This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0405
Commission Regulation (EU) 2017/405 of 8 March 2017 amending Annexes II and III to Regulation (EC) No 396/2005 of the European Parliament and of the Council as regards maximum residue levels for sulfoxaflor in or on certain products (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/405 tat-8 ta' Marzu 2017 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għas-sulfoksaflor f'ċerti prodotti jew fuqhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/405 tat-8 ta' Marzu 2017 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għas-sulfoksaflor f'ċerti prodotti jew fuqhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/1476
ĠU L 63, 9.3.2017, p. 71–82
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 63/71 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/405
tat-8 ta' Marzu 2017
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għas-sulfoksaflor f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta' Lulju 2013, fit-18 ta' Lulju 2014 u fil-11 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni Codex Alimentarius (CAC) adottat il-limiti massimi ta' residwi tal-Codex (CXLs) għas-sulfoksaflor (2) (3) (4). |
(2) |
Il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) huma stabbiliti għal dik is-sustanza fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill (5), fejn jeżistu standards internazzjonali jew fejn it-tlestija tagħhom tkun imminenti, dawn għandhom jitqiesu fl-iżvilupp jew fl-adattament tal-liġi dwar l-ikel, ħlief fejn dawn l-istandards jew partijiet relevanti jkunu mezz ineffettiv jew mhux adattat għat-twettiq tal-għanijiet leġittimi tal-liġi dwar l-ikel jew fejn ikun hemm ġustifikazzjoni xjentifika, jew fejn dawn jirriżultaw f'livell differenti ta' protezzjoni minn dak stabbilit bħala xieraq fil-Komunità. Barra minn hekk, b'konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament, l-Unjoni għandha tippromwovi konsistenza bejn l-istandards tekniċi internazzjonali u l-liġi dwar l-ikel filwaqt li tiżgura li l-livell għoli ta' protezzjoni adottat fl-Unjoni ma jitnaqqasx. |
(4) |
L-Unjoni ppreżentat riżerva lill-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi (CCPR) dwar is-CXLs proposti għall-kombinamenti ta' pestiċidi/prodotti li ġejjin: is-sulfoksaflor (il-ħxejjex li jagħmlu l-frott għajr il-kukurbiti; il-ħxejjex imwerrqa). |
(5) |
Għalhekk is-CXLs għas-sulfoksaflor, li mhumiex inklużi fil-premessa 4, għandhom jiddaħħlu fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 bħala MRLs ħlief meta dawn jirrelataw ma' prodotti li mhumiex stabbiliti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament jew meta dawn ikunu stabbiliti f'livell aktar baxx mill-MRLs attwali. Dawk is-CXLs huma sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni (6). |
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) http://www.codexalimentarius.org/download/report/799/REP13_PRe.pdf
Il-programm konġunt tal-FAO/WHO dwar l-istandards tal-ikel tal-Kummissjoni Codex Alimentarius. L-Appendiċijiet II u III. Is-Sitta u Tletin Sessjoni. Ruma, l-Italja, mill-1 sal-5 ta' Lulju 2013.
(3) http://www.codexalimentarius.org/download/report/917/REP14_PRe.pdf
Il-programm konġunt tal-FAO/WHO dwar l-istandards tal-ikel tal-Kummissjoni Codex Alimentarius. L-Appendiċijiet II u III. Is-Seba' u Tletin Sessjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera, mill-14 sat-18 ta' Lulju 2014.
(4) ftp://ftp.fao.org/codex/reports/reports_2015/REP15_PRe.pdf
Il-programm konġunt tal-FAO/WHO dwar l-istandards tal-ikel tal-Kummissjoni Codex Alimentarius. L-Appendiċijiet III u IV. It-Tmienja u Tletin Sessjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera, mis-6 sal-11 ta' Lulju 2015.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(6) Appoġġ xjentifiku għat-tħejjija ta' pożizzjoni tal-UE għall-45 Sessjoni tal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi (CCPR). EFSA Journal 2013;11(7):3312 [210 pp.].
Appoġġ xjentifiku għat-tħejjija ta' pożizzjoni tal-UE għas-46 Sessjoni tal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi (CCPR). EFSA Journal 2014;12(7):3737 [182 pp.].
Appoġġ xjentifiku għat-tħejjija ta' pożizzjoni tal-UE għas-47 Sessjoni tal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi (CCPR). EFSA Journal 2015;13(7):4208 [178 pp.].
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, tiżdied il-kolonna li ġejja għas-sulfoksaflor: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta' residwi (f'mg/kg)
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness III, titħassar il-kolonna għas-sulfoksaflor. |
(*1) Jindika l-limitu l-aktar baxx tal-kwantifikazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
Sulfoksaflor (total tal-isomeri)
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-Ħxejjex, fil-grupp tal-ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|