Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0548

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/548 tat-23 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi formola standard għad-dikjarazzjoni bil-miktub dwar it-tneħħija jew it-tkissir ta' siġill tat-takografu (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/1799

    ĠU L 79, 24.3.2017, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/548/oj

    24.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 79/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/548

    tat-23 ta' Marzu 2017

    li jistabbilixxi formola standard għad-dikjarazzjoni bil-miktub dwar it-tneħħija jew it-tkissir ta' siġill tat-takografu

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (1), mod partikolari l-Artikolu 22(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi u tekniċi relatati mal-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu, l-ittestjar u l-kontroll tat-takografi użati fit-trasport bit-triq.

    (2)

    L-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 jistabbilixxi li f'każijiet meta siġill jitneħħa jew jitkisser għall-iskop ta' tiswija jew modifika tal-vettura, għandha tinżamm fil-vettura dikjarazzjoni bil-miktub li ssemmi d-data u l-ħin meta s-siġill inkiser u tagħti r-raġunijiet għat-tneħħija tas-siġill.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa formola standard għad-dikjarazzjoni bil-miktub.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Trasport bit-Triq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-membru tal-persunal tal-ħanut tax-xogħol li jkun neħħa jew kisser is-siġill tat-takografu minħabba tiswija jew modifika tal-vettura, kif imsemmi fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, għandu jikkompleta, jiffirma u jittimbra dikjarazzjoni bil-miktub bl-informazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Id-dikjarazzjoni bil-miktub oriġinali għandha tinżamm fil-vettura, u kopja ttimbrata għandha tibqa' fil-ħanut tax-xogħol fejn is-siġill tneħħa jew tkisser.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1.


    ANNESS

    Dikjarazzjoni bil-miktub dwar it-tneħħija jew it-tkissir ta' siġill tat-takografu

    1.

    Numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura

    2.

    Numru ta' identifikazzjoni tal-vettura

    3.

    Isem tax-xufier

    4.

    Liċenzja Komunitarja tat-trasportatur jew tat-trasportatur (1)

    5.

    Isem tal-ħanut tax-xogħol

    6.

    Indirizz tal-ħanut tax-xogħol

    7.

    Numru ta' identifikazzjoni tal-ħanut tax-xogħol

    8.

    Isem il-membru tal-persunal responsabbli għat-tneħħija tas-siġill

    9.

    Numru tas-siġill imneħħi

    10.

    Data u ħin ta' tneħħija tas-siġill

    11.

    Raġuni(ijiet) għat-tneħħija

    12.

    Rimarki

     

    Post u data

    Firma tal-membru tal-persunal

    Firma tax-xufier


    (1)  Meta applikabbli, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72) jew l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).


    Top