprovda informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni u aġġornament dwar l-istatus tal-avjazzjoni u l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza tal-Indoneżja. |
(36) |
Id-DGCA tal-Indoneżja pprovda informazzjoni għall-perjodu minn Novembru 2016 sa Marzu 2017, fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja, is-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru, l-azzjonijiet ta' infurzar li ttieħdu mid-DGCA tal-Indoneżja, l-iżvilupp ta' regolamenti tal-avjazzjoni tal-Indoneżja, lista tal-inċidenti serji li ġraw matul dak il-perjodu u l-assistenza teknika pprovduta mid-DGCA tal-Indoneżja. |
(37) |
Fil-perjodu minn Novembru 2016 sa Marzu 2017, l-ebda kumpanija tal-ajru ġdida ma ġiet iċċertifikata u l-ebda ċertifikat tal-operazzjoni tal-ajru ma ġie rrevokat mid-DGCA tal-Indoneżja. Fl-ittra tas-16 ta' Marzu 2017, id-DGCA tal-Indoneżja qal li l-prijorità ewlenija tiegħu hija t-tħejjija għall-Missjoni Koordinata ta' Validazzjoni tal-ICAO (“ICVM”) li se ssir f'Ottubru 2017. Ir-riżultati ta' din l-ICVM mistennija jagħtu indikazzjoni tajba tal-iżvilupp tas-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza fl-Indoneżja. Id-DGCA tal-Indoneżja ma tax evidenza li s-sorveljanza tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li bħalissa huma inklużi fil-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
(38) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex isiru emendi għal-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi jew billi jitneħħew kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja. |
(39) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fl-Indoneżja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Il-kumpaniji tal-ajru mil-Libja
(40) |
Fis-6 ta' Marzu 2017, saret laqgħa ta' konsultazzjoni teknika bejn il-Kummissjoni, l-EASA, Stat Membru u l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Libja (“LYCAA”). |
(41) |
Matul dik il-laqgħa, il-LYCAA pprovdiet informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha, inklużi l-pjanijiet tagħha f'dak li jikkonċerna r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal tekniku, u l-approċċ strateġiku tagħha għall-iżvilupp teknoloġiku fil-kuntest tal-bini tal-kapaċità tas-sikurezza tal-avjazzjoni. L-LYCAA tenniet li, fil-limiti ta' ambjent operattiv diffiċli, hija timpenja ruħha li twettaq l-obbligi internazzjonali tagħha fir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni. |
(42) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi li qed isiru mit-tmexxija tal-LYCAA u l-fatt li l-LYCAA verament qed turi impenn biex tikkoopera mal-Kummissjoni, sabiex jiġu pprovduti aġġornamenti dwar l-istatus tal-obbligi tagħha ta' sorveljanza. |
(43) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota l-isfida tal-ambjent operazzjonali kontinwu fil-Libja u l-konsegwenzi għal-LYCAA rigward l-abilità tagħha li taqdi l-obbligi tagħha ta' sorveljanza tas-sikurezza. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli kollha, fil-preżent il-Libja ma tistax tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha fir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni. |
(44) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li fil-preżent m'hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-Unjoni tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mil-Libja. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Mozambique
(45) |
Mis-6 sal-10 ta' Frar 2017, fil-Mozambique saret żjara tal-Unjoni fuq il-post biex titwettaq valutazzjoni tas-sikurezza. F'dik iż-żjara ħadu sehem esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri. Waqt dik iż-żjara, l-Istitut tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Mozambique (l-“IACM”) wera li kien għamel progress konsiderevoli f'dawn l-aħħar snin. L-IACM għamel enfasi fuq l-implimentazzjoni tal-istandards tal-ICAO u l-prattiki rakkomandati. L-ICAM għandu approċċ tradizzjonali fir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni bbażat fuq il-konformità u reċentement beda jimplimenta tekniki kontemporanji ta' ġestjoni tas-sikurezza fl-avjazzjoni, inkluż Programm tal-Istat għas-Sikurezza. |
(46) |
Wara ż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post preċedenti tal-Unjoni f'April 2015, sar progress sinifikanti bl-introduzzjoni tal-liġi tal-avjazzjoni l-ġdida fil-Mozambique u l-istatut il-ġdid tal-IACM. Wara l-adozzjoni tal-liġi l-ġdida dwar l-avjazzjoni, ħafna regolamenti addizzjonali u r-rekwiżiti oħra, kif ukoll manwali u proċeduri, issa qegħdin jiġu aġġornati biex jinġiebu f'konformità mal-liġi tal-avjazzjoni l-ġdida u mal-aħħar emendi tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. In-numru tal-persunal tal-IACM żdied u hemm iktar spetturi kwalifikati għalkollox disponibbli biex jissorveljaw l-attivitajiet tal-avjazzjoni fil-Mozambique. Qed jiġu mħarrġa aktar spetturi u l-pjan tal-persunal attwali huwa biżżejjed għal-livell tal-attivitajiet tal-avjazzjoni tal-Mozambique. Il-faċilitajiet tal-IACM tjiebu wkoll. L-IACM hu stabbilit bħala awtorità tal-avjazzjoni ċivili b'awtonomija amministrattiva, finanzjarja, patrimonjali u funzjonali. |
(47) |
L-evidenza tindika li l-IACM għandu l-kapaċitajiet biex jissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni fil-Mozambique u biex iżżomm sistema regolatorja tajba u li l-IACM jimplimenta u jinforza r-regolamenti tal-avjazzjoni eżistenti, sabiex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas tas-sikurezza. Is-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza hija stabbilita sewwa fil-Mozambique, għalkemm għad hemm xi attivitajiet għaddejjin biex ikomplu jtejbu s-sistema u biex jiżguraw li huma konformi mal-emendi reċenti li saru fl-isstandards internazzjonali tas-sikurezza. |
(48) |
Biex jittieħed kampjun rilevanti, saret żjara fi tliet kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Mozambique waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post, jiġifieri l-akbar żewġ kumpaniji tal-ajru tal-Mozambique u kumpanija tal-ajru li topera l-ħelikopters. B'riżultat taż-żjarat f'dawn it-tliet kumpaniji tal-ajru ġie osservat li żviluppaw sistemi ta' ġestjoni tal-kwalità u tas-sikurezza, li għandhom kontroll tal-manutenzjoni u tal-ajrunavigabbiltà kontinwa u li jwettqu operazzjonijiet f'konformità mar-regolamenti applikabbli fil-Mozambique. L-istandards internazzjonali tas-sikurezza jiġu implimentati mill-kumpaniji tal-ajru u l-kumpaniji tal-ajru għandhom il-kapaċità u wrew rieda li jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-sikurezza. |
(49) |
Fis-17 ta' Marzu 2017, saret laqgħa ta' konsultazzjoni teknika bejn il-Kummissjoni, l-EASA u l-IACM. L-IACM aġġorna lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar mindu saret iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post u ġie maqbul li l-IACM se jipprovdi aktar informazzjoni dwar l-azzjonijiet korrettivi meħuda fir-rigward tal-osservazzjonijiet li saru matul iż-żjara. L-IACM spjega li uża dawk l-osservazzjonijiet sabiex isemmi s-sejbiet mal-kumpaniji tal-ajru kkonċernati u li talab li jsiru azzjonijiet korrettivi mingħand l-operaturi. |
(50) |
Fil-21 ta' April 2017, l-IACM ipprovda informazzjoni dwar il-pjan ta' azzjoni korrettiva tiegħu u dak ta' tliet kumpaniji tal-ajru li saritilhom żjara waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post, inkluż dwar ir-riżoluzzjoni ta' dawk is-sejbiet imsemmija mill-IACM. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva jindirizza b'mod xieraq l-osservazzjonijiet li saru matul iż-żjara u jinkludi skedi ta' żmien realistiċi. L-evidenza ta' sostenn ipprovduta hija rilevanti għar-riżoluzzjoni tas-sejbiet. |
(51) |
L-IACM u l-ikbar kumpanija tal-ajru rreġistrata fil-Mozambique, Linhas Aéreas de Moçambique, ingħataw l-opportunità ta' smigħ fis-26 ta' April 2017 quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru f'konformità mal-Artikolu 7 mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(52) |
Waqt is-seduta, ir-rappreżentant tal-gvern tal-Mozambique esprima l-impenn qawwi minn dan il-gvern biex tittejjeb is-sikurezza tat-trasport fil-Mozambique b'mod ġenerali u b'mod partikolari biex tittejjeb kontinwament l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni. |
(53) |
Matul is-seduta, l-IACM ipprovda informazzjoni fuq is-settur tal-avjazzjoni fil-Mozambique u l-kapaċitajiet tal-IACM bħala awtorità tal-avjazzjoni ċivili awtonoma. Din l-informazzjoni inkludiet dettalji dwar l-organizzazzjoni tiegħu, il-mekkaniżmi ta' finanzjament, l-għadd ta' spetturi tas-sorveljanza tas-sikurezza, l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni u tar-regolamenti u l-ippjanar futur tal-IACM. |
(54) |
Matul is-seduta, il-Linhas Aéreas de Moçambique pprovdiet informazzjoni dwar il-flotta preżenti tagħha u l-objettivi tagħha għas-snin li ġejjin. Spjegat li qed tikkonċentra fuq l-iżvilupp tar-rotot tagħha fis-suq domestiku u f'dak reġjonali. Il-Linhas Aéreas de Moçambique ipprovdiet ukoll tagħrif dwar is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħha. |
(55) |
Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inkluż ir-riżultati taż-żjara tal-Unjoni fuq il-post biex titwettaq valutazzjoni tas-sikurezza u tal-informazzjoni pprovduta waqt is-smigħ tas-26 ta' April 2017, jitqies li l-IACM għamel titjib sostnut fuq perjodu kontinwu ta' żmien. Huwa wkoll rikonoxxut li l-IACM wera li hu lest li jimpenja ruħu fuq bażi kontinwa mal-Kummissjoni. Ġie vvalutat li l-IACM għandu l-kapaċità li jżomm mar-responsabbiltajiet tiegħu fir-rigward tas-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Mozambique. Waqt is-smigħ, il-gvern tal-Mozambique impenja ruħu li jidħol bis-sħiħ fi djalogu kontinwu dwar is-sikurezza mal-Kummissjoni, inkluż permezz ta' laqgħat addizzjonali, jekk u meta dan jitqies li jkun meħtieġ mill-Kummissjoni. |
(56) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-Unjoni tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jeħtieġ li tiġi emendata biex il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Mozambique jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(57) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Mozambique, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(58) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru min-Niġerja
(59) |
Fil-25 ta' Novembru 2015, il-kumpanija tal-ajru Med-View Airline, iċċertifikata fin-Niġerja, applikat għand l-EASA għal awtorizzazzjoni ta' Operatur minn Pajjiż Terz (“TCO”). L-EASA vvalutat l-applikazzjoni skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 u qajmet tħassib fundamentali dwar il-Med-View Airline li naqset milli turi konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 452/2014. Għaldaqstant, l-EASA kkonkludiet li valutazzjoni ulterjuri ma kinitx se twassal għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' TCO għal Med-View Airline għaliex din ma kinitx tissodisfa dawk ir-rekwiżiti. Għalhekk, fis-17 ta' Novembru 2016, l-EASA rrifjutat l-applikazzjoni minħabba raġunijiet ta' sikurezza |
(60) |
Fl-24 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Niġerjana (“NCAA”) dwar il-miżuri li ttieħdu wara li l-EASA ċaħdet l-applikazzjoni ta' TCO li saret mill-Med-View Airline. Fl-ittra tagħha tat-22 ta' Marzu 2017 lill-Kummissjoni, l-NCAA ma pprovdietx l-informazzjoni neċessarja biex ikun żgurat li l-azzjonijiet li ttieħdu kienu adatti biex jindirizzaw, min-naħa tal-NCAA, it-tħassib imqajjem mill-EASA hija u tevalwa l-applikazzjoni għal TCO tal-Med-View Airline. |
(61) |
Fl-10 u fl-24 ta' April 2017, il-Med-View Airline ipprovdiet lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi li ttieħdu sabiex jiġi indirizzat it-tħassib imqajjem mill-EASA. |
(62) |
Kemm l-NCAA kif ukoll il-Med-View Airline ngħataw l-opportunità ta' smigħ fil-25 ta' April 2017 quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru f'konformità mal-Artikolu 7 mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(63) |
Matul din is-seduta, l-NCAA pprovdiet biss informazzjoni limitata dwar elementi bħad-data tal-istabbiliment tagħha, ir-riżultati tal-awditi tal-ICAO fl-2006 u f'Marzu 2016, l-istatus tagħha skont il-programm tal-Valutazzjoni Internazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-FAA, l-għadd tal-operazzjonijiet ta' titjir u tal-ispetturi tal-ajrunavigabbiltà u n-numru ta' detenturi taċ-ċertifikat ta' operatur tal-ajru fin-Niġerja. It-tweġibiet tal-NCAA għall-mistoqsijiet dwar il-kapaċità tagħha li tidentifika u tissorvelja n-nuqqasijiet tas-sikurezza indikaw li din il-kapaċità mhijiex adegwata. Huwa meqjus li l-NCAA teħtieġ tieħu miżuri sabiex ittejjeb il-kwalità meħtieġa tas-sorveljanza tas-sikurezza fuq il-kumpaniji tal-ajru li hija responsabbli għalihom. |
(64) |
Matul is-seduta, hija u telabora fuq l-informazzjoni li kienet ipprovdiet qabel, il-Med-View Airline għarrfet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-miżuri korrettivi li ttieħdu sabiex jiġi indirizzat it-tħassib serju identifikat mill-EASA bħala parti mill-valutazzjoni tas-sikurezza tat-TCO tagħha, bħal operazzjonijiet ta' titjir barra mill-kamp ta' applikazzjoni taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru approvat u l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet assoċjati, il-kontroll tal-ajrunavigabbiltà u tal-manutensjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà u s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u tal-kwalità. Madankollu, il-Med-View Airline wriet nuqqas ċar ta' għarfien u komprensjoni dwar is-serjetà tat-tħassib dwar is-sikurezza imqajjem mill-EASA. Barra minn hekk, il-miżuri meħuda minn Med-View Airline juru nuqqas ta' analiżi xierqa tal-kawżi ewlenin u nuqqas ta' pjan ta' azzjoni korrettiva xieraq biex ma jerġax ikun hemm l-istess nuqqasijiet ta' konformità li wasslu għal dan it-tħassib jew oħrajn simili. |
(65) |
L-informazzjoni disponibbli fil-preżent, ibbażata fuq is-sejbiet tal-valutazzjoni tas-sikurezza tat-TCO tal-EASA flimkien mal-informazzjoni ppreżentata mill-NCAA u minn Med-View Airline, turi li hemm evidenza ta' nuqqasijiet ta' sikurezza serji min-naħa tal-Med-View Airline. L-informazzjoni turi wkoll lill-Med-View Airline mhijiex kapaċi tindirizza dawk in-nuqqasijiet ta' sikurezza, kif muri, inter alia mill-pjan ta' azzjoni korrettiv mhux adatt u mhux suffiċjenti li ppreżentat bħala tweġiba għas-sejbiet tal-valutazzjoni ta' sikurezza tat-TCO. |
(66) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva fl-Unjoni tiġi emendata biex il-kumpanija tal-ajru Med-View Airline tiġi inkluża fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(67) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Mozambique, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(68) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Pakistan
(69) |
Permezz ta' ittra tat-23 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Pakistan (“PCAA”) biex tipprovdi informazzjoni dwar l-azzjonijiet ta' segwitu tagħha rigward l-inċident tas-7 ta' Diċembru 2016 bl-inġenju tal-ajru ATR tal-kumpanija tal-ajru Pakistan International Airlines Corporation Ltd, iċċertifikata fil-Pakistan. F'dik l-ittra, il-Kummissjoni nnotat ukoll, li fit-13 ta' Jannar 2016, l-EASA rrifjutat l-applikazzjoni ta' TCO li saret mit-trasportatur tal-merkanzija bl-ajru AHS International (Pvt) Ltd, iċċertifikat ukoll fil-Pakistan, minħabba raġunijiet ta' sikurezza. Barra minn hekk, f'dik l-ittra l-Kummissjoni indikat li beħsiebha tissokta bil-konsultazzjonijiet uffiċjali tagħha mal-PCAA, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. |
(70) |
Fit-18 ta' April 2017, saret laqgħa ta' konsultazzjoni teknika bejn il-Kummissjoni, l-EASA, Stat Membru u rappreżentanti mill-PCAA. Matul dik il-laqgħa, il-PCAA pprovdiet informazzjoni, inkluża ħarsa ġenerali lejn l-obbligi tagħha ta' sorveljanza u ċertifikazzjoni u sommarju tad-dejta tal-ispezzjonijiet għall-perjodu mill-2011 sal-2016. B'mod partikolari, f'dik il-laqgħa ġew diskussi r-responsabbiltajiet tal-PCAA rigward is-sorveljanza tas-sikurezza tal-Pakistan International Airlines Corporation Ltd. |
(71) |
Matul dik il-laqgħa, il-Kummissjoni ikkomunikat lill-PCAA għadd ta' elementi fir-rigward tal-obbligi ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza tagha. B'mod partikolari, filwaqt li jitqies il-mod trasparenti li bih il-PCAA ipprovdiet l-informazzjoni relatata mas-sikurezza lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni enfasizzat li l-PCAA jeħtieġ tagħti attenzjoni xierqa lit-titjib kontinwu tas-sistemi tas-sikurezza tiegħu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkomunikat lill-PCAA li hija mistennija li tkun kompletament konxja mir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 u l-implikazzjonijiet relatati għall-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Pakistan. |
(72) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni attwalment disponibbli, inkluża l-informazzjoni pprovduta mill-PCAA fil-laqgħa ta' konsultazzjoni teknika tat-18 ta' April 2017, huwa vvalutat li bħalissa m'hemm l-ebda nuqqas ta' kapaċità jew rieda min-naħa tal-PCAA biex tindirizza n-nuqqasijiet tas-sikurezza. |
(73) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan il-ħin m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Pakistan. |
(74) |
L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Pakistan, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(75) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mir-Russja
(76) |
Matul l-aħħar sitt xhur, il-Kummissjoni, l-EASA u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri komplew jissorveljaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fir-Russja u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq ċerti kumpaniji tal-ajru Russi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(77) |
Fis-17 ta' Marzu 2017, rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-EASA u ta' Stat Membru, iltaqgħu mar-rappreżentanti tal-Aġenzija Federali tat-Trasport tal-Ajru Russa (“FATA”). L-għan tal-laqgħa kien li jsir rieżami tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja abbażi tar-rapporti dwar l-ispezzjoni fir-rampa għall-perjodu bejn il-11 ta' Marzu 2016 u l-10 ta' Marzu 2017 u li jiġu identifikati każijiet fejn l-attivitajiet ta' sorveljanza mill-FATA għandhom jiġu msaħħa. |
(78) |
Waqt dik il-laqgħa, il-Kummissjoni eżaminat mil-ġdid ir-riżultati tal-ispezzjonijiet fir-rampa tas-SAFA ta' sitt kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja f'iktar dettall. Filwaqt li l-ebda tħassib dwar is-sikurezza ma ġie identifikat, il-FATA infurmat lill-Kummissjoni li, minħabba n-numru limitat ta' spezzjonijiet imwettqa fuq xi wħud mill-kumpaniji tal-ajru, se jsiru iktar spezzjonijiet fit-tliet xhur li ġejjin fuq tnejn minn dawn il-kumpaniji tal-ajru. |
(79) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni attwalment disponibbli, inkluża l-informazzjoni pprovduta mill-FATA fil-laqgħa ta' konsultazzjoni teknika tas-17 ta' Marzu 2017, huwa vvalutat li bħalissa m'hemm l-ebda nuqqas ta' kapaċità jew rieda min-naħa tal-FATA biex jindirizza n-nuqqasijiet tas-sikurezza. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kinitx meħtieġa seduta ta' smigħ quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Russi jew ta' kwalunkwe kumpanija tal-ajru ċċertifikata fir-Russja. |
(80) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan il-ħin, m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tinkludi l-kumpaniji tal-ajru mir-Russja. |
(81) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fir-Russja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(82) |
Jekk dawk l-ispezzjonijiet jindikaw riskju imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata li tieħu azzjoni kontra l-kumpaniji tal-ajru mir-Russja, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Kumpaniji tal-ajru minn Saint Vincent u l-Grenadini
(83) |
Fis-16 ta' April 2015, il-kumpanija tal-ajru Mustique Airways, irreġistrata f'Saint Vincent u l-Grenadini, applikat għal awtorizzazzjoni ta' TCO mal-EASA. L-EASA vvalutat l-applikazzjoni skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 452/2014 u qajmet tħassib fundamentali rigward in-nuqqas mill-Mustique Airways, li turi konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 452/2014. Għaldaqstant, l-EASA kkonkludiet li valutazzjoni ulterjuri ma kinitx se twassal għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' TCO għall-Mustique Airways, għaliex din ma kinitx tissodisfa dawk ir-rekwiżiti. Għalhekk, fl-4 ta' Ottubru 2016, l-EASA rrifjutat l-applikazzjoni ta' TCO minħabba raġunijiet ta' sikurezza. |
(84) |
Fit-30 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti ta' Saint Vincent u l-Grenadini, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Karibew tal-Lvant (“ECCAA”) dwar il-miżuri li ttieħdu wara r-rifjut mill-EASA tal-applikazzjoni tat-TCO li saret mill-Mustique Airways. Fl-24 ta' Frar 2017, l-ECCAA infurmat lill-Kummissjoni li il-Mustique Airways kienet reġgħet applikat mal-EASA għal awtorizzazzjoni ta' TCO fit-2 ta' Frar 2017, għar-raġuni li, skont il-Mustique Airways, il-kwistjonijiet marbuta mas-sikurezza li wasslu għaċ-ċaħda mill-EASA setgħu jiġu solvuti b'mod sodisfaċenti. |
(85) |
Peress li la l-Mustique Airways u lanqas l-ECCAA ma pprovdew l-ebda evidenza li l-kwistjonijiet ta' sikurezza li jirriżultaw mill-valutazzjoni tas-sikurezza tat-TCO mill-EASA fil-fatt kienet ġiet solvuta, kemm l-ECCAA u kif ukoll il-Mustique Airways ġew mogħtija l-opportunità li jinstemgħu mill-Kummissjoni u mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru fis-26 ta' April 2017 skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(86) |
L-awtorità ma weġbitx għall-istedina għas-smigħ u ma pparteċipatx fis-smigħ. Bl-istess mod, l-ECCAA ma pprovdietx informazzjoni dwar il-miżuri meħuda minħabba s-sejbiet tat-TCO fir-rigward tal-Mustique Airways jew tal-attivitajiet ta' superviżjoni tagħha. |
(87) |
Fl-24 ta' April 2017 saret laqgħa teknika tal-EASA mal-Mustique Airways biex tiġi diskussa l-applikazzjoni mill-ġdid tagħha. Fid-dawl tal-perjodu qasir ta' żmien bejn din il-laqgħa u s-seduta tas-smigħ, ma kienx possibbli li l-EASA twettaq valutazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni mill-ġdid. Madankollu, l-EASA kienet f'pożizzjoni li tikkonferma lill-Kummissjoni u lill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru li l-kawżi bażiċi prinċipali li wasslu għan-nuqqasijiet serji u ripetuti fil-qasam tas-sikurezza li l-EASA kienet identifikat fl-ewwel valutazzjoni tat-TCO, għadhom preżenti. |
(88) |
Waqt is-seduta tas-26 ta' April 2017, il-Mustique Airways ipprovdiet informazzjoni dwar in-negozju u l-faċilitajiet tal-kumpanija u, sa ċertu punt biss, fuq l-aspetti marbuta mas-sikurezza. L-informazzjoni pprovduta mill-Mustique Airways dwar il-progress li sar fir-rigward tal-iżvilupp ta' sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza u tal-kwalità tagħha indikat li dawn mhumiex żviluppati biżżejjed. Filwaqt li r-rieda tal-Mustique Airways biex timpenja ruħha fi djalogu aktar effettiv mal-EASA dwar l-applikazzjoni mill-ġdid mill-Mustique Airways għal awtorizzazzjoni ta' TCO intlaqgħet b'sodisfazzjon, instab li elementi essenzjali tas-sikurezza, bħal sistema bażika tal-ġestjoni tas-sikurezza, mhumiex preżenti. Barra minn hekk, il-Mustique Airways uriet nuqqas ta' għarfien u fehim tan-natura serja tas-sejbiet li qajmet l-EASA. Finalment, deher ċar li l-kultura tas-sikurezza tal-kumpanija tal-ajru hija ta' natura reattiva aktar milli ta' natura proattiva. |
(89) |
L-informazzjoni disponibbli attwalment, inkluż dik ipprovduta mill-EASA fil-qafas tal-applikazzjoni tat-TCO irrifjutata tal-Mustique Airways, u fil-qafas tal-applikazzjoni mill-ġdid li għaddejja, kif ukoll l-informazzjoni kollha pprovduta mill-kumpanija tal-ajru Mustique Airways, turi li hemm evidenza ta' nuqqasijiet serji tas-sikurezza min-naħa tal-Mustique Airways. Bħalissa, il-Mustique Airways mhijiex kapaċi biżżejjed tindirizza n-nuqqasijiet tas-sikurezza tagħha. Fil-fatt, l-azzjonijiet ta' sikurezza tagħha li huma għaddejjin fil-biċċa l-kbira għadhom fl-istadju ta' żvilupp, u l-pjan ta' azzjoni korrettiva li l-Mustique Airways ippreżentat bi tweġiba għas-sejbiet identifikati waqt il-valutazzjoni tas-sikurezza tat-TCO mhuwiex b'saħħtu biżżejjed, b'mod partikolari fir-rigward tal-analiżi tal-kawżi ewlenin meħtieġa. |
(90) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva fl-Unjoni tiġi emendata biex il-kumpanija tal-ajru Mustique Airways tiġi inkluża fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(91) |
L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertfikati f'Saint Vincent u l-Grenadini skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(92) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja
(93) |
Fis-17 ta' Marzu 2017 saret laqgħa teknika bejn il-Kummissjoni, l-EASA u l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tajlandja (“CAAT”). Matul dik il-laqgħa, is-CAAT aġġornat lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar minn Settembru 2016 'l hawn, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistema tat-trasport bl-ajru fit-Tajlandja, il-pjan direzzjonali lejn il-konformità tas-CAAT lejn il-konformità u l-istatus attwali tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva tagħha. |
(94) |
L-elementi ewlenin tal-progress huma l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili l-ġdid tat-Tajlandja, li mistenni jidħol fis-seħħ fl-aħħar tliet xhur tal-2017, l-emenda tar-regolamenti tas-CAAT, l-organizzazzjoni aġġornata tagħha, il-mekkaniżmi ta' finanzjament sostenibbli u l-programm imtejjeb tal-persunal u tat-taħriġ tal-ispetturi tagħha. Il-proċessi, il-manwali u l-għodod tas-CAAT, inkluż is-sistema tal-IT ġew imtejba u l-programm ta' sorveljanza tas-sikurezza tagħha ġie aġġornat sabiex ikun hemm garanzija ta' sorveljanza sħiħa u kontinwa tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fit-Tajlandja. Is-CAAT ħolqot ukoll dipartiment tal-assigurazzjoni tal-kwalità, inkarigat mill-monitoraġġ tal-konformità tas-CAAT mal-istandards tas-sikurezza tal-avjazzjoni internazzjonali u nazzjonali. |
(95) |
Is-CAAT tat ukoll informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-Programm għas-Sikurezza tal-Istat tagħha u s-sitwazzjoni fir-rigward tas-sejbiet imqajma matul il-verifika tal-ICAO f'Jannar 2015, inkluż Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza rigward iċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-ajru bbażata fuq dawk is-sejbiet. Barra minn hekk, is-CAAT tat informazzjoni dwar il-progress li sar rigward il-pjan ta' sostenibilità tagħha u l-kooperazzjoni internazzjonali li s-CAAT hija involuta fiha. |
(96) |
Element importanti tal-pjan ta' azzjoni korrettiva tas-CAAT huwa ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-kumpaniji fit-Tajlandja, wara l-approċċ strutturat tal-ICAO b'ħames fażijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru. Fi Frar 2017, l-ewwel waħda minn dawk il-kumpaniji tal-ajru li topera internazzjonalment ġiet tċċertifikata mill-ġdid u sal-aħħar ta' Ġunju 2017, is-CAAT tistenna li se tiċċertifika mill-ġdid 12-il kumpanija tal-ajru oħra involuti fit-trasport internazzjonali bl-ajru. Matul il-proċess ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid, is-CAAT ħadet miżuri ta' infurzar fir-rigward ta' ċerti applikanti għaċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid. |
(97) |
Il-gvern tat-Tajlandja u s-CAAT urew impenn ċar biex itejbu s-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza fit-Tajlandja. Is-CAAT ipprovdiet evidenza li tul l-aħħar sitt xhur inkiseb progress relevanti. L-informazzjoni disponibbli bħalissa dwar is-sikurezza fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fit-Tajlandja ma tappoġġax deċiżjoni li jiġu imposti projbizzjoni jew restrizzjonijiet operazzjonali. Sabiex tiġi ssorveljata mill-qrib is-sitwazzjoni, se jibqgħu jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tat-Tajlandja b'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. |
(98) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet għala għandha tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja. |
(99) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fit-Tajlandja skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(100) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
It-trasportaturi bl-ajru mill-Ukrajna
(101) |
Fid-29 ta' Awwissu 2014, il-kumpanija tal-ajru International Joint-Stock Aviation Company “URGA”, iċċertifikata fl-Ukrajna, applikat għal awtorizzazzjoni ta' TCO mal-EASA. L-EASA vvalutat l-applikazzjoni skont ir-rekwiżiti stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 452/2014 u qajmet tħassib fundamentali rigward in-nuqqas mill-International Joint-Stock Aviation Company “URGA” li turi konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 452/2014. Għalhekk, l-EASA kkonkludiet li valutazzjoni ulterjuri ma kinitx se twassal għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' TCO għall-International Joint-Stock Aviation Company “URGA” għaliex din ma kinitx tissodisfa dawk ir-rekwiżiti. Għalhekk, fis-15 ta' Settembru 2016, l-EASA rrifjutat l-applikazzjoni ta' TCO minħabba raġunijiet ta' sikurezza |
(102) |
Fil-15 ta' Frar 2016, il-kumpanija tal-ajru Air Company “Black Sea Airlines” LLC, irreġistrata fl-Ukrajna applikat għal awtorizzazzjoni ta' TCO mal-EASA. L-EASA vvalutat l-applikazzjoni skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 452/2014 u qajmet tħassib fundamentali rigward in-nuqqas mill-Air Company “Black Sea Airlines” LLC, li turi konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 452/2014. Għalhekk, l-EASA kkonkludiet li valutazzjoni ulterjuri ma kinitx se twassal għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' TCO għall-Air Company “Black Sea Airlines” LLC għaliex din ma kinitx tissodisfa dawk ir-rekwiżiti. Għalhekk, fit-13 ta' Ottubru 2016, l-EASA rrifjutat l-applikazzjoni ta' TCO minħabba raġunijiet ta' sikurezza |
(103) |
Fis-6 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-Ammistrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat tal-Ukrajna (“SAAU”) dwar il-miżuri li ħadet wara r-rifjut mill-EASA tal-applikazzjonijiet ta' TCO magħmula mill-International Joint-Stock Aviation Company “URGA” u mill-Air Company “Black Sea Airlines” LLC. Dik l-ittra fetħet konsultazzjonijiet uffiċjali mas-SAAU, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. Billi t-tħassib tas-sikurezza li jirriżulta mill-valutazzjoni tas-sikurezza ta' TCO mill-EASA ma ġiex solvut, is-SAAU, l-International Joint-Stock Aviation Company “URGA” u l-Air Company “Black Sea Airlines” LLC ingħataw l-opportunità li jinstemgħu fil-25 ta' April 2017 mill-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(104) |
Fit-3 ta' April 2017, is-SAAU rrevokat iċ-ċertifikat ta' operatur tal-ajru tal-Air Company “Black Sea Airlines” LLC. Din id-deċiżjoni temmet il-konsultazzjoni uffiċjali miftuħa fis-6 ta' Marzu 2017 fir-rigward ta' dik il-kumpanija tal-ajru. |
(105) |
Is-SAAU u l-International Joint-Stock Aviation Company “URGA” nstemgħu mill-Kummissjoni u mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru fil-25 ta' April 2017. Fost elementi oħra, is-SAAU rrappurtat li l-attivitajiet ta' sorveljanza fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fl-Ukrajna huma aġġustati mar-rekords SAFA kif ukoll bi kwalunkwe informazzjoni li ħarġet mill-proċess ta' awtorizzazzjoni ta' TCO. Is-SAAU pprovdiet ukoll informazzjoni dwar l-adozzjoni ta' azzjonijiet possibbli fuq perjodu qasir bħas-sospensjoni, il-limitazzjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat ta' operatur tal-ajru tal-kumpaniji tal-ajru b'reazzjoni għal ċaħda ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' TCO mill-EASA. Barra minn hekk, is-SAAU pprovdiet informazzjoni dwar azzjonijiet fit-tul bl-għan li jittejbu l-proċessi interni tagħha relatati mal-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza tagħha fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Ukrajna. |
(106) |
Matul is-seduta, hija u telabora fuq l-informazzjoni li kienet ipprovdiet qabel, l-International Joint-Stock Aviation Company “URGA” tat informazzjoni oħra dwar il-miżuri korrettivi li ttieħdu sabiex jiġu indirizzati l-preokkupazzjonijiet serji identifikati mill-EASA bħala parti mill-valutazzjoni tas-sikurezza ta' TCO tagħha, bħall-ġestjoni kontinwa tal-ajrunavigabbiltà u l-eżekuzzjoni tal-attivitajiet ta' manutenzjoni. Il-kumpanija tal-ajru rrapportat ukoll dwar awditu addizzjonali li sar f'Marzu 2017 minn entità privata biex jiġi ddeterminat l-istatus attwali tal-konformità tagħha mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni. Dak l-awditu kkonferma n-nuqqasijiet sistemiċi li kienu ġew identifikati preċedentement mill-EASA fis-sistema ta' dokumentazzjoni eżistenti tal-kumpanija tal-ajru. |
(107) |
Matul is-seduta, l-International Joint-Stock Aviation Company “URGA” spjegat ukoll li kienet reġgħet applikat għal awtorizzazzjoni ta' TCO fid-19 ta' April 2017. Il-Kummissjoni u l-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru ħadu nota ta' dan u laqgħu b'sodisfazzjon il-konferma tal-kumpanija tal-ajru u anki tal-EASA li l-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni għat-TCO l-ġdida se tingħata l-attenzjoni kollha dovuta fi ħdan il-qafas tar-Regolament (UE) Nru 452/2014. |
(108) |
L-informazzjoni disponibbli bħalissa, ibbażata fuq valutazzjoni tas-sikurezza ta' TCO mill-EASA tal-International Joint-Stock Aviation Company “URGA”, flimkien mal-informazzjoni pprovduta mis-SAAU u l-International Joint-Stock Aviation Company “URGA”, turi li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi biex jindirizzaw it-tħassib fil-qasam tas-sikurezza li tqajjem mill-EASA għadha mhix kompluta biżżejjed. Dik l-informazzjoni turi wkoll li l-kumpanija tal-ajru bħalissa mhijiex kapaċi tidentifika hi stess in-nuqqasijiet ta' konformità fil-proċessi u fl-attivitajiet kollha tagħha. |
(109) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex il-kumpanija tal-ajru, l-International Joint-Stock Aviation Company “URGA”, tiġi inkluża fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(110) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fl-Ukrajna, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(111) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru miż-Żimbabwe
(112) |
Fit-12 ta' April 2016, il-kumpanija tal-ajru Air Zimbabwe (Pvt) Ltd, irreġistrata fiż-Żimbabwe, applikat għal awtorizzazzjoni ta' TCO mal-EASA. L-EASA vvalutat l-applikazzjoni skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 452/2014 u qajmet tħassib fundamentali rigward in-nuqqas mill-Air Zimbabwe Pvt Ltd, li turi konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 452/2014. Għaldaqstant, l-EASA kkonkludiet li valutazzjoni ulterjuri ma kinitx se twassal għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' TCO għall-Air Zimbabwe Pvt Ltd, għaliex din ma kinitx tissodisfa dawk ir-rekwiżiti. Għalhekk, fis-7 ta' Novembru 2016, l-EASA rrifjutat l-applikazzjoni ta' TCO minħabba raġunijiet ta' sikurezza |
(113) |
Fit-3 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żimbabwe (“CAAZ”) dwar il-miżuri li ħadet wara r-rifjut mill-EASA tal-applikazzjoni ta' TCO tal-Air Zimbabwe Pvt Ltd. Dik l-ittra fetħet konsultazzjonijiet uffiċjali mas-CAAZ, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. Billi t-tħassib dwar is-sikurezza tal-Air Zimbabwe Pvt Ltd, ma ġiex solvut, mill-valutazzjoni ta' sikurezza ta' TCO mill-EASA, kemm is-CAAZ u kemm l-Air Zimbabwe Pvt Ltd ingħataw l-opportunità ta' smigħ fis-26 ta' April 2017 quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(114) |
Waqt dak is-smigħ, fost elementi oħra, is-CAAZ tat informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet ta' sorveljanza tagħha fir-rigward tal-Air Zimbabwe (Pvt) Ltd. Is-CAAZ tat sommarju tal-azzjonijiet meħuda f'rabta mar-rifjut minħabba raġunijiet ta' sikurezza mill-EASA tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni TCO mill-Air Zimbabwe (Pvt) Ltd. L-EASA tat informazzjoni dwar it-tħassib serju dwar is-sikurezza li kien il-bażi għad-deċiżjoni negattiva dwar it-TCO. |
(115) |
Matul din is-seduta, l-Air Zimbabwe (Pvt) Ltd ipprovdiet informazzjoni dwar l-azzjonijiet korrettivi li ġew mibdija u li għadhom għaddejjin mindu l-applikazzjoni għal TCO ta' dik il-kumpanija tal-ajru kienet ġiet miċħuda mill-EASA. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta mill-Air Zimbabwe (Pvt) Ltd, inklużi l-elementi dwar il-progress limitat li għamlet fir-rigward tal-iżvilupp tas-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza u tal-kwalità tagħha, ma kinitx biżżejjed sabiex ittaffi t-tħassib imqajjem. |
(116) |
L-informazzjoni disponibbli attwalment, inkluż l-informazzjoni marbuta mal-valutazzjoni tas-sikurezza TCO tal-EASA tal-Air Zimbabwe (Pvt) Ltd, flimkien mal-informazzjoni mogħtija mill-CAAZ u mill-Air Zimbabwe (Pvt) Ltd, juru biċ-ċar li hemm nuqqasijiet serji fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tal-Air Zimbabwe (Pvt) Ltd. L-Air Zimbabwe (Pvt) Ltd fil-preżent titqies li mhijiex kapaċi tindirizza dawk in-nuqqasijiet tas-sikurezza. Fil-fatt, l-azzjonijiet tas-sikurezza tal-Air Zimbabwe (Pvt) Ltd li għaddejjin, fil-biċċa l-kbira għadhom fl-istadju ta' żvilupp u l-pjan ta' azzjoni korrettiva li l-Air Zimbabwe (Pvt) Ltd ippreżentat bi tweġiba għas-sejbiet identifikati waqt il-valutazzjoni tas-sikurezza TCO, mhux robust, b'mod partikolari fir-rigward tal-analiżi meħtieġa tal-kawżi ewlenin. |
(117) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex il-kumpanija tal-ajru Air Zimbabwe Pvt Ltd tiġi inkluża fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(118) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fiż-Żimbabwe, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(119) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(120) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat skont dan, |
(121) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness A jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Anness B jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Mejju 2017
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
ANNESS A
LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B'XI EĊĊEZZJONIJIET (1)
Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti) |
In-numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“l-AOC”) jew tal-Liċenzja tal-Operat |
In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru |
L-istat tal-Operatur |
BLUE WING AIRLINES |
SRBWA-01/2002 |
BWI |
Is-Suriname |
IRAN ASEMAN AIRLINES |
FS-102 |
IRC |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
IRAQI AIRWAYS |
001 |
IAW |
L-Iraq |
MED-VIEW AIRLINE |
MVA/AOC/10-12/05 |
MEV |
In-Niġerja |
MUSTIQUE AIRWAYS |
2A/12/003K |
MAW |
Saint Vincent u l-Grenadini |
INTERNATIONAL JOINT-STOCK AVIATION COMPANY “URGA” |
UK 012 |
URG |
l-Ukrajna |
AIR ZIMBABWE (PVT) LTD |
177/04 |
AZW |
Iż-Żimbabwe |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
AFGHAN JET INTERNATIONAL AIRLINES |
AOC 008 |
AJA |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
ARIANA AFGHAN AIRLINES |
AOC 009 |
AFG |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
EAST HORIZON AIRLINES |
AOC 1013 |
EHN |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
KAM AIR |
AOC 001 |
KMF |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
SAFI AIRWAYS |
AOC 181 |
SFW |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines li jinsabu fl-Aneess B, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika tal-Angola |
AEROJET |
AO 008-01/11 |
TEJ |
Ir-Repubblika tal-Angola |
AIR GICANGO |
009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
AIR JET |
AO 006-01/11-MBC |
MBC |
Ir-Repubblika tal-Angola |
AIR NAVE |
017 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
AIR26 |
AO 003-01/11-DCD |
DCD |
Ir-Repubblika tal-Angola |
ANGOLA AIR SERVICES |
006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
DIEXIM |
007 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
FLY540 |
AO 004-01 FLYA |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
GIRA GLOBO |
008 |
GGL |
Ir-Repubblika tal-Angola |
HELIANG |
010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
HELIMALONGO |
AO 005-01/11 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
MAVEWA |
016 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
SONAIR |
AO 002-01/10-SOR |
SOR |
Ir-Repubblika tal-Angola |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika tal-Kongo |
AERO SERVICE |
RAC06-002 |
RSR |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
CANADIAN AIRWAYS CONGO |
RAC06-012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
EMERAUDE |
RAC06-008 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
EQUAFLIGHT SERVICES |
RAC 06-003 |
EKA |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
EQUAJET |
RAC06-007 |
EKJ |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A. |
RAC 06-014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
MISTRAL AVIATION |
RAC06-011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
TRANS AIR CONGO |
RAC 06-001 |
TSG |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
AIR FAST CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/0112/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
AIR KASAI |
409/CAB/MIN/TVC/0053/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
AIR KATANGA |
409/CAB/MIN/TVC/0056/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
AIR TROPIQUES |
409/CAB/MIN/TVC/00625/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
BLUE AIRLINES |
106/CAB/MIN/TVC/2012 |
BUL |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
BLUE SKY |
409/CAB/MIN/TVC/0028/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
BUSY BEE CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/0064/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA) |
409/CAB/MIN/TVC/0050/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
CONGO AIRWAYS |
019/CAB/MIN/TVC/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
DAKOTA SPRL |
409/CAB/MIN/TVC/071/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
DOREN AIR CONGO |
102/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
GOMAIR |
409/CAB/MIN/TVC/011/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
KIN AVIA |
409/CAB/MIN/TVC/0059/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
KORONGO AIRLINES |
409/CAB/MIN/TVC/001/2011 |
KGO |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
MALU AVIATION |
098/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
MANGO AIRLINES |
409/CAB/MIN/TVC/009/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
SERVE AIR |
004/CAB/MIN/TVC/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
SERVICES AIR |
103/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
SWALA AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/0084/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
TRANSAIR CARGO SERVICES |
409/CAB/MIN/TVC/073/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
WILL AIRLIFT |
409/CAB/MIN/TVC/0247/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Il-Djibouti |
DAALLO AIRLINES |
Mhux magħruf |
DAO |
Il-Djibouti |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Il-Guinea Ekwatorjali |
CEIBA INTERCONTINENTAL |
2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS |
CEL |
Il-Guinea Ekwatorjali |
CRONOS AIRLINES |
2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
PUNTO AZUL |
2012/0006/MTTCT/DGAC/SOPS |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
TANGO AIRWAYS |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
L-Eritrea |
ERITREAN AIRLINES |
AOC Nru 004 |
ERT |
L-Eritrea |
NASAIR ERITREA |
AOC Nru 005 |
NAS |
L-Eritrea |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief Afrijet u SN2AGli jinsabu fl-Aneess B, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika Gaboniża |
AFRIC AVIATION |
010/MTAC/ANAC-G/DSA |
EKG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
ALLEGIANCE AIR TOURIST |
007/MTAC/ANAC-G/DSA |
LGE |
Ir-Repubblika Gaboniża |
NATIONALE REGIONALE TRANSPORT (N.R.T) |
008/MTAC/ANAC-G/DSA |
NRG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
SKY GABON |
009/MTAC/ANAC-G/DSA |
SKG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
SOLENTA AVIATION GABON |
006/MTAC/ANAC-G/DSA |
SVG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
TROPICAL AIR-GABON |
011/MTAC/ANAC-G/DSA |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Ekspres Transportasi Antarbenua, Indonesia Air Asia, Citilink, Lion Air and Batik Air,, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
AIR BORN INDONESIA |
135-055 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
AIR PACIFIC UTAMA |
135-020 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
ALDA TRANS PAPUA |
135-056 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
ALFA TRANS DIRGANTARA |
135-012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
AMA |
135-054 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
ANGKASA SUPER SERVICE |
135-050 |
LBZ |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
ASI PUDJIASTUTI |
135-028 |
SQS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
AVIASTAR MANDIRI |
135-029 |
VIT |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
DABI AIR NUSANTARA |
135-030 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
DERAYA AIR TAXI |
135-013 |
DRY |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
DERAZONA AIR SERVICE |
135-010 |
DRZ |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
EASTINDO |
135-038 |
ESD |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
ELANG LINTAS INDONESIA |
135-052 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
ELANG NUSANTARA AIR |
135-053 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
ENGGANG AIR SERVICE |
135-045 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
ERSA EASTERN AVIATION |
135-047 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
GATARI AIR SERVICE |
135-018 |
GHS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
HEVILIFT AVIATION |
135-042 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
INDONESIA AIR ASIA EXTRA |
121-054 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
INDONESIA AIR TRANSPORT |
121-034 |
IDA |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
INDO STAR AVIATION |
135-057 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
INTAN ANGKASA AIR SERVICE |
135-019 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
JAYAWIJAYA DIRGANTARA |
121-044 |
JWD |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
JOHNLIN AIR TRANSPORT |
135-043 |
JLB |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
KAL STAR AVIATION |
121-037 |
KLS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
KARTIKA AIRLINES |
121-003 |
KAE |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
KOMALA INDONESIA |
135-051 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
KURA-KURA AVIATION |
135-016 |
KUR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
MARTA BUANA ABADI |
135-049 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
MATTHEW AIR NUSANTARA |
135-048 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
MIMIKA AIR |
135-007 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
MY INDO AIRLINES |
121-042 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
NAM AIR |
121-058 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
NATIONAL UTILITY HELICOPTER |
135-011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
NUSANTARA AIR CHARTER |
121-022 |
SJK |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
PEGASUS AIR SERVICES |
135-036 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
PELITA AIR SERVICE |
121-008 |
PAS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA |
135-026 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
PURA WISATA BARUNA |
135-025 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
RIAU AIRLINES |
121-016 |
RIU |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
SAYAP GARUDA INDAH |
135-004 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
SMAC |
135-015 |
SMC |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
SPIRIT AVIATION SENTOSA |
135-058 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
SRIWIJAYA AIR |
121-035 |
SJY |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
SURYA AIR |
135-046 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
TRANSNUSA AVIATION MANDIRI |
121-048 |
TNU |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
TRANSWISATA PRIMA AVIATION |
135-021 |
TWT |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE |
121-038 |
XAR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
TRAVIRA UTAMA |
135-009 |
TVV |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
TRI MG INTRA ASIA AIRLINES |
121-018 |
TMG |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
TRI MG INTRA ASIA AIRLINES |
135-037 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
TRIGANA AIR SERVICE |
121-006 |
TGN |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
UNINDO |
135-040 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
WESTSTAR AVIATION INDONESIA |
135-059 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
WING ABADI AIRLINES |
121-012 |
WON |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika Kirgiża |
AIR BISHKEK (EX EASTOK AVIA) |
15 |
EAA |
Ir-Repubblika Kirgiża |
AIR MANAS |
17 |
MBB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
AVIA TRAFFIC COMPANY |
23 |
AVJ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS) |
13 |
CBK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
HELI SKY |
47 |
KTC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
AIR KYRGYZSTAN |
03 |
LYN |
Ir-Repubblika Kirgiża |
MANAS AIRWAYS |
42 |
BAM |
Ir-Repubblika Kirgiża |
S GROUP INTERNATIONAL (li qabel kien jisimha S GROUP AVIATION) |
45 |
IND |
Ir-Repubblika Kirgiża |
SKY BISHKEK |
43 |
BIS |
Ir-Repubblika Kirgiża |
SKY KG AIRLINES |
41 |
KGK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
SKY WAY AIR |
39 |
SAB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
TEZ JET |
46 |
TEZ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
VALOR AIR |
07 |
VAC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja |
|
|
Il-Liberja |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Il-Libja |
AFRIQIYAH AIRWAYS |
007/01 |
AAW |
Il-Libja |
AIR LIBYA |
004/01 |
TLR |
Il-Libja |
BURAQ AIR |
002/01 |
BRQ |
Il-Libja |
GHADAMES AIR TRANSPORT |
012/05 |
GHT |
Il-Libja |
GLOBAL AVIATION AND SERVICES |
008/05 |
GAK |
Il-Libja |
LIBYAN AIRLINES |
001/01 |
LAA |
Il-Libja |
PETRO AIR |
025/08 |
PEO |
Il-Libja |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika tan-Nepal |
AIR DYNASTY HELI. S. |
035/2001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
AIR KASTHAMANDAP |
051/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
BUDDHA AIR |
014/1996 |
BHA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
FISHTAIL AIR |
017/2001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
GOMA AIR |
064/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
HIMALAYA AIRLINES |
084/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
MAKALU AIR |
057A/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
MANANG AIR PVT LTD |
082/2014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
MOUNTAIN HELICOPTERS |
055/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
MUKTINATH AIRLINES |
081/2013 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
NEPAL AIRLINES CORPORATION |
003/2000 |
RNA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SAURYA AIRLINES |
083/2014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SHREE AIRLINES |
030/2002 |
SHA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SIMRIK AIR |
034/2000 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SIMRIK AIRLINES |
052/2009 |
RMK |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SITA AIR |
033/2000 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
TARA AIR |
053/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
YETI AIRLINES DOMESTIC |
037/2004 |
NYT |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
São Tomé u Príncipe |
AFRICA'S CONNECTION |
10/AOC/2008 |
ACH |
São Tomé u Príncipe |
STP AIRWAYS |
03/AOC/2006 |
STP |
São Tomé u Príncipe |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Sierra Leone |
AIR RUM, LTD |
MHUX MAGĦRUF |
RUM |
Sierra Leone |
DESTINY AIR SERVICES, LTD |
MHUX MAGĦRUF |
DTY |
Sierra Leone |
HEAVYLIFT CARGO |
MHUX MAGĦRUF |
Mhux magħruf |
Sierra Leone |
ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD |
MHUX MAGĦRUF |
ORJ |
Sierra Leone |
PARAMOUNT AIRLINES, LTD |
MHUX MAGĦRUF |
PRR |
Sierra Leone |
SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD |
MHUX MAGĦRUF |
SVT |
Sierra Leone |
TEEBAH AIRWAYS |
MHUX MAGĦRUF |
Mhux magħruf |
Sierra Leone |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
ALFA AIRLINES SD |
54 |
AAJ |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
BADR AIRLINES |
35 |
BDR |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
BLUE BIRD AVIATION |
11 |
BLB |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
ELDINDER AVIATION |
8 |
DND |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
GREEN FLAG AVIATION |
17 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
HELEJETIC AIR |
57 |
HJT |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
KATA AIR TRANSPORT |
9 |
KTV |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
KUSH AVIATION CO. |
60 |
KUH |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
NOVA AIRWAYS |
46 |
NOV |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
SUDAN AIRWAYS CO. |
1 |
SUD |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
SUN AIR |
51 |
SNR |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
TARCO AIR |
56 |
TRQ |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
(1) Il-kumpaniji tal-ajru elenkati fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jitħarsu l-istandards tas-sikurezza rilevanti.
ANNESS B
LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA SUĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI (1)
Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti) |
In-numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“l-AOC”) |
In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO tal-linja tal-ajru |
L-istat tal-Operatur |
It-tip ta' inġenju tal-ajru li huwa suġġett għal restrizzjoni |
Il-marka jew il-marki tar-reġistrazzjoni u, meta jkun disponibbli, in-numru jew in-numri tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru li huwa suġġett għal restrizzjoni |
L-istat tar-reġistrazzjoni |
TAAG ANGOLA AIRLINES |
001 |
DTA |
Ir-Repubblika tal-Angola |
Il-flotta kollha ħlief għal: inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737-700, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-200, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-300 u inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-300ER. |
Il-flotta kollha ħlief għal: inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B737-700, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-200, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-300, kif jissemma fl-AOC; u inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-300ER, kif jissemma fl-AOC. |
Ir-Repubblika tal-Angola |
AIR SERVICE COMORES |
06-819/TA-15/DGACM |
KMD |
Comoros |
Il-flotta kollha ħlief għal: LET 410 UVP. |
Il-flotta kollha ħlief għal: D6-CAM (851336). |
Comoros |
AFRIJET BUSINESS SERVICE (2) |
002/MTAC/ANAC-G/DSA |
ABS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief għal: 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900. |
Il-flotta kollha ħlief għal: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR. |
Ir-Repubblika Gaboniża |
NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG) |
003/MTAC/ANAC-G/DSA |
NVS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief għal: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Challenger CL-601, inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip HS-125-800. |
Il-flotta kollha ħlief għal: TR-AAG, ZS-AFG. |
Ir-Repubblika Gaboniża; Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel |
IRAN AIR |
FS100 |
IRA |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747 |
L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif jissemma fl-AOC; L-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif jissemma fl-AOC |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
AIR KORYO |
GAC-AOC/KOR-01 |
KOR |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea |
Il-flotta kollha ħlief għal: 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU- 204. |
Il-flotta kollha ħlief għal: P-632, P-633. |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea |
(1) Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhix suġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, sakemm jitħarsu l-istandards rilevanti tas-sikurezza.
(2) Il-kumpanija Afrijet titħalla tuża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għal-livell attwali ta' operazzjonijiet tagħha fl-Unjoni.