Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0635

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/635 tat-30 ta' Marzu 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    C/2017/2246

    ĠU L 91, 5.4.2017, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/635/oj

    5.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 91/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/635

    tat-30 ta' Marzu 2017

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

    (3)

    Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

    (4)

    Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

    Artikolu 2

    L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2017.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Stephen QUEST

    Direttur Ġenerali

    Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


    (1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-oġġetti

    Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Oġġett fil-forma ta' stoċċ ċilindriku vojt magħmul minn plastik ċar madwar 44 mm twil u ssiġillat b'tapp tal-plastik li jista' jitneħħa fit-tarf ta' isfel bħala tapp protettiv. Il-parti ta' fuq tal-istoċċ għandha forma simili ta' bokkin u għandha toqba żgħira li minnha jinġibed il-fwar.

    L-utent jimla l-istoċċ vojt b'likwidu speċjali msejjaħ “e-likwidu” u l-istoċċ imbagħad jiddaħħal fis-sigarett elettroniku. L-istess stoċċ jista' jimtela mill-ġdid u jintuża mill-ġdid bejn 10 u għoxrin darba qabel ma jintrema bħala skart.

    Il-bokkin għandu l-funzjoni tal-filtru tas-sigaretti tat-tabakk konvenzjonali. Meta l-istoċċ jiddaħħal fis-sigarett elettroniku, l-utent ipoġġi t-tarf tal-bokkin f'ħalqu u jiġbed nifs. Dan jikkawża lill-atomizzatur fis-sigarett elettroniku biex jikkonverti fluss ħafif ta' duħħan li mbagħad jinħareġ mill-bokkin biex jidħol f'ħalq l-utent.

    Ara l-istampi (*1)

    8543 90 00

    Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 2(s) tal-Kapitolu 39, in-nota 2(b) tat-Taqsima XVI u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8543 u 8543 90 00 .

    L-utent ma jpoġġix is-sigarett elettroniku f'ħalqu mingħajr il-preżenza tal-bokkin u l-fluss tad-duħħan ma jinħariġx mingħajr ma jiġi attivat l-atomizzatur permezz tal-bokkin. Għalhekk, l-istoċċ bil-parti ta' fuq b'forma speċjali huwa parti essenzjali għall-funzjonament tas-sigarett elettroniku u mhuwiex sempliċement kontenitur magħmul mill-plastik. Il-klassifikazzjoni fl-intestatura 3926 bħala oġġett tal-plastik għalhekk hija eskluża.

    Skont l-Opinjoni tal-Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata Nru 8543 70/5 sigarett elettroniku sħiħ irid jiġi kklassifikat bħala magna jew apparat elettriku ieħor taħt is-subintestatura 8543 70 .

    Għalhekk l-istoċċ għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8543 90 00 bħala parti minn magni u apparat tal-elettriku oħrajn, b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor f'dak il-Kapitolu.

    Image


    (*1)  L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.


    Top